Tim nazzjonali tal-futbol tal-Irlanda
Repubblika Irlandiża | |
Assoċċazzjoni | Football Association of Ireland |
Konfederazzjoni | UEFA, (Ewropa) |
Kowċ | Steve Staunton, flimkien ma' Sir Bobby Robson |
Asst Kowċ | Kevin MacDonald |
Captain | Robbie Keane |
L-Aktar Dehriet | Steve Staunton (102) |
L-Aktar Gowls | Robbie Keane (31) |
Grawnd Nazzjonali | Croke Park (Lansdowne Road qiegħed jittranġa) |
L-Ewwel Internazzjonali | Stat Liberu ta' l-Irlanda 1 - 0 Bulgarija (Colombes, Franza; 28 ta' Mejju, 1924) |
L-Ikbar Rebħa | Repubblika Irlandiża 8 - 0 Malta (Dublin, Irlanda; 16 ta' Novembru, 1983) |
L-Ikbar Telfa | Brażil 7 - 0 Repubblika Irlandiża (Uberlândia, Brażil; 27 ta' Mejju, 1982) |
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Irlandiża hu t-tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Irlandiża, li hu wieħed miż-żewġ timijiet nazzjonali ta' l-Irlanda, bit-tim l-ieħor ikun ta' l-Irlanda ta' Fuq. Hu hu mmexxi mill-Football Association of Ireland u hu membru tal-UEFA u l-FIFA. Alavolja kienu nvoluti fil-kompetizzjoni internazzjonali mill-1930, it-tim qatt ma kwalifika għal xi kompetizzjoni ta' importanza, imma wara l-Euro 1988 fil-Ġermanja huma rnexxielhom jagħmlu suċċess. Huma waslu sal-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1990 u waslu wkoll sat-tieni rawnd tat-Tazza tad-Dinja 1994 u l-edizzjoni ta' l-2002.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-Istat Ħieles tal-Irlanda
[immodifika | immodifika s-sors]Bejn l-1882 u l-1924 l-Irlanda kienet irrapreżentata minn tim nazzjonali wieħed organizzat minn Belfast - ibbażat bħala l-Irish Football Association. Imbagħad fl-1920 l-Irlanda nqasmet bħala l-Irlanda ta' Fuq u l-Irlanda t'Isfel. Fl-1922, l-Irlanda t'Isfel saret l-Istat Ħieles tal-Irlanda, biex imbagħad saret ir-Repubblika ta' l-Irlanda. Minħabba din il-bidla fis-sistemà politika, il-Football Association of Ireland (FAI) bdiet minn Dublin fl-1921 u bdiet torganizza kemm l-kampjonat nazzjonali u anki t-tim nazzjonali tagħha.
Fl-1923 il-FAI kienet rikonoxxuta mill-FIFA bħala l-assoċċazzjoni li tiggwida l-futbol fl-Istat Liberu ta' l-Irlanda, u fl-Olimpjadi ta' l-1924 fi Stade Olympique, huma rebħu 1-0 lill-Bulgarija, bil-plejer Paddy Duncan jiskorja l-ewwel gowl li qatt skorja t-tim. Fl-14 ta' Ġunju 1924, l-Istat Ħieles ta' l-Irlanda għamel id-debutt tiegħu ġewwa daru meta rebaħ lill-Istati Uniti 3-1 bi tripletta ta' Ed Brookes.
L-Istat Ħieles Irlandiż kellhom jistennew sal-21 ta' Marzu 1926 biex jilagħbu l-partita li jmiss. Din kienet partita barra minn darhom kontra l-Italja fejn tilfu 3-0. Din kienet l-ewwel partita internazzjonali fejn hiha kien hemm plejers professjonali. Fil-25 ta' Frar 1934, huma għamlu d-debutt fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja meta spiċċaw pari ta' 4-4 kontra l-Belġju fil-fażi ta' kwalifikazzjoni f'Daymount Park. Paddy Moore skorja erba' gowls għat-tim u sar l-ewwel plejer li qatt skorja erba' gowls f'logħba tat-Tazza tad-Dinja
Grawnd
[immodifika | immodifika s-sors]Sa l-1980, ħafna mil-logħob li lagħbu f'darhom intalgħbu ġewwa Lansdowne Road f'Dublin, il-grawnd nazzjonali tat-tim tar-rugby. Dan il-grawnd huma magħluq minħabba xogħol ta' kostruzzjoni li se jkomplu sa l-2009. L-ewwel logħba internazzjonali kienet logħba ta' ħbiberija kontra l-Italja fl-1971; ir-rebħa ta' 5-0 kontra San Marino fil-15 ta' Novembru 2006, kienet l-aħħar logħba li ntlagħbet f'dan il-grawnd. Il-grawnd jesa' aktar minn 36,000 persuna. Il-kostruzzjoni li qed issir se testendi l-kapaċità ta' dan il-grawnd għal 50,000.
Xi ftit mil-logħob ta' l-1980 tar-Repubblika Irlandiża ntlagħbu f'Daymount Park u l-aħħar partita li saret f'dan il-grawnd kienet fl-1990 kontra l-Marokk. It-tim lagħab ukoll xi partiti f'daru f'Tolka Park (darbtejn) u fir-Royal Dublin Society f'Dublin u kif ukoll f'Mardyke u fi Flower Lodge.
Croke Park
[immodifika | immodifika s-sors]Minħabba l-proġetti fuq il-Lansdowne Road, grawnd ġdid kellu jospita l-logħob internazzjonali ta' l-Irlanda. L-uniku grawnd kapaċi li jospita futbol internazzjonali fih huwa Croke Park. Inizjalment, erba' logħbiet għall-kwalifikazzjoni għall-Euro 2008 sejrin jintlagħbu fi Croke Park matul l-2007.
Data | Timijiet | Riżultat |
---|---|---|
24 ta' Marzu 2007 | Repubblika Irlandiża v Wales | 1 - 0 |
28 ta' Marzu 2007 | Repubblika Irlandiża v Slovakkja | 1 - 0 |
13 ta' Ottubru 2007 | Repubblika Irlandiża v Ġermanja | - |
17 ta' Ottubru 2007 | Repubblika Irlandiża v Ċipru | - |
L-Iskwadra ta' l-Irlanda
[immodifika | immodifika s-sors]Din hija l-iskwadra nazzjonali Kroata li qed tikkompeti għall-Euro 2008.
Gowlers:
Difensuri:
Midfielders:
- Kevin Kilbane
- Lee Carsley
- Andy Reid
- Aiden McGeady
- Jonathan Douglas
- Stephen Hunt
- Stephen Ireland
- Darren Potter
- Darron Gibson
Attakkanti:
Storja tal-Kompetizzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- 1930 - Ma ħaditx sehem
- 1934 sa l-1986 - Ma kkwalifikatx
- 1990 - Kwarti tal-Finali
- 1994 - L-Aħħar Sittax
- 1998 - Ma kkwalifikatx
- 2002 - L-Aħħar Sittax
- 2006 - Ma kkwalifikatx
- 1960-1984 - Ma kkwalifikatx
- 1988 - L-Ewwel Rawnd
- 1968 - Ma ħaditx sehem
- 1992-2004 - Ma kkwalifikatx
Plejers
[immodifika | immodifika s-sors]Plejers famużi tal-passat
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
|
L-Aktar Apparenzi
[immodifika | immodifika s-sors]# | Isem | Karriera | Partiti | Gowls |
---|---|---|---|---|
Steve Staunton | 1989-2002 | |||
Niall Quinn | 1986-2002 | |||
Tony Cascarino | 1986-2000 | |||
Paul McGrath | 1985-1997 | |||
Kevin Kilbane | 1997-preżent | |||
Packie Bonner | 1981-1996 | |||
Shay Given | 1996-preżent | |||
Ray Houghton | 1986-1998 | |||
Robbie Keane | 1998-preżent | |||
Kenny Cunnigham | 1996-2005 | |||
Liam Brady | 1975-1990 |
L-Aktar Gowls
[immodifika | immodifika s-sors]# | Isem | Gowls |
---|---|---|
Robbie Keane | ||
Niall Quinn | ||
Frank Stapleton | ||
Don Givens | ||
Tony Cascanio | ||
John Aldrige | ||
Noel Cantwell | ||
Gerry Dally | ||
Jimmy Dunne | ||
Ian Harte |