Owen Bonnici
Owen Bonnici | |||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
30 Marzu 2022 -
15 Jannar 2020 - 23 Novembru 2020 ← Evarist Bartolo - Justyne Caruana (en) →
13 Marzu 2013 - 13 Jannar 2020 ← Chris Said - Edward Zammit Lewis (en) →
10 Mejju 2008 - 30 Marzu 2022
District: District 5 (en) Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017 | |||||||||||
Ħajja | |||||||||||
Twelid | Żejtun, 24 Mejju 1980 (44 sena) | ||||||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||
Okkupazzjoni | politiku | ||||||||||
Parteċipant |
Owen Bonnici huwa avukat, politiku, u membru tal-Parlament Malti.
Studju
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa ggradwa B.A. fl-Istudji Legali u Ewropej (2001) u b'Dottorat fil-Liġi (2004) mill-Universita' ta' Malta. Kiseb ukoll diploma fil-Ġurisprudenza Kanonika (2005) mit-Tribunal Ekkleżjastiku Metropolitan.
Huwa Teaching Associate fi ħdan il-Fakulta' tal-Liġi tal-Universita' ta' Malta.
Politika
[immodifika | immodifika s-sors]Serva fuq il-Kunsill Lokali ta' Marsaskala f'isem il-Partit Laburista għal ħames snin, l-ewwel bħala Kunsillier u mbagħad bħala Viċi-Sindku.
Serva wkoll bħala membru fuq l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit. Ipparteċipa f'diversi konferenzi u seminars fuq livell Ewropew, partikolarment fuq il-kwistjonijiet tal-Kultura u l-Ambjent.
Kien elett, fl-eta' ta' 23 sena, mill-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, sabiex jikkontesta l-ewwel elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, hekk kif Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, imma ma kienx elett.
Kien elett fil-Parlament għall-ewwel darba fl-2008 mit-tielet distrett elettorali. Wara li serva bħala Kelliem tal-Oppożizzjoni għaż-Żgħażagħ u l-Kultura u mbagħad għall-Edukazzjoni Ogħla, Universita' u Riċerka, huwa kien elett fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal- 2013. Il-Prim Ministru Joseph Muscat appuntah Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ġustizzja, sakemm sena wara, ħatru Ministru. Huwa reġa' ġie kkonfermat f'din il-kariga fl-2017.
Ħajja Personali
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa għandu interess fil-letteratura, fl-arti, fil-mużika u l-isport. Kiteb materjal letterarju bil-lingwa Maltija u huwa kontributur regolari f'diversi ġurnali.
Huwa għandu tifla.