Aqbeż għall-kontentut

Lagomorpha

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Lagomorfu)
Lagomorfi
Firxa tal-fossili: Kmieni ħafna fl-Eocene sa Reċenti
Liebru ta' denbu iswed, Lepus californicus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Brandt, 1855
Familji

Leporidae
Ochotonidae
Prolagidae (estint)

firxa tal-Lagomorfi
Ras ta' skeletru ta' Liebru Ewropew Lepus europaeus
Snien inċisivi tal-lagomorfi li ma ntiklux ma' l-ikel. i - l-ewwel par ta' inċisivi, i2 - it-tieni par ta' inċisivi fuq wara ta' l-ewwel par, inċisivi tipiċi tal-Lagomorfi.

Il-Lagomorfi fis-singular lagomorfu (Grieg "lagos" liebru: + "morphē" forma), li jiffurmaw l-ordni Lagomorpha, huma l-Fniek, il-Liebri u l-Piki. Dawn il-mammiferi plaċentati jinqasmu f'2 familji, il-Leporidae (fniek u liebri) u Ochotonidae (piki).

L-ispeċijiet lagomorfi jixbħu r-rodituri (l-ispeċijiet tal-ordni Rodenzja) u sas-seklu 20 dawn kienu kklassifikati bħala superfamilja fl-istess ordni. Minn dak iż-żmien 'l hawn il-klassifikazzjoni tagħhom inbidlet u ġew miġbura fl-ordni Lagomorpha għalihom biss. Għal ċertu żmien kien komuni li jitqiesu bħala relatati biss mill-bogħod mar-rodituri u li x-xebħ kien superfiċjali. Madankollu, minn studji ġenetiċi ħareġ li għalkemm huma distinti mir-rodituri, huma relatati fil-qrib sew, wara kollox.

Karatteristiċi

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Il-Lagomorfi, għandhom 4 snien ta' quddiem jew inċisivi par wara l-ieħor (u mhux 2 biss bħar-rodituri) fix-xedaq ta' fuq.
  • Il-Lagomorfi, jieklu biss ħxejjex (mhux bħar-rodituri, li jieklu kemm laħam u ħaxix)
  • Il-Lagomorfi fir-raġel l-iscrotum (il-borża tal-ġilda li jkun hemm fiha t-testikoli) qiegħda quddiem jew fuq il-pene u mhux taħt.
  • Fil-pene tal-lagomorfi m'hemmx għadma (il-baculum) (waqt li r-rodituri għandhom)
  • Fil-Lagomorfi l-ikel jgħaddi darbtejn mis-sistema tad-diġestjoni tagħhom, billi jerġgħu jieklu l-cecotropes li jarmi ġisimhom għall-ewwel darba, dan jagħmluh biex jieħdu dak kollu li hu possibli bħala nutrimenti mid-dieta veġetarjana tagħhom.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]