Aqbeż għall-kontentut

Chris Said

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Chris Said
14. Ministru għall-Ġustizzja u l-Governanza

6 Jannar 2012 - 13 Marzu 2013
Carmelo Mifsud Bonnici (en) Translate - Owen Bonnici
membru tat-13-il Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Malta


District: District 13 (en) Translate
Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
Ħajja
Twelid Nadur, 10 Lulju 1970 (54 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Chris Said (Nadur, Għawdex, 1970) huwa avukat u Membru tal-Parlament Malti f'isem il-Partit Nazzjonalista. Huwa avukat eks Ministru tal-Ġustizzja, Djalogu u Familja mill-2012 sal-2013.

Iggradwa fil-liġi mill-Università ta' Malta u matul dan iż-żmien kien ukoll president tal-Kunsill tal-Istudenti. Għamel ukoll għaxar snin President tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) f'Għawdex. Ħadem bħala avukat u nutar, u għal għaxar snin serva wkoll bħala president tal-Assoċjazzjoni tal-Futbol ta' Għawdex.

Beda l-karriera politika tiegħu bħala kunsillier tan-Nadur għall-ewwel darba fl-1993. Kien sindku tan-Nadur bejn l-1999 u l-2008 u fi żmienu n-Nadur kien l-ewwel lokalità Maltija li ħadet il-Premju Ewropew ta' Destinazzjoni ta' Eċċellenza (EDEN).

Fl-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2008, Said ġie elett bħala deputat għall-Kamra tad-Deputati f'isem il-Partit Nazzjonalista. Ftit wara dan, inħatar mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi bħala Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni fl-Uffiċju tal-Prim Ministru. Sentejn wara ġie fdat b'responsabbiltajiet oħra, bħall-Affarijiet tal-Konsumatur, il-Kompetizzjoni u r-Relazzjonijiet Industrijali.

Wara r-riżenja ta' Carmelo Mifsud Bonnici, Said inħatar Ministru tal-Ġustizzja, tad-Djalogu u l-Familja fis-6 ta' Jannar 2012. Huwa dam f'din il-kariga sakemm il-PN mar fl-Oppożizzjoni fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013.

Segretarju Ġenerali tal-PN

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2013, kien elett Segretarju Ġenerali tal-PN. Huwa dam f'din il-kariga sal-2015.

Elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista

[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar is-27 ta' Ġunju 2017, 3 ġimgħat wara li l-PN ġarrab telfa elettorali massiċċa fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2017, u jumejn wara li ħabbar il-kandidatura tiegħu Adrian Delia, Said ħabbar il-kandidatura tiegħu għal Kap tal-PN wara r-riżenja ta' Simon Busuttil.

Nhar it-2 ta' Settembru 2017, huwa kien it-tieni l-iktar kontestant li kiseb voti mill-Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, 425 vot, fl-ewwel rawnd tal-votazzjoni fl-elezzjoni għall-Kap tal-PN, li kkontestaw għaliha wkoll Alex Perici Calascione, Frank Portelli u Adrian Delia. Delia kiseb l-ikbar ammont ta' voti, 616 vot. Perici Calascione ġab 296 vot u Frank Portelli 11-il vot.

Nhar is-16 ta' Settembru 2017, 14,750 tesserat tefgħu l-vot tagħhom. Madwar terz mit-tesserati, 7,000, ma vvutawx. Delia ġab 52.7% tal-voti mitfugħa (7,734 vot) filwaqt li Chris Said (6,932 vot) ġab 47.3%, madwar 800 vot inqas.

Ħajja Personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Chris Said huwa miżżewweġ lil Linda mwielda Attard, u għandhom tliet ulied: Anastasia, Andrea u Benjamin.

Predeċessur
Paul Borg Olivier
Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista
2013–2015

Suċċessur
Rosette Thake

Predeċessur
Carmelo Mifsud Bonnici
Ministru tal-Ġustizzja
2012–2013

Suċċessur
Emanuel Mallia