2016

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

L-2016 hija sena biżestili u hija s-Sena Internazzjonali tal-Piżelli.

Jannar[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1: Tidħol fis-seħħ il-liġi tal-finanzjament tal-Partiti, biex tissaħħaħ it-trasparenza fil-politika. Issir illegali li l-partiti politiċi jirċievu donazzjoni ta’ iktar minn €40,000 f’sena mill-istess donatur bħalma hi llegali wkoll li jirċievu donazzjoni ta’ €50 jew aktar minn persuna anonima u donazzjoni ta’ €500 jew iktar minn donatur li jkun magħruf mal-partit imma li jagħti d-donazzjoni bil-kundizzjoni li ismu ma jiġix żvelat lil terzi persuni.
  • 1: Il-Gvern Malti jibda l-Proġett Pilota tal-Live In Carers għall-anzjani. Mil-lum 12,000 anzjan bdew igawdu minn żieda fil-pensjoni.
  • 3: Wara l-eżekuzzjoni tal-mexxej reliġjuż Xiita Nimr al-Nimr, l-Għarabja Sawdita twaqqaf ir-relazzjonijiet mal-Iran.
  • 6: Il-Korea ta' Fuq tagħmel esperiment nukleari bil-bomba tal-idroġenu li jagħmel theżżiża ta' 5.1. Dan iġib kundanni internazzjonali.
  • 8: Joaquín Guzmán, wieħed mill-akbar traffikanti tad-droga fid-dinja, jinqabad mill-ġdid wara li kien ħarab minn ħabs ta' sigurtà massima.
  • 8: In-New York Times tpoġġi lil Malta fit-tielet post bħala pajjiż li tajjeb wieħed iżur din is-sena.
  • 9: Il-Knisja Maltin tikkonkludi l-istħarriġ dwar l-allegati dehriet, messaġġi u fenomeni mistiċi marbuta ma' Anġelik Caruana f'Borġ in-Nadur u tgħid li l-allegati fenomeni, "mhumiex ġejjin minn Alla u għalhekk, m'għandhomx oriġini sopranaturali." F'digriet l-Arċisqof jordna "lill-Presbiteri, lir-Reliġjużi Rġiel u Nisa, lill-Katekisti u lill-Insara Fidili kollha biex ma jippromovux, bl-ebda mod, l-imsemmija allegati dehriet, allegati messaġġi, u allegati fenomeni mistiċi oħrajn."
  • 11: Lionel Messi jirbaħ il-ħames Ballun tad-Deheb tal-FIFA.
  • 16: L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika tħabbar li l-Iran żmantella b'mod adegwat il-programm tiegħu tal-armi nukleari, biex b'hekk in-Nazzjonijiet Magħquda ineħħu s-sanzjonijiet minn fuq l-Iran mill-ewwel.
  • 16: Raġel Malti magħruf fi ċrieki ta' kriminalità jinqatel b'bomba li kienet ġewwa l-karozza tiegħu.
  • 17: Folla tipprotesta kontra l-fatt li grupp ta' Musulmani kienu qed jitolbu barra faċċata l-Knisja tal-Imsida.
  • 20: Michael Falzon jirriżenja minn Segretarju Parlamentali għall-Ippjanar wara li ħareġ ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq l-espropjazzjoni tal-propjetà ta' Gaffarena.
  • 21: Il-Prim Ministru Joseph Muscat jiftaħ kawża l-Qorti biex jieħu lura l-propjetà li ngħatat lil Gaffarena. Deborah Schembri tinħatar Segretarju Parlamentari.
  • 22: Il-parti tal-Lvant tal-Istati Uniti milquta mit-tempesta Jonas li tħalli diversi vittmi.
  • 26: Hassan Rouhani isir l-ewwel President tal-Iran li jżur il-Vatikan.
  • 28: Il-WHO tħabbar li faqqgħet l-epidemija tal-virus Zika.
  • 30: Toni Abela jiġi nnominat mill-Prim Ministru Joseph Muscat biex iservi bħala membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
  • 31: Attentat triplu mill-IS f'Damasku jħalli 60 mejta u mija feruti.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 10: David Bowie, kantawtur u attur Ingliż
  • 14: Alan Rickman, attur u direttur Ingliż
  • 19: Ettore Scola, direttur tal-films Taljan
  • 31: Terry Wogan, xandar Ingliż-Irlandiż

Frar[immodifika | immodifika s-sors]

  • 6: Terremot fit-Tajwan iħalli mill-inqas 116-il ruħ mejta.
  • 7: Il-Korea ta' Fuq tispara fl-ispazju long-range rocket, biex hekk tikser ħafna trattati tan-Nazzjonijiet Magħquda u tiġbed kundanni minn madwar id-dinja kollha.
  • 9: Donald Trump jirbaħ l-Elezzjonijiet Primarji tar-Repubblikani ta' New Hampshire u jibda jidher li se jkun hu l-kandidat tar-Repubblikani għall-elezzjonijiet presidenzjali li se jsiru f'Novembru.
  • 11: Jiġi skopert il-mewġ gravitazzjonali li kien preveda Albert Einstein bit-teorija tiegħu tar-relattività.
  • 12: Papa Franġisku u l-Patrijarka Kirill ta' Moska jiffirmaw dikjarazzjoni ekumenika f'Kuba, f'laqgħa storika bla ebda preċedent.
  • 16: Papa Franġisku jikkritika lil Donald Trump u jgħid li "Persuna li ħsiebha biss biex tibni l-ħitan, ikunu fejn ikunu, u mhux biex tibni l-pontijiet, mhijiex Nisranija. Dan mhuwiex il-Vanġelu."
  • 20: Il-Knisja Kattolika f'Malta toħroġ position paper fuq l-hekk imsejħa "conversion therapy" tal-persuni omosesswali li tqajjem ħafna reazzjonijiet negattivi.
  • 21: Il-Prim Ministru Joseph Muscat jattakka l-pożizzjoni meħduda mill-kumitat tal-Knisja dwar il-"conversion therapy".
  • 25: Konrad Mizzi jinħatar Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, wara li Toni Abela ġie nnominat mill-Prim Ministru għal membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
  • 26: Gianni Infantino, Żvizzeru, jiġi elett President tal-FIFA.
  • 27: Isir ftehim ta' waqfien fil-ġlied fis-Sirja bejn l-Istati Uniti u r-Russja.
  • 29: Malta jkollha l-iktar xitwa niexfa f'ħamsin sena. Minn Diċembru sa Frar tagħmel biss 76 mm xita, u fi Frar ma tagħmel kważi xejn.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 6: Joseph Spiteri, eks Ministru Nazzjonalista tal-Industrija fis-snin sittin.
  • 16: Boutros Boutros Ghali, eks Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda.
  • 19: Umberto Eco, filosfu u awtur Taljan.
  • 19: Harper Lee, kittieba Amerikana.

Marzu[immodifika | immodifika s-sors]

  • 2: Il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, li kien nominat għal Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ma jinstabx li jissodisfa l-kwalifiki meħtieġa minn panel ta’ esperti skont kif tirrikjedi il-liġi tal-UE biex iservi bħala Imħallef f’din il-Qorti. Minfloku, il-Gvern iħabbar li se jinnomina lill-Professur Peter Xuereb.
  • 4: Fil-Jemen, grupp ta’ rġiel armati jagħmlu attakk terroristiku fuq dar tal-mistrieħ għall-anzjani u persuni b’diżabilità mmexxija mill-Missjunarji tal-Karità, is-sorijiet ta’ Madre Tereża ta’ Kalkutta, u joqtlu erba’ sorijiet u ħdax-il persuna oħra. 
  • 5: Rapport nazzjonali tal-Eurobarometer juri li 85% tal-Maltin huma sodisfatti bil-mod ta' kif qed tevolvi l-ekonomija Maltija, li jpoġġi lil Malta fit-tieni post fost it-28 Membru Stat. Il-Gvern Malti jgawdi 51% tal-fiduċja tal-poplu Malti, b'kuntrast għal 27% tal-Ewropej li għandhom fiduċja fil-Gvernijiet rispettivi tagħhom.
  • 6: Il-Partit Nazzjonalista jorganizza protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni fil-Belt Valletta.
  • 12: Stħarriġ tal-opinjoni pubblika, tal-programm Xarabank, juri li l-Prim Ministru Joseph Muscat igawdi vantaġġ ta' 10.7% fil-fiduċja tan-nies fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil.
  • 13: Bomba tisplodi f'Ankara, il-kapitali tat-Turkija, u toqtol 32 ruħ.
  • 14: Ir-Russja tħabbar li se tieqaf mill-intervent tagħha fis-Sirja.
  • 15: In-nomina ta' Toni Abela għal membru tal-Qorti tal-Awdituri tiġi miċħuda mill-Kumitat finanzjarju tal-Parlament Ewropew.
  • 18: Jiġi arrestat fi Brussel l-awtur tal-attentati ta' Pariġi ta' Novembru 2015.
  • 21: Il-President Amerikan Barack Obama jibda żjara storika f'Kuba, l-ewwel żjara fi 88 sena.
  • 22: Tliet splużjonijiet ko-ordinati fil-Belġju joqtlu mill-inqas 32 ruħ u jferu 250. L-IS tieħu r-responsabbiltà tal-attakki.
  • 23: Il-Partit Nazzjonalista jniedi sistema ta' ċedoli, fejn persuni jiġu mħajra jsellfu flus lill-partit, sistema kkritikata ħafna mill-Partit Laburista.
  • 24: L-eks mexxej Serb Radovan Karadzic jingħata 40 sena ħabs wara li nstab ħati ta' ġenoċidju fil-gwerra tal-Bożnja.
  • 27: Bomba suiċida f''Lahore, Pakistan, li kellha fil-mira l-Insara li kienu qegħdin jiċċelebraw l-Għid, toqtol mill-inqas 74 ruħ u tferi iktar minn 340.
  • 27: L-Armata Sirjana tieħu mill-ġdid Palmira minn taħt idejn l-IS.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 3: Berta Caceres, ambjentalista mill-Ħonduras u mexxejja indiġena tinqatel.
  • 6: L-Arċisqof Malti Paul Giglio, Nunzju għan-Nikaragwa u l-Eġittu.
  • 6: Nancy Reagan, l-armla tal-eks President Amerikan Ronald Reagan.
  • 7: Ray Tomlinson, l-inventur tal-email.
  • 21: L-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca, li kien Arċisqof ta' Malti mill-1976 sal-2006.
  • 24: Johan Cruyff, eks plejer u maniġer tal-futbol Olandiż
  • 28: Mother Angelica, soru Amerikana fundatriċi tal-istazzjon televiżiv EWTN.

April[immodifika | immodifika s-sors]

  • 2: Il-Professur tal-Kardjoloġija Albert Fenech jirriżenja minn Deputat Parlamentari f'isem il-Partit Nazzjonalista.
  • 3: Il-Konsorzju Internazzjonali ta' Ġurnalisti Investigattivi (ICIJ) u l-ġurnal Ġermaniż Süddeutsche Zeitung jippubblikaw l-hekk imsejħa "Panama Papers", 11.5 miljun dokument kunfidenzjali tal-korporazzjoni Panamanena Mossack Fonseca b'tagħrif dettaljat fuq iktar minn 214,000 kumpanija offshore, fosthom ismijiet ta' shareholders u diretturi fosthom personalitajiet u kapi ta' stat. Fosthom ikun hemm l-isem tal-Ministru Malti Konrad Mizzi.
  • 6: Kawża mill-eks Kummissjarju tal-Pulizja Peter Paul Zammit kontra l-eks Ministru Jason Azzopardi twassal għall-kommozzjoni quddiem il-Qorti.
  • 8: Papa Franġisku joħroġ l-eżortazzjoni appostolika Amoris Laetitia (Il-Ferħ tal-Imħabba) wara s-Sinodu li kien sar dwar il-Familja.
  • 11: Il-Prim Ministru Malti jmexxi delegazzjoni ta' imprendituri fil-Libanu u fil-Ġordan.
  • 12: Il-Prim Ministru Malti jiltaqa' mal-President Palestinjan u jżur kamp tar-refuġjati fil-Ġordan.
  • 16: Terremot qawwi fl-Ekwador joqtol madwar 500 ruħ.
  • 17: Papa Franġisku jiltaqa' mar-refuġajti f'Lesbos fil-Greċja. Jieħu tnax minnhom miegħu fil-Vatikan.
  • 17: Il-President ta' Malta tieħu sehem f'simpożju internazzjonali fuq il-paċi u d-djalogu fit-Tuneżija.
  • 18: Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil iressaq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvern, li tiġi emendata mill-Ministru Owen Bonnici għal waħda ta’ fiduċja fil-Gvern. Wara dibattitu ta’ madwar 13-il siegħa, il-Parlament approva il-mozzjoni kif emendata bit-38 vot favur u 31 kontra.
  • 20: Tmut l-iktar persuna anzjana f'Malta, Swor Lidia (Giuseppa) Formosa tas-Sorijiet tal-Karità, fl-età ta' 107 snin.
  • 26: Il-President ta' Malta titkellem fil-Global Forum organizzat mill-Alleanza taċ-Ċiviltajiet tan-NM f'Baku, Azerbaijan. Tiltaqa' mal-Presidenti ta' Azerbaijan u tat-Turkija.
  • 28: Il-Ministru Konrad Mizzi jitneħħewlu l-qasam tal-enerġija u s-saħħa u jsir Ministru bla portafoll li jaqa' direttament taħt il-Prim Ministru. Il-Prim Ministru nnifsu, Joseph Muscat, jieħu r-responsabbiltà tas-settur tal-enerġija. Xogħol Konrad Mizzi isir dak li jieħu ħsieb proġetti partikolari li jkunu assenjati direttament mill-Prim Ministru, partikolarment fil-qasam tal-enerġija. Josè Herrera jinħatar Ministru tal-Ambjent u Leo Brincat jiġi innominat għal Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Emmanuel Mallia jerġa' jinħatar Ministru.
  • 30: Valletta jirbħu l-Premier League tal-Futbol Malti għat-23 darba.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 1: Hans-Dietrich Genscher, eks Ministru tal-Affarijiet Barranin Ġermaniż li ħadem għall-għaqda mill-ġdid tal-Ġermanja.
  • 3: Cesare Maldini, eks plejer tal-futbol mal-Milan u eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan fit-Tazza tad-Dinja tal-1998.
  • 21: Prince, kantawtur pop Amerikan.

Mejju[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1: Fil-Kanada ħruq kbir jolqot iż-żona ta' Fort McMurray f'Alberta, u jinfirex ma' 505 mila ettari, 2400 edifiċju jinqerdu mill-fjammi u mitt elf ruħ jiġu evakwati.
  • 3: Donald Trump iddikjarat il-kandidat tal-Partit Repubblikan għall-Elezzjoni Presidenzjali.
  • 3: Il-President ta' Malta tindirizza l-WIP Global Summit organizzat mill-Kunsill tal-Mexxejja Nisa tad-Dinja fil-Ġordan.
  • 4: Il-Parlament ma japprovax mozzjoni ta’ sfiduċja fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi, imressqa mid-Deputata Marlene Farrugia. Il-mozzjoni m’għaddietx b’31 vot favur u 36 kontra.
  • 12: Fil-Brażil, is-Senat jissospendi lill-President Dilma Rousseff għal 180 jum, biex tiddefendi ruħa minn impeachment fuq preżunt self minn banek statali biex tgħatti d-defiċit fiskali u tħallas il-programmi soċjali. Il-Viċi President Michel Temer jieħu postha.
  • 12: Papa Franġisku jaqbel li titwaqqaf kummissjoni biex tistudja jekk in-nisa jistgħux isiru djakni.
  • 12: George Agius, magħruf bħala Ġorġ tal-Mużew, onorat għall-ħidma tiegħu fost l-anzjani u l-morda.
  • 13: Tmut l-iktar persuna anzjana fid-dinja, l-Amerikana Susannah Mushatt Jones ta' 116-il sena.
  • 14: Fil-61 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li sar fi Stokkolma, l-Iżvezja, tirbaħ l-Ukrajna. Ira Losco, għal Malta, tispiċċa fit-12-il post.
  • 14: Sliema Wanderers jirbħu l-FA Trophy f'finali kontra Balzan li spiċċat bil-penalties.
  • 18: Is-Sevilla jirbħu l-UEFA Europa League għall-ħames darba, u għat-tieley darba in fila wara li jirbħu 3-1 lil Liverpool, f'darhom.
  • 19: Ajruplan Airbus tal-Egyptair li minn Pariġi kien sejjer il-Kajr, b'66 ruħ fuqu, jaqa' fil-Baħar Eġew.
  • 19: Raġel Kolumbjan jinqatel minn żewġ żgħażagħ Libjani f'Paceville fit-tlieta ta' filgħodu.
  • 20: Jibda xogħol fuq ir-restawr tal-qabar ta' Kristu f'Ġerusalemm.
  • 22: Fil-Billboard Music Awards f'Las Vegas jirbħu Celine Dion, Britney Spears, Justin Bieber, Adele u Rihanna.
  • 23: Fl-Elezzjonijiet Presidenzjali fl-Awstrija, is-Soċjal-Demokratiku Christian Kern, ta' 50 sena, isir President.
  • 26: Jiltaqa' l-G7 f'Shima fil-Ġappun.
  • 27: Jibda l-proċess ta' venerazzjoni ta' Bro. Louis Camilleri, Brother ta' De La Salle.
  • 28: Il-Maltin iħallsu 66% inqas mill-medja Ewropea f'kontijiet tal-elettriku.
  • 28: Ir-Real Madrid jirbħu l-UEFA Champions League għall-11-il darba wara li jirbħu bil-penalties 5-3 lil Atletico de Madrid.
  • 29: Papa Franġisku jgħid li mhux ir-refuġjati huma periklu, imma r-refuġjati qegħdin fil-periklu.
  • 30: Stħarriġ tal-opinjoni pubblika, tal-ġurnal MaltaToday, juri li l-Prim Ministru Joseph Muscat igawdi vantaġġ ta' 7% fil-fiduċja tan-nies fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 2: Joseph Ganado, eks Dekan tal-Fakultà tal-Liġi f'Malta.
  • 12: Pawlu Muscat, eks Sindku ta' Bormla u f'nofs kontroversja politika rigward l-elezzjoni ta' Alfred Sant bħala mexxej tal-PL.
  • 13: Salvinu Busuttil, ekonomista, filosfu, u ambaxxatur Malti għal Franza.
  • 19: Marco Pannella, fundatur tal-Partit Radikali Taljan
  • 26: Loris Capovilla, eks Segretarju ta' Papa Ġwanni XXIII, fl-età ta' 101 sena.
  • 28: Giorgio Albertazzi, attur Taljan.

Ġunju[immodifika | immodifika s-sors]

  • 2: Malta hija t-tieni l-iktar pajjiż fl-Ewropa li għandha persuni jużaw l-eroina, madwar 0.6%.
  • 4: Papa Franġisku jdaħħal proċeduri ġodda biex isqfijiet li ma jitrattawx sew każijiet ta' abbużi sesswali jitkeċċew.
  • 4: L-eks Deputat Laburista Marlene Farrugia tniedi partit ġdid f'Malta, il-Partit Demokratiku.
  • 7: Hillary Clinton issir l-ewwel mara Kandidata għall-Presidenza tal-Istati Uniti tal-Amerika.
  • 7: Silvio Berlusconi, eks Prim Ministru Taljan, jiddaħħal l-isptar bi problemi f'qalbu.
  • 8: Il-President ta' Malta żżur il-Montenegro.
  • 10: Jibda l-Euro 2016 fi Franza, bl-ewwel logħba tkun bejn il-pajjiż ospitanti u r-Rumanija.
  • 12: Straġi fi stabbiliment tad-divertiment gay f'Orlando, rivendikata mill-IS, twassal għal 50 ruħ maqtula u 53 feruti.
  • 14: Papa Franġisku jgħid lill-qassisin li jekk mhumiex lesti jilqgħu lil kulħadd jistgħu jagħlqu l-parroċċi.
  • 15: Il-Prim Ministru Joseph Muscat jiltaqa' mal-Kanċillier il-ġdid tal-Awstrija Christian Kern fi Vjenna.
  • 16: Tinqatel id-deputata Ingliża Laburista Jo Cox li ddikjarat ruħha kontra l-Brexit in vista tar-referendum Britanniku fuq l-UE tat-23 ta' Ġunju.
  • 19: Il-Moviment Cinque Stelle ta' Beppe Grillo imur tajjeb ħafna fl-elezzjonijiet komunali fl-Italja. Jirbaħ Ruma u Turin. Ruma jkollha l-ewwel Sindku mara fl-istorja, Virginia Raggi.
  • 19: 11-il tifel imutu hekk kif tinqaleb dgħajsa f'għadira fir-Russja b'maltempata.
  • 20: Donald Trump ikeċċi lill-campaign manager tiegħu Corey Lewandowski.
  • 20: Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, Malta hija l-iktar pajjiż storbjuż fl-Ewropa.
  • 23: Ir-referendum fuq jekk ir-Renju Unit jibqax fl-Unjoni Ewropea jintrebaħ minn dawk li jridu joħorġu mill-Unjoni.
  • 24: David Cameron iħabbar li se jirriżenja minn Prim Ministru tal-Ingilterra, wara li l-maġġoranza tal-Brittaniċi għażlu li ma jibqgħux parti mill-Unjoni Ewropea.
  • 26: Elezzjonijiet antiċipati fi Spanja, jerġgħu ma jwasslu għall-ebda maġġoranza billi l-Popolari jġibu 29% u s-Soċjalisti 22%.
  • 27: It-Tim Nazzjonali tal-Futbol tal-Iżlanda, pajjiż b'popolazzjoni ta' 330,000 ruħ, jegħleb lill-Ingliżi fil-Euro, u jgħaddi għall-Kwarti tal-Finali.
  • 28: Splużjonijiet f'Atatürk Airport, l-ikbar ajruport ta' Istanbul u tat-Turkija, iwasslu għall-mewt ta' 45 ruħ u 236 feruti. Dan l-att terrorostiku huwa maħsub li kien xogħol l-IS.

Tul dan ix-xahar mietu:

Lulju[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1: Statistiċi tal-Eurostat juru li Malta hija t-tieni l-inqas pajjiż fl-UE li għandha nies qiegħda, 4%, inqas mill-Ġermanja. Għandha l-inqas rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ mill-pajjiżi kollha tal-UE, 7%.
  • 2: Musulmani fundamentalisti joqtlu 20 barrani, ħafna minnhom Taljani u Ġappuniżi, f'Dhaka, il-kapitali tal-Bangladexx.
  • 2: Tinqatel omm ta' 33 sena mis-Swieqi. Jumejn wara, żewġha jagħti ruħu f'idejn il-pulizija.
  • 3: Karozzi bomba f'KarradaBagdadIraq, joqtlu 143 ruħ u jferu mill-inqas mitejn oħra.
  • 4: Il-vettura spazjali tan-NASA, Juno tidħol fl-orbita tal-pjaneta Ġove.
  • 7: Ħames pulizija jinqatlu f'Dallas, Texas, wara l-qtil ta' żewġ irġiel suwed minn pulizija.
  • 9: Corazon tirbaħ il-Festival L-Għanja tal-Poplu li sar il-Festival tal-Kanzunetta Maltija.
  • 10: Il-Portugal jirbaħ il-Euro 2016 meta jegħleb lil Franza fil-finali 1-0.
  • 11: Il-koalizzjoni liberal-nazzjonali tal-Prim Ministru Awstraljan Malcolm Turnball tirbaħ l-elezzjonijiet u tibqa' fit-tmexxija tal-pajjiż.
  • 12: Bernie Sanders jappoġġja lil Hilary Clinton fil-kandidatura tagħha għall-Presidenza tal-Istati Uniti.
  • 12: Il-Parlament Malti japprova l-emendi li jneħħu mil-liġi Maltija il-vilifikazzjoni tar-reliġjon u jdaħħlu definizzjoni ġdida ta’ pornografija u r-reat ġdid għall-pornografija ta’ tpattija u pubblikazzjoni malizzjuża ta’ xbihat sesswali reġistrati privatament. L-Arċisqof Scicluna jistqarr: "Tassew li tiddegrada lil Alla u lill-bniedem imorru id f'id. Jum ta' niket għal Malta. Mulej aħfrilhom għax ma jafux x'inhuma jagħmlu."
  • 12: Koppja ta' rġiel omosesswali ssir l-ewwel koppa omosesswali li taddotta tfal f'Malta.
  • 12: Mill-inqas 27 persuna jmutu u 50 oħra jweġġgħu wara li żewġ ferroviji ħabtu f'Andria, fin-naħa t’isfel tal-Italja.
  • 13: Raġel Malti li jbati l-ALS jidher quddiem Kumitat Parlamentari jitlob għal-legalizzazzjoni tal-ewtanasja.
  • 13: Il-Konservattiva Theresa May issir it-tieni Prim Ministru mara fl-istorja tal-Ingilterra.
  • 14: Attakk terroristiku bi trakk f'Nizza, Franza, iwassal għall-mewt ta' 84 ruħ u 200 ferut.
  • 15: Attentat ta' kolp ta' stat fit-Turkija jfalli wara li jinqatlu 300 ruħ u jweġġgħu 1,500 ruħ. Madwar 6,000 ruħ jintefgħu l-ħabs.
  • 18: Il-Parlament Malti japprova riforma fil-ħatra tal-Ġudikatura biex ma tħalliex il-poter kollu tal-proċess f’idejn il-Prim Ministru tal-ġurnata iżda f’idejn l-esperti li jridu jagħtu parir lill-Prim Ministru, u jekk ma jiġix segwit il-parir irid jingħad pubblikament ċar u tond.
  • 22: Sparatura fi Munich, il-Ġermanja, twassal għal 10 persuni maqtula u 35 ruħ feruti.
  • 23: Attentat suwiċida f'Kabul joqtol 80 ruħ u jferi 230. L-IS jieħu r-responsabiltà.
  • 25: Il-Parlament Malti iwaqqaf Kumitat Permanenti dwar il-Petizzjonijiet. Il-Membri tal-Parlament li jfallu seduta bla ma jkunu skużati jibdew jeħlu multa ta' ħamsin ewro.
  • 26: Qassis, Jacques Hamel, jitħanxarlu għonqu u jinqatel waqt li qed iqaddes fi knisja fi Franza.
  • 26: Hilary Clinton issir l-ewwel kandidat mara nominata minn partit ewlieni għal President tal-Istati Uniti.
  • 27: Papa Franġisku jibda żjara fil-Polonja, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.
  • 28: Papa Franġisku jsir it-tielet Papa li jżur il-kamp ta' konċentrament ta' Auschwitz fejn in-Nażisti kienu qatlu miljun ruħ, ħafna minnhom Lhud.
  • 31: Malta ssir il-pajjiż bl-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha, skont il-Eurobarometer, u l-Maltin għandhom l-ogħla rata ta’ fiduċja fil-gvern nazzjonali minn fost iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea. 80% f’Malta jemmnu li l-ekonomija tagħna sejra tajjeb. Dan huwa d-doppju tal-livell fil-bqija tal-Unjoni Ewropea u fl-istħarriġ li kien sar fi tmiem l-amministrazzjoni preċedenti.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 2: Elie Wiesel, awtur Lhudi-Rumen u sopravissut ta' Auschwitz.
  • 13: Bernardo Provenzano, boss Sqalli tal-mafja.
  • 30: Anna Marchesini, attriċi u komika Taljana

Awwissu[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1: Laurence Cutajar jinħatar Kummissarju tal-Pulizija.
  • 2: Papa Franġisku jaħtar kummissjoni biex tara għandhomx jinħatru djakni nisa.
  • 4: L-Awtorità tal-Ippjanar tivvota favur il-bini ta' skyscrapers f'Tas-Sliema u l-Imrieħel.
  • 5: Jibdew l-Olimpjadi tas-Sajf f'Rio de Janeiro, il-Brażil.
  • 7: F'Malta jitħabbar li fl-aħħar tliet snin, inħolqu 20,000 impjieg ġdid.
  • 8: Attakk suwiċida mill-IS fi sptar fil-Pakistan iħalli 70 ruħ mejta u 110 midruba.
  • 11: Papa Franġisku jiekol mar-rifuġjati Sirjani fil-Vatikan li ġabhom miegħu mill-Greċja.
  • 14: Papa Franġisku jagħti ġurnata baħar u pizza lil numru ta' nies bla dar f'Ruma.
  • 15: It-Turkija thedded li tista' tibgħat ir-refuġjati lill-Unjoni Ewropea.
  • 21: Attentat suwiċida fit-Turkija jħalli 51 mejta waqt tieġ. Suspettati l-IS.
  • 24: Terremot fl-Italja ċentrali jħalli kważi 300 ruħ mejta.
  • 24: Il-Kummissjoni Ewropea tapprova li jitwaqqaf Bank tal-Iżvilupp f'Malta.
  • 27: Attakk terroristiku f'Aden, il-kapitali tal-Jemen, iħalli 71 ruħ mejta.
  • 28: 98% tal-investiment barrani f'Malta huwa fis-settur finanzjarju u tal-assikurazzjoni.
  • 30: 6,500 refuġjat jiġu salvati f'ġurnata waħda fil-baħar tal-Libja.
  • 31: Is-Senat Brażiljan jivvota b'maġġoranza kbira biex il-President Dilma Roussef titpoġġa taħt att ta' akkuża (impeachment).

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 13: Ettore Bernabei, ġurnalist Taljan u diriġent tar-RAI.
  • 16: João Havelange, eks President tal-FIFA.
  • 29: Gene Wilder, attur Amerikan, magħruf għall-parti ta' Willy Wonka

Settembru[immodifika | immodifika s-sors]

  • 2: Inawgurat sptar privat f'Ħal Qormi, bl-isem ta' St. Thomas.
  • 3: L-Istati Uniti u ċ-Ċina, responsabbli għal 40% tal-emissjonijiet tal-faħam fid-dinja, jirratifikaw il-ftehim fuq il-klima globali ta' Pariġi.
  • 4: Papa Franġisku jiddikjara qaddisa lil Madre Tereża ta' Kalkutta.
  • 5: Easyjet tiffirma ftehim ta' ħames snin mal-Lufthansa Technik Malta għas-servicing ta' iktar minn 100 ajruplan li għandha f'Malta.
  • 9: Il-Korea ta' Fuq tagħmel il-ħames u l-ikbar test nukleari tagħha, ikkundannat mill-mexxejja tad-dinja.
  • 13: Il-PN jgħid li jrid jerġa' jdaħħal il-ferrovija f'Malta.
  • 17: 6,000 Malti jirċievu refund fuq il-VAT li kienu ħallsu għat-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq il-karozzi fl-2005.
  • 17: Malta, l-iktar pajjiżi fl-Ewropa li għandha vacancies ta' xogħol minkejja li hi t-tieni l-iktar li kellha tkabbir fl-impjiegi.
  • 18: L-American University of Malta tingħata l-liċenzja biex tibda topera f'Malta.
  • 21: Crane Currency, waħda mill-ikbar kumpaniji fid-dinja fl-istampar tal-flus tagħżel lil Malta għal investiment ta' mitt miljun dollaru Amerikan u ħolqien ta' 300 impjieg ġdid. L-iffirmar sar f’Boston, l-Istati Uniti fil-preżenza tal-Prim Ministru, Joseph Muscat. Dan kien l-ikbar investiment inizzjali fil-qasam tal-manifattura mis-snin tmenin ‘l hawn meta bdiet topera minn pajjiżna l-kumpanija ST Microelectronics, dak iż-żmien SGS.
  • 23: Il-Prim Ministru Malti jikkwota lil Dom Mintoff fl-indirizz tiegħu lin-Nazzjonijiet Magħquda meta jgħid li "ma jistax ikun hawn paċi fid-dinja jekk ma jkunx hemm paċi fil-Mediterran."
  • 26: Fil-Kolumbja, il-gvern u l-FARC-EP iffirmaw ftehim ta' paċi f'Cartagena, biex jippruvaw iwaqqfu konflitt li ilu għaddej 50 sena.
  • 28: Investigaturi internazzjonali kkonkludew li l-Malaysia Airlines Flight 17 twaqqa' minn missila Buk li ġiet sparata minn żona kkontrollatia mir-ribelli favur ir-Russja.
  • 29: Leo Brincat jiġi aċċettat mill-Kunsill tal-Ministri bħala l-Membru Malti fil-Qorti tal-Awdituri.
  • 30: Jinstabu żewġ pitturi ta' Vincent Van GoghSeascape at Scheveningen u Congregation Leaving the Reformed Church in Nuenen, li kienu nsterqu fl-2002 mill-Van Gogh Museum f'Amsterdam.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 16: Carlo Azeglio Ciampi, eks President tal-Italja.
  • 16: Gabriele Amorth, qassis eżorċista famuż Taljan.
  • 28: Shimon Peres, eks President u eks Prim Ministru Israeljan u rebbieħ tan-Nobel għall-Paċi

Ottubru[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1: L-Ortodossi ma jaċċettawx stedina biex jieħdu sehem f'quddiesa mal-Papa fil-Ġorġja.
  • 2: Papa Franġisku jżur moskea f'Ażerbajġan, pajjiż kważi kollu Iżlamiku, u jappella lill-mexxejja tar-reliġjonijiet biex ma jużawx l-isem ta' Alla biex jiġġustifikaw il-fundamentaliżmu.
  • 2: Stħarriġ tal-opinjoni pubblika, tal-ġurnal MaltaToday, juri li l-Prim Ministru Joseph Muscat igawdi vantaġġ ta' 7.7% fil-fiduċja tan-nies fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil.
  • 3: Il-Gwardja tal-Kosta Taljana ssalva iktar minn 6,000 immigrant f'ġurnata waħda.
  • 4: Papa Franġisku jagħmel żjara mhux mistennija f'Amatrice, iż-żona fl-Italja milquta mit-terremot ftit ġimgħat qabel.
  • 5: Jitħabbar li Banif Bank Portugal se jbigħ kważi 80% tas-sehem tiegħu f'Banif Bank Malta lil grupp ta' investiment mill-Qatar.
  • 6: Il-Kulleġġ St. Albert joffri l-binja tiegħu biex il-Musulmani jkollhom fejn jitolbu.
  • 6: Trump jgħid li lill-votanti morda b'mard terminali biex jibqgħu ħajjin ħa jilħqu jivvutawlu.
  • 7: ​​Il-President Kolumbjan Juan Manuel Santos rebbieħ tal-Premju Nobel għall-paċi għall-impenn kbir biex tintemm il-gwerra ċivili f'pajjiżu.
  • 8: Urugan joqtol 800 ruħ fil-Haiti.
  • 10: Pass ieħor biex Malta taqleb mill-heavy fuel oil għall-gass, enerġija iktar sigura u nadifa, bil-wasla tal-vapur tal-gass LNG, MV Armada Mediterrana, f'Marsaxlokk.
  • 10: Tibda inkjesta fuq investigazzjoni tal-pulizija fuq ħasil ta' flus li kienet twaqqfet meta ħareġ l-isem ta' Beppe Fenech Adami.
  • 13: Bob Dylan, kantawtur Amerikan, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura.
  • 13: Il-Maldives jiddeċiedu li joħorġu mill-Commonwealth.
  • 14: Jitħabbar li l-gvern Malti se jiftaħ proċeduri legali kontra l-kumpanija Żvediża Skanska rigward il-konkrit użat fl-isptar Mater Dei.
  • 14: Standard & Poor's tgħolli r-rating ta' Malta għal A-, l-ewwel darba wara 20 sena, u tgħid li l-ekonomija ta' Malta se tkompli tikber bi 3%.
  • 14: Il-Ġiżwiti jagħżlu lill-Veneżwelan Arturo Sosa Abascal bħala s-Superjur Ġenerali tagħhom.
  • 15: 150 nazzjon jaqblu fir-Ruwanda li jneħħu l-hydrofluorocarbons (HFCs), bħala emenda għall-Montreal Protocol.
  • 17: Il-Gvern Laburista jressaq ir-4 Budget tiegħu fil-leġislatura li bdiet fl-2013. Jissejjaħ "budget soċjali" għax għandu ħafna miżuri soċjali fosthom l-impenn li fi żmien tliet snin żgħażagħ taħt is-16-il sena ma jkunux f’riskju ta’ faqar, iż-żieda fil-pensjonijiet, u għajnuna li min qiegħed fuq il-minimum wage.
  • 18: F'Malta jmutu iktar minn 2,000 ruħ bit-tipjip f'erba' snin, tliet kwarti minnhom irġiel.
  • 20: Malta l-iktar pajjiż b'nies ħoxnin fl-Ewropa. Kwart tal-Maltin huma ħoxnin.
  • 22: 19-il ħaddiem taż-żejt imutu meta ajruplan jikkraxxja bihom fir-Russja.
  • 22: Il-qniepen tal-knejjes Kattoliċi jerġgħu jdoqqu f'Bartella fl-Iraq wara sentejn taħt l-IS.
  • 23: Il-Prim Ministru Muscat jgħid li wasal iż-żmien li f'Malta jiġi miġġieled ix-xogħol prekarju.
  • 23: 174 priġunier jaħarabu minn ħabs fil-Haiti.
  • 24: Ajruplan Fairchild Metroliner Mark III jikkraxxja ħdejn ir-runway ta' Ħal-Luqa eżatt mat-take-off u jsir ballun tan-nar. Il-ħames Franċiżi li kienu fuqu jmutu. Żball uman jew ħsara teknika probabilment kienu l-kawża.
  • 25: Il-Gvern Malti jiffirma ftehim maċ-Ċina biex sal-2008 jiġu 10,000 turist Ċiniż u 50,000 sal-2020.
  • 26: Infermiera Kanadiża akkużata li qatlet 8 pazjenti.
  • 27: Ix-xjenzati jsibu fl-Ingilterra l-ewwel brain tissue ta' dinosawru.
  • 28: "Esplora", ċentru interattiv tax-xjenza, jiftaħ f'Bighi.
  • 30: Terremot b'qawwa ta' 6.5 jolqot lil Norcia u Macerata, fiċ-Ċentru tal-Italja.
  • 30: Il-kandidat ġdid tal-PN, Salvu Mallia, jgħid li l-Prim Ministru Muscat huwa l-agħar ħaġa li ġrat lil Malta minn żmien il-pesta sal-lum.
  • 30: Jiftaħ sptar tal-annimali f'Ta' Qali.
  • 31: Negozjant Malti jinqatel b'bomba f'karozza f'Buġibba.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 10: Andrzej Wajda, direttur tal-films Pollakk.
  • 13: Bhumibol Adulyadej (Rama IX), Sultan tat-Tajlandja.
  • 13: Dario Fo, attur u kummidjant Taljan, rebbieħ tan-Nobel għal-Letteratura.
  • 25: Carlo Alberto Torres, plejer tal-futbol li mexxa t-tim nazzjonali Brażiljan għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-1970.
  • 29: Tony Gauci, ix-xhud ewlieni fil-ġuri ta' Lockerbie.

Novembru[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1: L-IS joqtlu 40 eks membru tal-Forzi tas-Sigurtà Iraqqini u tefgħu l-kadavri tagħhom fix-xmara Tigris qrib Mosul.
  • 2: Fl-aħħar 3 snin, in-nies bla xogħol naqsu bi 3,000. It-turisti żdiedu b'400,000.
  • 2: L-Istati Uniti jwaqqfu l-bejgħ ta' armi lill-Filippini wara vjolazzjonijiet tad-drittijiet umani.
  • 3: 240 immigrant jegħrqu fil-kosta tal-Libja.
  • 3: Il-Qorti Għolja tiddeċiedi li għandu jkun il-Parlament li jrid jivvota biex ir-Renju Unit joħroġ mill-UE.
  • 4: Il-President tal-Korea t'Isfel tieħu t-tort tal-iskandlu li fnieha (fosthom frodi u abbuż ta' poter) u tgħid li lesta taċċetta r-riżultat tal-investigazzjonijiet.
  • 4: Il-Prim Ministri tal-Olanda u tas-Slovakkja jiġu Malta u jiltaqgħu mal-Prim Ministru Muscat bi tħejjija għall-presidenza Maltija tal-UE.
  • 5: Il-Gwardja tal-Kosta Taljana ssalva iktar minn 2,200 immigrant f'ġurnata waħda.
  • 5: Għexieren ta' eluf ta' dimostranti jipprotestaw kontra l-President tal-Korea t'Isfel u jsejħu għar-riżenja tagħha.
  • 6: Daniel Ortega jibda r-raba' terminu tiegħu bħala President tan-Nikaragwa.
  • 8: Donald Trump, jirbaħ l-elezzjonijiet Presidenzjali fl-Istati Uniti u r-Repubblikani b'kontroll tas-Senat u l-Kamra tar-Rappreżentanti.
  • 9: Malta kellha tkabbar ta' 6.2% fil-GDP din is-sena, waħda mill-iktar ekonomiji li qegħdin jikbru fl-UE>
  • 9: Ferrovija toħroġ mill-binarji fi Croydon, Londra, u toqtol 7 persuni u tferi iktar minn 50 ruħ.
  • 12: Jerġa' jiftaħ it-teatru Bataclan f'Pariġi sena wara l-attentat terroristiku, b'kunċert ta' Sting.
  • 14: Erba' Kardinali konservattivi juru n-nuqqas ta' qbil tagħhom fil-miftuħ mal-Papa rigward id-dokument li ħareġ fuq il-familja.
  • 14: F'Seattle u fi bliet oħra fil-Punent tal-Istat ta' Washington, iktar minn 5,000 student ħarġu mill-iskola biex jipprotestaw kontra l-politika razzista u diskriminatorja ta' Donald Trump, u spiċċaw f'Capitol Hill.
  • 14: Terremot b'qawwa ta' 7.8 jolqot lil New Zealand, jagħmel ħsara kbira u joqtol mill-inqas tnejn min-nies.
  • 15: Il-Prim Ministru Muscat jibda żjara fir-Russja fejn jiltaqa' mal-Prim Ministru Russu Medvedev. Isir ftehim biex 300 Russu jiġu jistudjaw Malta.
  • 17: Shinzō Abe isir l-ewwel Kap ta' Stat li jiltaqa' mal-President-elett tal-Istati Uniti Donald Trump.
  • 18: Attakki mill-ajru tal-Gvern Sirjan jolqtu sptar tat-tfal f'Aleppo.
  • 18: Il-WHO tiddikjara li ntemmet il-kriżi taż-Żika.
  • 20: Papa Franġisku jagħlaq il-Ġublew il-Ħniena.
  • 20: Ferrovija toħroġ mill-binarji fl-Indja u toqtol iktar minn 140 ruħ.
  • 20: Il-Prim Ministru Muscat iwiegħed li se jgħolli l-paga minima wara li ssir diskussjoni bejn unions u min iħaddem.
  • 21: Trump jgħid li l-Istati Uniti se joħorġu mit-Trans-Pacific Partnership (TPP) mill-ewwel jum tal-Presidenza tiegħu.
  • 21: Toni Abela, eks Deputat Mexxej tal-PL, jinħatar Imħallef.
  • 22: Trump jgħid li mhux se jfittex lil Clinton bil-qorti kriminali rigward il-kwistjoni tal-emails.
  • 22: Id-De La Rue tmur lura mid-deċiżjoni tagħha u tkabbar l-investiment tagħha f'Malta.
  • 24: 50,000 Iżraeljan evakwati f'Haifa wara diversi nirien li tqabbdu.
  • 24: Clinton tgħaddi lil Trump b'żewġ miljuni fil-vot popolari.
  • 24: Il-Prim Ministru Muscat jgħid li wegħda elettorali tal-Partit Laburista se tkun sistema ġdida ta' trasport tal-massa għal Malta.
  • 25: Għargħar kbar fl-Italja ta' Fuq.
  • 25: Il-Parlament Ewropew jivvota favur li jkunu iffriżati t-taħdidiet biex it-Turkija tidħol fl-UE. It-Turkija thedded li tiftaħ il-fruntieri biex l-immigranti jidħlu fl-Ewropa.
  • 25: Il-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta tagħti żewġ siġġijiet oħra fil-Parlament lill-Partit Nazzjonalista, wara kwistjoni li kienet ilha tkarkar mill-aħħar elezzjoni.
  • 26: It-tim tal-kampanja elettorali ta' Clinton jingħaqad ma' dak ta' Jill Stein, il-mexxejja tal-Ħodor biex jerġgħu jingħaddu l-voti f'MichiganPennsylvania u Wisconsin.
  • 27: Il-Gvern Sirjan jerġa' jieħu ħafna mil-Lvant ta' Aleppo. 10,000 ruħ jaħarbu minn Aleppo.
  • 27: L-Arċisqof Scicluna jikkritika l-iskema ta' Xogħol fil-Komunità mħaddma mill-GWU.
  • 27: Nico Rosberg jirbaħ għall-ewwel darba l-Kampjonat tas-Sewwieqa, b'5 punti iktar minn sieħbu Lewis Hamilton. Ħamest ijiem wara, Rosberg iħabbar li se jirtira.
  • 28: Ajruplan jiġġarraf fil-Kolumbja, u mis-77 passiġġieri li jkun hemm fuqu jmutu kollha barra sitta. Fost il-passiġġieri jkun hemm it-tim tal-futbol Brażiljan, iċ-Chapecoense.
  • 28: Il-Prim Ministru Muscat jiltaqa' mal-President Franċiż Hollande.
  • 28: L-Arċisqof jiltaqa' mal-Ministru tax-Xogħol Evarist Bartolo u jammetti li l-iskema mħaddma mill-GWU se tagħti iktar drittijiet lill-ħaddiema li qabel ma kellhomx, iżda appella lill-GWU tagħti l-qligħ tagħha lill-ħaddiema. Il-GWU tgħid li l-Arċisqof daħal fil-politika partiġġjana.
  • 29: Tliet klabbs tal-futbol Brażiljani joffru plejers minn tagħhom lit-tim li tilef ħafna mill-plejers tiegħu fit-traġedja tal-ajru.
  • 29: Muscat jiltaqa' mal-Kanċillier Ġermaniża Merkel biex jiddiskuti l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE.
  • 29: Emma Morano, Taljana, l-ixjeħ persuna fid-dinja tagħlaq 117-il sena. Hija tiekol żewġ bajdiet nejjin kuljum.
  • 30: Muscat jiddiskuti l-immigrazzjoni mal-Prim Ministru Pollakk.
  • 30: Il-priġunieri Maltin jingħataw tnaqqis ta' xahar priġunerija wara talba mill-Papa Franġisku lill-gvernijiet fsis-Sena tal-Ħniena. L-Arċisqof jirringrazzja lill-President u lill-Gvern Malti li laqgħu t-talba tal-Papa.
  • 30: Il-Qorti Suprema Indjana tordna li fiċ-ċinema qabel kull film li jintwera irid jindaqq l-innu nazzjonali u n-nies tqum bil-wieqfa.

Tul dan ix-xahar mietu:

  • 7: Leonard Cohen, kantawtur u poeta Amerikan, famuż għal "Hallelujah".
  • 8: Umberto Veronesi, onkoloġista Taljan ta' fama mondjali li ġġieled il-kanċer tas-sider.
  • 17: Sunny Aquilina, awtur Malti ta' kanzunetti, fosthom My Dream u The One that I Love.
  • 25: Fidel Castro, eks President u Prim Ministru ta' Kuba.
  • 27: Pierre Picton, is-sid tal-karozza Chitty Chitty Bang Bang oriġinali. Kien ġie biha Malta fl-1990.

Diċembru[immodifika | immodifika s-sors]

  • 1: François Hollande jgħid li mhux se jerġa' jikkontesta għall-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla fi Franza.
  • 2: Trump ikollu konverżazzjoni bit-telefon mal-President tat-Tajwan, u dan iqajjem kontroversja maċ-Ċina.
  • 2: Muscat ikollu konverżazzjoni bit-telefon mal-Viċi President tal-Istati Uniti.
  • 2: 200,000 Musulman jipprotestaw kontra l-Gvernatur Nisrani ta' Jakarta, il-kapitali tal-Indoneżja.
  • 3: Il-Prim Ministru Muscat ipoġġi l-fjuri fuq il-qabar ta' Raymond Caruana, attivist żagħżugħ Nazzjonalista li kien inqatel 30 sena ilu. L-Arċisqof ifaħħar il-ġest tiegħu bħala wieħed "ta' kompassjoni, għerf u kuraġġ".
  • 4: Alexander Van der Bellen, tal-Ħodor, jirbaħ l-elezzjoni presidenzjali fl-Awstrija kontra kandidat tal-Lemin estrem li kien favorit.
  • 4: Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi jirriżenja wara li r-referendum fuq tibdil kostituzzjonali li ppropona hu ma jgħaddix.
  • 4: Iktar minn 1000 student japplikaw biex jidħlu fl-iskola medika ġdida f'Għawdex.
  • 5: Il-Prim Ministru ta' New Zealand John Key jirriżenja wara 8 snin fil-kariga.
  • 5: Malta ssir l-ewwel pajjiż fl-UE li tipprojbixxi b'liġi t-terapija li tipprova tibdel l-identità sesswali ta' persuna.
  • 5: Jinstabu s-saqajn mumifikati tar-Reġina Nefertiti tal-Eġittu.
  • 7: Trump imsemmi bħala l-Persuna tas-Sena mir-rivista Time.
  • 7: Iktar minn 100 ruħ imutu f'terrimot fl-Indoneżja.
  • 7: Ajruplan jiġġarraf fil-Pakistan, bil-passiġġieri kollha, 47, imutu.
  • 7: Nylon Knitting tħabbar investiment ta' 6 miljun ewro f'Malta.
  • 8: Il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schulz jagħmel żjara f'Malta u jfaħħar lil Malta għall-impenn tagħha fit-tħejjija għall-Presidenza tal-Kunsill tal-UE.
  • 8: Kwart mill-Maltin ipejpu.