Aqbeż għall-kontentut

Liebru tal-Alaska

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Lepus othus)
Liebru tal-Alaska
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
KlassiMammalia
OrdniLagomorpha
FamiljaLeporidae
ĠeneruLepus
speċi Lepus othus
Merriam, 1900
Distribuzzjoni ġeografika

Il-liebru tal-Alaska, magħruf xjentifikament bħala Lepus othus, huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) li jinsab mifrux mal-muntanji f'elevazzjoni għolja tal-Alaska fil-kontinent tal-Amerika ta' Fuq u fis-Siberja fil-ponta estrema tal-kontinent Asjatiku.

L-isem ta' liebru tal-Alaska ġej mid-distribuzzjoni ta' dan il-liebru, fejn il-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni tinsab mifruxa mal-muntanji tal-Alaska. Il-liebru tal-Alaska huwa l-akbar speċi ta' liebru fil-kontinent Amerikan fejn adult kapaċi jilħaq is-70 ċentimetru tul bid-denb b'kollox li jkun bejn wieħed u ieħor 8 ċentimetri.

Dan il-liebru għad-differenza minn ħafna oħra jirriproduċi darba f'sena. Iżda hemm tendenza li l-boton ikun akbar fin-numru (minn 4 sa 8 żrameġ) mill-ispeċi li jirriproduċu aktar minn darba fis-sena.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dan il-liebru huwa wieħed minn tliet speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Lepus u l-ispeċi maqsuma f'żewġ sottospeċi.