Darron Gibson

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Darron Gibson
Informazzjoni personali
Isem sħiħDarron Thomas Daniel Gibson
Twelid25 ta' Ottubru 1987 (1987-10-25) (36 sena)
DerryIrlanda ta' Fuq
Tul1.83 m
RwolMidfilder
Mixtliet
2003–2004Institute
2004–2005Manchester United
Karriera professjonali
SninKlabb
2005–2012Manchester United
2006–2007Royal Antwerp (self)
2007–2008Wolves (self)
2012–2017Everton
2017–2018Sunderland
2018–2019Wigan Athletic
2020–2021Salford City
Tim nazzjonali
2007–2017Repubblika tal-Irlanda

Darron Thomas Daniel Gibson (twieled fil-25 ta' Ottubru 1987) huwa plejer tal-futbol Irlandiż.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Gibson ingħaqad ma' Manchester United fl-2004. Id-debutt mat-tim tal-kbar wasal fil-partita mil-League Cup kontra Barnet tas-26 ta' Ottubru 2005, fejn kien daħal bħala sostitut għal Lee Martin. Matul l-istaġun 2005–06 hu kien figura prominenti fit-tim tar-Riservi ta' Manchester United fejn għenhom jirbħu t-Tripletta. Hu għamel total ta' dsatax-il dehra, b'żewġ gowls. F'Mejju tal-2006 hu rebaħ l-Unur Jimmy Murphy bħala l-plejer żagħżugħ tas-sena u lagħab regularment għat-tim tal-kbar ta' United matul il-logħob tal-ħbiberija waqt l-istaġun tas-sajf.[1] Flimkien ma' Dong Fangzhuo, Jonny Evans, Fraizer Campbell u Danny Simpson, hu kien wieħed fost id-diversi plejers ta' United li qattgħu l-istaġun 2005–06 taħt self ma' Royal Antwerp. F'Ottubru tal-2007, hu ġie msellef għal darba oħra, din id-darba ma' Wolverhampton Wanderers.

Id-debutt fil-Premier League wasal fil-15 ta' Novembru 2008, fejn deher bħala sostitut fit-tieni taqsima tal-partita kontra Stoke City, qabel ma deher għall-ewwel darba fil-UEFA Champions League għaxart ijiem wara, bħala sostitut għal Darren Fletcher kontra Villarreal. Fl-4 ta' Jannar 2009, Gibson sab l-ewwel gowl tiegħu mal-klabb, bil-gowl ikun l-aħħar wieħed tar-rebħa ta' 3–0 fuq Southampton fit-Tielet Rawnd tal-FA Cup. Hu skorja ieħor fil-Ħames Rawnd tal-kompetizzjoni, fejn skorja t-tieni gowl ta' United fir-rebħa barra minn darhom ta' 4–1 kontra Derby County fil-15 ta' Frar 2009. Il-prestazzjoni tiegħu f'din il-partita ġiet regalata bl-unur tal-Plejer tal-Partita.

Fl-1 ta' Marzu 2009, Gibson beda f'nofs il-grawnd mal-veteran Paul Scholes kontra Tottenham Hotspur fil-finali tal-Football League 2009 f'Wembley Stadium, fejn lagħab id-90 minuta, qabel ma postu ħadu Ryan Giggs għall-bidu tal-ħin supplementari. United rebħu 4–1 bil-penalties, fejn din kienet it-tieni midalja għal Gibson wara dik tat-Tazza tad-Dinja tal-klabb mirbuħa f'Diċembru 2008.[2]

L-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat wasal fl-24 ta' Mejju fl-aħħar partita tal-istaġun 2008–09 kontra Hull City. Minn fuq il-faxxa xellugija, Federico Macheda lagħblu ballun u Gibson minn tarf il-kaxxa xuttja xutt minn madwar 20 metru li baqa' dieħel ġox-xibka.[3]

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Gibson kien fiċ-ċentru ta' disgwit bejn il-Federazzjoni tal-futbol Irlandiża u dik tal-Irlanda ta' Fuq fuq l-eliġibbilità ta' plejers li twieldu fl-Irlanda ta' Fuq biex jirrapreżentaw lir-Repubblika tal-Irlanda. Normalment, plejers li jkunu twieldu barra mit-territorju li jkunu jridu jirrapreżentaw iridu juru lill-FIFA li huma għandhom "konnessjoni" valida (atenati jew residenza) f'dak it-territorju. Madanakollu, l-unika pożizzjoni kostituzzjonaali tal-Irlanda ta' Fuq, skont kif inhu speċifikat fil-Qbil tal-Ġimgħa l-Kbira, iċ-ċittandinanza Irlandiża hi d-dritt ta' kull persuna mwieled fil-gżira tal-Irlanda jekk iridu dan, u b'riżultat t'hekk Gibson kien eleġibbli li jilgħab għar-Repubblika tal-Irlanda fuq livell internazzjonali.

Gibson għall-bidu rrapreżenta lill-Irlanda ta' Fuq fil-livell ta' taħt is-sittax-il sena u kien inkluż fl-iskwadri tal-Victory Shield. Madanakollu, hu ġie mwaqqa mit-tim wara li attenda xi provi ma' Manchester United u sussegwentament iddeċieda li jibda jilgħab għall-Irlanda. Wara li lagħab fil-livell ta' taħt is-sbatax, id-dsatax u l-għoxrin sena, hu kien ġie inkluż għal diversi drabi fl-iskwadra tar-Repubblika tal-Irlanda għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008,[4] qabel ma finalment iddebutta fir-rebħa ta' 4–0 kontra d-Danimarka. L-ewwel partita tiegħu mal-ewwel ħdax mat-tim nazzjonali waslet fir-rebħa ta' 1–0 kontra Ċipru fil-15 ta' Ottubrui 2008.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Manchester United

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Darron Gibson" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-01-29.
  2. ^ McNulty, Phil (2009-03-01). "Man Utd 0-0 Tottenham (aet)" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-07-07.
  3. ^ Hughes, Ian (2009-05-24). "Hull 0-1 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-07-07.
  4. ^ "Gibson included in Republic squad" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-01-30. Miġbur 2007-06-25.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]