Emanuel Mallia
Emanuel Mallia | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
9 Ottubru 2017 -
20 Ġunju 2017 - District: Distrett 9 Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
13 Marzu 2013 - 9 Diċembru 2014 ← Lawrence Gonzi - Carmelo Abela (en) → | |||||||
Ħajja | |||||||
Twelid | Tas-Sliema, 20 century | ||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||
Okkupazzjoni | |||||||
Okkupazzjoni |
politiku avukat |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Emmanuel Mallia (Tas-Sliema) huwa Deputat Parlamentari Laburist u eks Ministru tal-Intern u l-Ġustizzja u eks Ministru għall-Kompettività, Ekonomija Diġitali, Qasam Marittimu u Servizzi.
Bin Emmanuele u Carmelo, huwa twieled Tas-Sliema u huwa l-iżgħar wild minn ħamsa.
Avukat
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li spiċċa l-iskola sekondarja, huwa kompla l-edukazzjoni tiegħu fl-Università ta’ Malta, minn fejn iggradwa bħala prokuratur legali fl-1973 u avukat fl-1979. Ftit xhur qabel li ggradwa, huwa fetaħ l-ewwel uffiċċju legali tiegħu, l-Imsida minn fejn baqa' jeżerċita l-professjoni tiegħu sakemm sar Ministru. Huwa speċjalizza fil-liġi kriminali u l-ġustizzja, u sar wieħed mill-aqwa avukati fil-liġi kriminali f'Malta, u jimpjega fl-uffiċċju tiegħu madwar għaxar avukati.
Sport
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa ngħaqad ma’ numru ta’ klabbs u assoċjazzjonijiet, fosthom il-Malta Football Association, li dak iż-żmien kienet immexxija minn George Abela, il-Pembroke Basketball Club u l-Malta Car Racing Association.
Politika
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-2009 'il quddiem, l-Avukat Mallia ħadem mill-viċin mal-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat fuq numru ta’ inizjattivi, bħal kawża istitwita mill-Partit Laburista kontra l-gvern sabiex jirrifondi lura l-VAT fuq it-Taxxa ta’ Reġistrazzjoni tal-Vetturi. L-Avukat Mallia kien ukoll impenjat fil-Business Forum tal-Partit Laburista mmexxi minn Marlene Mizzi, u ħadem fuq numru ta’ inizjattivi ġodda fil-politika kummerċjali, li gew riċerkati u mfassla fi ħdan il-Partit Laburista.
L-Avukat Mallia aċċetta l-istedina ta’ Dr Joseph Muscat sabiex jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 bħala kandidat Laburista fuq id-9 u l-10 distrett.
Fil-11 ta' Marzu huwa nħatar Ministru tal-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali. Fil-Ministeru tiegħu kellu diversi responsabiltajiet: id-Difiża, il-Forzi Armati, il-Pulizija, l-Immigrazzjoni, is-Sigurtà fl-Ajruport, is-Servizzi Korrettivi, il- Protezzjoni Ċivili, Affarijiet ta' Ċittadinanza u Nies Barranin, Central Visa Unit, ir-Reġistru Pubbliku, ir-Reġistrazzjoni Ċivili, il-Karti tal-Identità, il-Passaporti, ir-Reġistru tal-Artijiet u x-Xandir.
Huwa ntalab jirriżenja mill-Prim Ministru f'Diċembru 2014 u baqa' jservi fil-Parlament bħala Deputat Laburista.
F'April 2016, huwa nħatar Ministru għall-Kompettività, Ekonomija Diġitali, Qasam Marittimu u Servizzi.
Wara l-Elezzjonijiet tal-2017, tela' fil-Parlament imma ma ntgħażilx fil-Kabinett.
Ħajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]Emmanuel jgħix fil-Belt Valletta flimkien ma’ martu Elena Codruta u t-tlett itfal tagħhom Nicola, Emmanuel Jr u Carmela Jolie.