Liebru Etjopjan
Dehra
(Rindirizzat minn Lepus fagani)
| Liebru Etjopjan | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Eutheria |
| Superordni: | Euarchontoglires |
| Ordni: | Lagomorpha |
| Familja: | Leporidae |
| Ġeneru: | Lepus |
| Speċi: | L. fagani |
| Isem binominali | |
| Lepus fagani (Thomas, 1903) | |
Il-Liebru Etjopjan magħruf xjentifikament bħala Lepus fagani huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu) fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) mifrux fiċ-ċentru lejn il-Lvant tal-kontinent ta' l-Afrika.
Għalkemm dan jissejaħ bl-isem komuni ta' Liebru Etjopjan dan il-liebru ma jinsabx mifrux fl-Etjopja biss, il-popolazzjoni għandha firxa fil-Kenja ukoll. Il-Liebru Etjopjan huwa speċi ta' leporidu li jippreferi artijiet b' elevazzjoni għolja.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Dan il-liebru huwa 1 minn 2 speċijiet li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Sabanalagus u m' hemm 'l ebda sottospeċi magħrufa.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Lepus fagani. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.