Aqbeż għall-kontentut

Donald Trump

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Donald Trump
47. President tal-Istati Uniti

20 Jannar 2025 -
Joe Biden
Election: 2024 United States presidential election (en) Translate
38. President-elett tal-Istati Uniti

6 Novembru 2024 -
Joe Biden
Election: 2024 United States presidential election (en) Translate
45. President tal-Istati Uniti

20 Jannar 2017 - 20 Jannar 2021
Barack Obama - Joe Biden
Election: 2016 United States presidential election (en) Translate
36. President-elett tal-Istati Uniti

9 Novembru 2016 - 20 Jannar 2017
Barack Obama - Joe Biden
Election: 2016 United States presidential election (en) Translate
President

1971 - 2017
kap eżekuttiv

1971 -
director (en) Translate

Ħajja
Isem propju Donald John Trump
Twelid Jamaica Hospital Medical Center (en) Translate, 14 Ġunju 1946 (78 sena)
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Residenza Mar-a-Lago (en) Translate
Trump Tower (en) Translate
White House (en) Translate
Manhattan
Istat ta' New York
Queens (mul) Translate
Palm Beach (en) Translate
Jamaica Estates (en) Translate
Grupp etniku White Americans (en) Translate
L-ewwel lingwa Ingliż
Familja
Missier Fred Trump
Omm Mary Anne MacLeod Trump
Konjuga/i Ivana Trump (mul) Translate  (9 April 1977 -  11 Diċembru 1990)
Marla Maples (mul) Translate  (20 Diċembru 1993 -  8 Ġunju 1999)
Melania Trump (mul) Translate  (22 Jannar 2005 -
Ulied
Aħwa
Familja
Tribù family of Donald Trump (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Pennsylvania
The Kew-Forest School (en) Translate 1964)
New York Military Academy (en) Translate
(1959 - 1964)
Fordham University (en) Translate
(Awwissu 1964 - 1966)
The Wharton School (en) Translate
(1966 - Mejju 1968) Bachelor of Science (en) Translate : ekonomija
Livell tal-edukazzjoni Bachelor of Science (en) Translate
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni business magnate (en) Translate
investitur
restaurateur (en) Translate
politiku
game show host (en) Translate
real estate entrepreneur (en) Translate
produttur tat-televiżjoni
producer ċinematografiku
kittieb
attur
kap eżekuttiv
conspiracy theorist (en) Translate
merkant
negozjant
imprenditur
Piż 215 lb
Tul 74 in, 1.9 m, 75 in, 180.33 cmu 190 cm
Post tax-xogħol Belt ta' New York
Washington, D.C.
Xogħlijiet importanti Trump: The Art of the Deal (en) Translate
Crippled America (en) Translate
The Apprentice (en) Translate
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[Golden Raspberry Award for Worst New Star (en) ]]
    (1991) : [[Ghosts Can't Do It (en) ]]
    [[Golden Raspberry Award for Worst Supporting Actor (en) ]]
    (1991) : [[Ghosts Can't Do It (en) ]]
    [[Primetime Emmy Award for Outstanding Reality-Competition Program (en) ]]
    (2004) : [[The Apprentice (en) ]]
    [[Primetime Emmy Award for Outstanding Reality-Competition Program (en) ]]
    (2005) : [[The Apprentice (en) ]]
Sħubija The World's Billionaires (en) Translate
SAG-AFTRA (en) Translate
The Trump Organization (en) Translate
Moviment right-wing antiglobalism (en) Translate
isolationism (en) Translate
American patriotism (en) Translate
anti-gender movement (en) Translate
opposition to immigration (en) Translate
right-wing populism (en) Translate
Psewdonomu John Barron, John Miller, The Donaldu David Dennison
Moviment artistiku maskil

Donald John Trump (twieled 14 ta' Ġunju 1946) kien President tal-Istati Uniti tal-Amerika u huwa wkoll negozjant biljunarju Amerikan. Huwa diġà kien magħruf ħafna, anke bħala personalità televiżiva, qabel ħareġ bħala kandidat għal President tal-Istati Uniti għall-Elezzjoni Presidenzjali tal-2016. Trump huwa ċ-chairman u l-president ta' The Trump Organization u l-fundatur ta' Trump Entertainment Resorts. Hu rebaħ l-elezzjoni presidenzjali tal-Istati Uniti fl-2024. Se jinħatar President fl-20 ta' Jannar 2025.

Imwieled fi New York City , huwa bin Fred Trump, li ispirah jidħol fir-real estate. Kien jaħdem mal-kumpanija ta' missieru, Elizabeth Trump & Son, filwaqt li jistudja l-business f'Wharton, u ngħaqad mal-kumpanija fl-1968 hekk kif iggradwa. Fl-1971, beda jmexxiha hu u taha isem ġdid: "The Trump Organization". Bena lukandi, golf courses, u bini f'Manhattan u fi bliet oħra li ħafna drabi jġibu ismu. Ir-reality show fuq NBC, The Apprentice, kabbarlu l-popolarità tiegħu. It-tliet żwiġijiet tiegħu ġibdu ħafna l-attenzjoni tal-media.

Fis-16 ta' Ġunju 2015, Trump ħabbar il-kandidatura tiegħu għal President u fittex li jkun innominat mill-Partit Repubblikan. Trump mexxa kampanja populista li tappella għall-klassi tal-ħaddiema u dawk li huma bla xogħol, u dawk inkwetati bl-immigrazzjoni u bit-theddida terroristika. Għamel għedewwa mill-Ispaniċi, business leaders, u Repubblikani oħra, u ippropona li ma jidħlux iktar Musulmani fl-Istati Uniti.

Kampanja elettorali

[immodifika | immodifika s-sors]

Clinton kellha distakk sew fuq ir-Repubblikan Donald Trump fi kważi s-sondaġġi nazzjonali kollha li saru matul l-2016. Iżda fil-bidu ta’ Lulju 2016, u fl-aħħar ġimagħtejn tal-kampanja elettorali, Trump u Clinton kienu ras imb’ras fis-sondaġġi wara l-konklużjonijiet tal-FBI rigward l-investigazzjoni tal-emails tagħha. F’Lulju d-Direttur tal-FBI James Comey ikkonkluda li Clinton kienet "traskurata għall-aħħar" fil-mod kif trattat materjal klassifikat tal-gvern.

Lejn l-aħħar ta’ Lulju 2016, Trump kien ġab l-ewwel vantaġġ fuq Clinton b’erba’ punti perċentwali iktar minnha wara l-Konvenzjoni Nazzjonali Repubblikana. Iżda meta ftit wara, saret il-Konvenzjoni Demokratika Clinton reġgħet ġiet minn fuq b’seba’ punti perċentwali.

Iżda ħdax-il jum biss qabel l-elezzjoni, nhar it-28 ta’ Ottubru 2016, id-Direttur tal-FBI Comey innotifika lill-Kungress Amerikan li l-FBI beda jinvestiga emails oħra li kienu għadhom kif sabu f’device elettroniku ta’ dik li kienet deputy chief of staff ta’ Clinton. Clinton sejħet lill-FBI biex joħroġ mill-ewwel kull informazzjoni fuq dawn l-emails “ġodda” u qalet li kienet kunfidenti li l-FBI se terġa’ tasal għall-konklużjoni li ma kienx hemm bażi għal prosekuzzjoni kriminali, konklużjoni li l-FBI waslet għaliha jumejn biss qabel l-elezzjoni.

Id-dħul ta' Musulmani fl-Istati Uniti

[immodifika | immodifika s-sors]

Waħda mill-ewwel ordnijiet eżekuttivi li ffirma Trump kienet tipprojbixxi d-dħul ta’ nies minn seba’ pajjiżi fil-maġġoranza tagħhom Musulmana. Din l-ordni kkawżat kaos fl-ajruporti Amerikani, qasmet familji u qanqlet protesti kbar. Imħallef ma damx ma ssospenda din l-ordni fil-waqt li l-Aġent Avukat-Ġenerali li sostniet li din l-ordni mhix kostituzzjonali u ma tistax tiġi difiża mid-Dipartiment tal-Ġustizzja, ġiet imkeċċija. Id-Dipartiment tal-Ġustizzja pprova jirrevoka din is-sospensjoni imma mħallef qatagħha kontrih. Trump spiċċa jgħajjar dan l-imħallef. Fl-appell, it-tliet imħallfin qatgħuha unanimament kontra l-gvern.

Din l-ordni ta' Trump kienet kritikata għaliex l-ebda ċittadin minn dawn is-seba’ pajjiżi ma wettaq xi attentat terroristiku fl-Amerika mill-2001 ’il hawn. L-anqas min kien involut fl-attentati ta’ 9/11 ma kien jiġi minn xi wieħed minn dawn is-seba’ pajjiżi. Imma Trump ried din l-ordni ħalli jwettaq in parti l-wegħda elettorali tiegħu li ma jħallix Musulmani jidħlu l-Amerika.

F'Mejju 2017 sar magħruf li Aġenti Federali tal-Immigrazzjoni fl-Amerka qed jarrestaw mal-400 immigrant kuljum. Fl-ewwel 100 jum ta’ Trump bħala President, ġew arrestati 41,318 immigrant, żieda ta’ 37.6% fuq l-istess perjodu fis-sena ta’ qabel. Madwar 3 minn kull 4 minn dawk arrestati għandhom rekord kriminali, inkluż membri ta’ gangs u nies imfittxija fuq qtil.

Però l-ikbar żieda hija fl-immigranti arrestati u li m’għandhomx rekord kriminali. Jiem wara li nħatar fil-kariga, Trump iffirma ordni eżekuttiva biex kull min jinstab fl-Istati Uniti illegalment, jiġi deportat.

Oppożizzjoni qawwija kontra t-trattament tal-immigranti ġiet minn ħafna bnadi, fosthom l-Isqfijiet Amerikani. L-Isqof Joe Vásquez stqarr li huma kontra l-ordni li jiġi sospiż għal 120 ġurnata, il-programm li bih refuġjati jibdew ħajja ġdida fl-Istati Uniti.  Dwar is-sospensjoni tal-programm għar-refuġjati Sirjani biex jidħlu fl-Istati Uniti, l-Isqof Vásquez sostna li r-reliġjon m’għandux ikun fattur għad-deċiżjoni jekk l-Istati Uniti tassistix persuni vulnerabbli li jkunu ħarbu minħabba l-persekuzzjoni.

Relazzjonijiet maċ-Ċina u l-Asja

[immodifika | immodifika s-sors]

Ftit jiem biss wara l-ħatra tiegħu, il-President Trump iffirma ordni eżekuttiva biex pajjiżu joħroġ mill-ftehim ekonomiku li kien jeżisti bejn l-Istati Uniti u pajjiżi Asjatiċi. Dan il-ftehim li kien ferm imbuttat mill-amministrazzjoni t’Obama kien iffirmat minn tnax-il pajjiż u kien jolqot mal-40% tal-ekonomija tad-dinja.

Il-President il-ġdid kien ikkritika bl-aħrax dan il-ftehim ekonomiku li skontu jmur kontra l-interessi tal-Amerka. Intant Trump ħabbar li se jkun qed jaqta’ b’mod massiċċ it-taxxi fuq kumpaniji li jżommu l-bażi tagħhom fl-Istati Uniti. Trump ħabbar dan waqt li fil-Whitehouse kien qed jiltaqa’ ma diversi sidien ta’ negozji kbar fil-pajjiż.

Il-President Amerikan qal li se jkun qed jimponi taxxa ferm għola fuq dawk il-kumpaniji li jmexxu l-manifattura tagħhom barra mill-pajjiż. Dawn ir-rimarki waslu fl-ewwel ġurnata ufficjali tiegħu fil-White House wara protesti kbar li saru direttament fil-konfront ta’ Trump.

Il-kuntatti mar-Russja

[immodifika | immodifika s-sors]

Ftit wara l-ħatra ta' Trump bħala President, Michael Flynn irriżenja minn National Security Adviser. Flynn instab li gideb lill-amministrazzjoni u speċjalment lill-viċi-president Mike Pence dwar il-kuntatti tiegħu mal-ambaxxatur Russu wara t-tkeċċija ta’ 35 diplomatiku Russu mill-amministrazzjoni Obama. Huwa magħruf li Trump irreżista din it-tkeċċija għax kien ilu jaf bil-komportament ta’ Flynn. Madankollu, Flynn ma kellux triq oħra ħlief li jirriżenja wara li l-Washington Post akkużatu li gideb.

Din ir-riżenja kompliet titfa’ dawl xejn sabiħ fuq in-natura vera tar-rapporti bejn Trump u r-Russi. Skont indiskrezzjonijiet li ġew ippubblikati mill-istampa Amerikana u li ħarġuhom l-istess membri tas-servizzi sigrieti, il-kampanja elettorali ta’ Trump kellha kuntatti regolari mad-diplomatiċi Russi qabel l-elezzjoni.

Trump iddefenda l-fatt li hu qasam informazzjoni sensittiva mar-Russja waqt li insista li hu għamel dan ‘bi dritt assolut’ u fl-interessi tal-miżuri anti-terroristiċi li, fost oħrajn, jaċċertaw is-sigurtà tan-nies waqt it-titjiriet. Trump sostna li hu ma għamel xejn illegali bl-iskambju tal-fatti ‘assoċjati mat-terroriżmu u s-sigurtà tat-traffiku tal-ajru’. Hu, fl-istess ħin, insista li jrid li r-Russja tieħu aktar miżuri konkreti kontra t-terroriżmu u gruppi qattiela bħall-ISIS.

F'Mejju 2017, Trump iltaqa’ mal-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov, fl-Oval Office tal-White House; bl-istampa Amerikana tgħid li hu kien qasam miegħu informazzjoni sigrieta relatata għal xi kumplott potenzjali tal-ISIS. Rapport fil- Washington Post qal, intant, li l-informazzjoni speċifika kienet ġejja minn sieħba tal-Istati Uniti li ma tatx il-permess biex id-dettalji jinqasmu mar-Russja — iżda Trump insista li għandu d-dritt kollu li jaġixxi fl-aħjar interessi tas-sigurtà. Dan meta l-Post qal li Trump kien qasam informazzjoni mill-aktar sigrieta u x’aktarx relatata ‘għall-użu ta’ kompjuters (ta’ tip laptop) fuq l-ajruplani’.

Matul il-kampanja għall-Presidenza tal-Istati Uniti, Donald Trump ikkritika ripetutament lill-kandidat tal-Partit Demokratiku, Hillary Clinton dwar il-mod kif hi kienet ħadet ħsieb ċertu materjal sensittiv. U waqt li l-President Amerikan għandu l-awtorità biex jiddeklassifika l-informazzjoni, l-azzjoni speċifika ta’ Trump qanqlet kritika kbira mingħand id-Demokratiċi fl-Oppożizzjoni u sejħiet għal spjegazzjoni mingħand il-Partit Repubblikan tiegħu stess.

Il-Liġi tas-Saħħa

[immodifika | immodifika s-sors]

Obamacare kienet liġi mfassla mill-President Barack Obama li ġabet ’il quddiem is-servizzi pubbliċi tas-saħħa. Madankollu, dawn is-servizzi sabu oppożizzjoni kbira minn Trump li tul il-kampanja wiegħed li jwettaq tibdil sostanzjali fihom.

Nhar il-25 ta' Marzu 2017, Trump kellu jirtira l-abbozz ta’ liġi tiegħu dwar is-saħħa wara li ma ntlaqax tajjeb u ma kellux voti biżżejjed biex jgħaddi mill-kungress. Dan wara li l-Ħamis, il-vot dwar is-saħħa kellu jkun pospost ħabba li sab oppożizzjoni minn xi Repubblikani. Madankollu, Trump xorta ta t-tort lid-Demokratiċi li ħadd minnhom ma kien favur l-abbozz ta’ liġi propost.

Għalkemm Trump kien għamilha ċara li jekk ma jivvutawx favur l-abbozz kien se jkollhom jibqgħu b’Obamacare, l-abbozz xorta waħda sab oppożizzjoni minn xi Repubblikani. Dan tant li meta ġie għall-vot, Trump flimkien mal-Ispeaker tal-kamra, Paul Ryan, iddeċidew li jirtirawh.

Kontra l-abort

[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-23 ta' Jannar 2017, Trump iffirma azzjoni eżekuttiva li twaqqaf il-fondi mill-Gvern Amerikan lil kull għaqda u organizzazzjoni internazzjonali li tippromwovi jew toffri l-abort. Din il-politika, imsejħa l-"Mexico City Policy" kienet oriġinarjament mnedija waqt l-amministrazzjoni ta' Ronald Reagan, iżda mneħħija fl-2009 mill-amministrazzjoni ta' Obama.

Filwaqt li finanzjament dirett għall-abort ma kienx legali lanqas waqt l-amministrazzjoni ta' Obama, għaqdiet u organizzazjonijiet, anke barranin kienu jirċievu fondi mill-Gvern Amerikan bħala għajnuna għall-promozzjoni ta' abort bħala metodu ta' pjanar għall-familji u trattament għal wara l-abort li dawn kienu joffru. B'din l-azzjoni, l-NGOs mhux se jibqgħu jieħdu ebda fondi.