Josè Herrera

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Josè Herrera (Tas-Sliema, 16 ta' Novembru 1961) huwa l-Ministru tal-Ambjent fil-Gvern Malti.

Bin l-Imħallef Joseph Alexander Herrera u Marguerite, imwielda Galea. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ ta' San Alwiġi u fl-Università ta' Malta u ggradwa bħala nutar fl-1985 u avukat sena wara.

Politika[immodifika | immodifika s-sors]

Kien elett l-ewwel darba fil-Parlament fl-1996, f'isem il-Partit Laburista. Huwa baqa' jitla' f'kull elezzjoni.

F'Marzu 2013 inħatar Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Kunsilli Lokali.

F'April 2014 inħatar Segretarju Parlamentari għall-Kompetettività u Tkabbir Ekonomiku.

F'April 2016 inħatar Ministru tal-Ambjent.