Fraizer Campbell
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Fraizer Lee Campbell | ||
Twelid | 13 ta' Settembru 1987 Huddersfield | ||
Pajjiż | ![]() | ||
Tul | 1.72 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb kurrenti | Cardiff City | ||
Numru | 27 | ||
Klabbs ġovanili | |||
2004–2006 | Manchester United | ||
Klabbs professjonali* | |||
Snin | Klabb | Preż | Gwls |
2006–2009 | Manchester United | 2 | (0) |
2006–2007 | → Royal Antwerp (self) | 33 | (21) |
2007–2008 | → Hull City (self) | 34 | (15) |
2007–2008 | → Tottenham Hotspur (self) | 10 | (1) |
2009–2013 | Sunderland | 58 | (6) |
2013– | Cardiff City | 5 | (5) |
Tim nazzjonali | |||
2008–2009 | Ingilterra U21 | 14 | (4) |
2012 | Ingilterra | 1 | (0) |
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 14:31, 17 Marzu 2013 (UTC) |
Fraizer Campbell (Huddersfield, 3 ta' Settembru 1987) huwa futboler Ingliż. Huwa hu attakkant u jilgħab mal-klabb Galliku ta' Cardiff City.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Bidu tal-karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Campbell iffirma kuntratt mal-Akkademja ta' Manchester United fl-1 ta' Lulju 2004, u għamel impatt immedjat, fejn skorja 14-il gowl minn 22 logħba għat-tim ta' taħt it-tmintax-il sena. Il-prestazzjoni tajba mat-timijiet taż-żgħar wasslitu biex jilgħab ħames logħbiet mat-tim tar-Riservi fejn skorja darba. L-istaġun ta' wara kabbar l-impatt tiegħu mat-tim tar-Riservi. Campbell qasam it-tieni post tal-aqwa skorer tat-tim tar-Risveri b'disa' gowls (wara Giuseppe Rossi, li skorja 26 gowl f'25 logħba), fejn għen lit-tim fi triqithom għat-tripletta tar-Riservi, bil-Premier Reserve League, North/South Play-off Shield u l-Manchester Senior Cup.
F'Novembru tal-2005, Campbell ingħata n-numru 51 ta' Manchester United u issejaħ għall-ewwel darba mat-tim fit-tielet rawnd tal-FA Cup kontra Burton Albion f'Jannar tal-2006. Campbell iffirma l-ewwel kuntratt professjonali mal-klabb fit-22 ta' Marzu 2006, u fid-9 ta' Mejju daħal bħala sostitut fil-logħba ta' testimonjanza għal Roy Keane f'Old Trafford, fejn ħa post Kieran Richardson fil-75 minuta. Lejn l-aħħar tas-sajf hu skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-ewwel tim wara li daħal bħala sostitut fil-post ta' Wayne Rooney kontra Macclesfield Town.
Royal Antwerp[immodifika | immodifika s-sors]
Hu ngħaqad mat-tim Belġjan affiljat ma' Manchester United, Royal Antwerp, matul l-istaġun 2006–07, fejn kompla jiskorja gowls u wassal sabiex il-partitarji bdew isejħulu "Super Campbell". Il-21 gowl tiegħu f'31 logħba mal-ewwel ħdax taw lil Antwer post fil-play-offs tat-Tieni Diviżjoni Belġjana.
Mar-ritorn tiegħu mal-klabb ta' Manchester hu daħal bħala sostitut minflok Michael Carrick fit-73 minuta, partita li Manchester United tilfu 1–0 kontra Manchester City.[1]
Hull City[immodifika | immodifika s-sors]
Fil-bidu tal-istaġun 2007–08, hu ġie msellef lil Hull City sa nofs Jannar 2008[2], u fid-debutt tiegħu skorja darbtejn fir-rebħa ta' 3–0 fuq Barnsley. Wara prestazzjoni sodisfaċenti kontra Wolverhampton Wanderers, fejn skorja gowl u assista ieħor, Hull stqarrew ix-xewqa li jestendu ż-żmien ta' self ta' Campbell sa tmiem l-istaġun. L-estenzjoni tas-self kienet kompluta fit-28 ta' Diċembru 2007. Hu spiċċa l-istaġjun bħala l-aqwa skorer ta' Hull City, biex għenhom jakkwistaw l-ewwel promozzjoni tagħhom għall-ogħla diviżjoni Ingliża, wara stennija ta' 104 snin. Minħabba l-forma tajba li wera matul il-perjodu ta' self, Hull xtaqu li jieħdu lil Campbell b'mod permanenti jew għal staġun ieħor ta' self. Madanakollu, Campbell espressa għal ħafna drabi x-xewqa li jirritorna lura lejn Old Trafford u jipprova jagħmilha mal-ewwel tim. Fl-1 ta' Settembru 2008, Hull City għamlu offerta rekord (għall-klabb) ta' £7 miljun għas-servizzi tal-plejer.[3]
Manchester United[immodifika | immodifika s-sors]
Lura Manchester, Campbell daħal bħala sostitut fl-ewwel logħba tal-istaġun fir-rebħa bil-penalties kontra Portsmouth fil-finali tal-Community Shield sabiex kiseb l-ewwel midalja ta' rebbieħ. Hu ddebutta għall-ewwel darba mal-ewwel ħdax fil-partita tal-ftuħ tal-kampjonat il-ġdid kontra Newcastle United, fejn ifforma koppja tal-attakk ma' Wayne Rooney.
Tottenham Hotspur[immodifika | immodifika s-sors]
Fit-2 ta' Settembru 2008, fl-aħħar ġurnata tas-suq tat-trasferimenti, Campbell iffirma ma' Tottenham Hotpur b'self għal staġun, bħala parti mit-trasferiment li ra lil Dimitar Berbatov jissieħeb ma' Manchester United għas-somma ta' madwar £30.75 miljun.[4] Hu ddebutta ma' Tottenham fit-18 ta' Settembru 2008, fejn daħal ħa post Aaron Lennon fil-logħba mil-ewwel leg valida għall-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA kontra Wisła Kraków. F'temp ta' ħmistax-il minuta li kien daħal, Campbell ipprovda lil Darren Bent bil-passaġġ għall-gowl rebbieħ. L-ewwel gowl fil-kampjonat lokali għal Fraizer Campbell wasal fit-telfa kontra Fulham bl-iskor ta' 2–1, bil-gowl tiegħu ta' konsolazzjoni jasal fl-aħħar minuti tal-logħba.
Sunderland[immodifika | immodifika s-sors]
Minkejja li f'Ġunju tal-2009 Hull City irritornaw b'offerta ta' £6 miljun għal Campbell, offerta aċċettata minn Manchester United,[5] fil-11 ta' Lulju 2009, Campbell iffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Sunderland wara li Manchester United aċċettaw offerta' ta' £3.5 miljun (offerta li potenzjalment setgħet titla' għal £6 miljun).[6] Fid-9 ta' Marzu 2010, Campbell skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-Premier League għall-Black Cats, fejn skroja kontra Bolton wara biss 41 sekonda fir-rebħa ta' 4–0.
Wara bidu entużjażmanti fil-logħbiet ta' qabel il-kampjonat 2010–11, nhar id-29 ta' Awwissu 2010 fil-partita kontra Manchester City hu weġġa' l-ligament tal-kruċjata anterjuri, li ħallietu barra mil-logħob għal sitt xhur.[7] F'Marzu tal-2011 irritorna jitħarreġ, madanakollu reġa' sofra uġigħ fl-istess irkoppa fit-3 ta' April 2011.[8] L-operazzjoni li segwiet tgħarrfet li Campbell kien se jkun barra mil-logħob għal tnax-il xahar.
Ir-ritorn finali tiegħu wasal fid-29 ta' Jannar 2012 fejn daħal bħala sostitut għal Connor Wickham fil-partita mir-raba' rawnd tal-FA Cup kontra Middlesbrough fejn issiġillaha bil-gowl tad-dro għal skor ta' 1–1. Fil-Premier League hu rritorna għal-logħba tal-1 ta' Frar 2012 kontra Norwich City, fejn skorja u assista gowl ieħor fir-rebħa ta' 3–0 ġewwa darhom.
Cardiff City[immodifika | immodifika s-sors]
Nhar il-21 ta' Jannar 2013, Campbell iffirma kuntratt ta' tliet snin u nofs ma' Cardiff City għas-somma ta' madwar £650,000.[9] Id-debutt tiegħu wasal fit-2 ta' Frar 2013 kontra Leeds United fejn wara biss żewġ minuti mid-dħul fil-partita hu skorja l-uniku gowl tal-logħba.
Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Campbell lagħab mad-diversi livelli għan-nazzjonal Ingliż. Fit-23 ta' Frar 2012, minkejja li kien skorja biss 6 gowls f'4 snin, Campbell irċieva sejħa biex jissieħeb mat-tim nazzjonali tal-Ingilterra għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Olanda. Hu ddebutta fit-80 minuta fit-telfa ta' 3–2 li sofriet l-Ingilterra.
Unuri[immodifika | immodifika s-sors]
Klabb[immodifika | immodifika s-sors]
- FA Community Shield: 2008
- Play-offs tal-Football League Championship: 2008
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Chris Bevan. (Ingliż) Man City 1-0 Man Utd. BBC Sport, 19 ta' Awwissu 2007. Aċċess tal-URL: 22 ta' Awwissu 2007.
- ^ (Ingliż) Campbell Joins On Loan. Hull City AFC, 18 ta' Ottubru 2007. Aċċess tal-URL: 22 ta' Ottubru 2007. (arkivjat mill-URL oriġinali)
- ^ (Ingliż) Hull confirm their £7million bid for United striker Frazier Campbell. Daily Mail, 30 ta' Awwissu 2008. Aċċess tal-URL: 3 ta' Jannar 2011.
- ^ (Ingliż) Man Utd complete Berbatov switch. BBC Sport, 01 ta' Settembru 2008. Aċċess tal-URL: 02 ta' Settembru 2008.
- ^ (Ingliż) Hull's bid for Campbell accepted. BBC Sport, 7 ta' Ġunju 2009. Aċċess tal-URL: 08 ta' Ġunju 2009.
- ^ (Ingliż) Sunderland seal Campbell capture. BBC Sport, 11 ta' Lulju 2009. Aċċess tal-URL: 11 ta' Lulju 2009.
- ^ (Ingliż) Sunderland forward Fraizer Campbell out for six months. BBC Sport, 31 ta' Awwissu 2010. Aċċess tal-URL: 2 ta' Jannar 2011.
- ^ (Ingliż) Sunderland striker Campbell to miss rest of season. BBC Sport, 14 ta' April 2011. Aċċess tal-URL: 7 ta' Novembru 2011.
- ^ Mark Denham. (Ingliż) DEAL DONE: CAMPBELL SIGNS FOR CITY. Cardiff City FC, 21 ta' Jannar 2013. Aċċess tal-URL: 21 ta' Jannar 2013.
Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]
- Statistika fuq Soccerbase.com
- Profil fuq is-sit tal-Premier League