Giuseppe Rossi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Giuseppe Rossi
Informazzjoni personali
Twelid1 ta' Frar 1987 (1987-02-01) (37 sena)
Teaneck, Stati Uniti
Tul1.73 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1993–1999Clifton Stallions
2000–2004Parma
2004Manchester United
Karriera professjonali
SninKlabb
2004–2007Manchester United
2006Newcastle United (self)
2007Parma (self)
2007–2013Villarreal
2013–2017Fiorentina
2016Levante (self)
2016–2017Celta (self)
2017–2018Genoa
2020Real Salt Lake
2021–2022SPAL
Tim nazzjonali
2008–2014Italja

Giuseppe Rossi (twieled fl-1 ta' Frar 1987) huwa plejer tal-futbol Taljan li jilgħab bħala attakkant.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Rossi twieled fl-Istati Uniti, preċiżament f'Teanec minn ġenituri Taljani; missieru, Ferdinando Rossi, kien kowċ tal-futbol u kien jgħallem it-Taljan u l-Ispanjol fl-iskola sekondarja ta' Clifton, filwaqt li ommu, Cleonilde Rossi, kienet ukoll għalliema tal-lingwi fi Clifton.[1]

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Manchester United[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-sena 2000, ta' tlettax-il sena, il-klabb ta' Parma innota lil Rossi u ġabitu l-Italja fejn rawmitu fi ħdan is-settur mixtla tal-istess klabb. Fis-sajf tal-2004, ta' sbatax-il sena, ġie akkwistat minn Manchester United.[2] Wara li impressjona mat-tim tar-riservi, hu ddebutta mar-Red Devils bħala sostitut fl-10 ta' Novembru 2004, fil-partita valida għal-League Cup, kontra Crystal Palace. Fil-15 ta' Ottubru 2005, ta' tmintax-il sena, sab ix-xibka għall-ewwel darba fil-Premier League, meta inqas minn għaxar minuti minn x'ħin daħal bħala sostitut kontra Sunderland, skorja t-tielet gowl ta' United minn tmintax-il metru, biex tahom rebħa ta' 3–1.[3] Fit-tieni staġun tiegħu f'Manchester, iddebutta wkoll fil-UEFA Champions League, fejn kiseb żewġ preżenzi, waqt li skorja tliet gowls fit-tazzi nazzjonali. B'hekk temm l-istaġun tiegħu b'4 gowls fi 12-il logħba.

Fil-bidu tal-istaġun 2006–07, Rossi ingħata b'self lil Newcastle United sal-1 ta' Jannar 2007, biex ikun jista' jikseb biżżejjed esperjenza. L-uniku gowl bil-flokk iswed u abjad wasal fil-25 ta' Ottubru 2006, kontra Portsmouth fit-tielet rawnd tal-Carling Cup.[4]

Parma[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-17 ta' Jannar 2007 ġie msellef lil Parma sal-aħħar nofs tal-istaġun.[5]

Skjerat mill-bidu fost l-ewwel ħdax, fil-partita debuttanti tiegħu fil-21 ta' Jannar, hu skorja l-gowl li wassal lill-Parma biex jegħlbu lil Torino 1–0 u biex jirritoraw lura lejn ir-rebħ wara nixfa ta' rebħa li kienet tmur lura lejn l-10 partiti preċedenti. Fis-7 ta' April, fil-partita ġewwa darhom kontra Livorno, hu skorja gowl fil-91 minuta li ta lill-Parma r-rebħa, u reġa' rrepeta dan fit-18 ta' April, meta b'permezz tal-ewwel doppjetta tiegħu fis-Serie A, hu ta rebħa prezzjuża 'l-Parma kontra Fiorentina. Erbat ijiem wara, permezz ta' gowl fir-rebħa ta' 4–3 li Parma għamlu fuq Palermo, din kienet tfisser l-ewwel rebħa tal-klabb barra minn daru għal dak l-istaġun.

Il-prestazzjonijiet tiegħu fid-dsatax-il partita li lagħab,[6] li fihom skorja disa' gowls, wasslu 'l-Parma ta' Claudio Ranieri li jakkwistaw it-tnax-il post, meta salvaw mir-relegazzjoni fl-aħħar ġurnata.

Villarreal[immodifika | immodifika s-sors]

Wara ż-żmien ta' self ma' Parma, fi tmiem l-istaġun ħafna klabbs Taljani xtaquh, però hu rritorna barra minn pajjiżu. Fil-fatt fl-2007, f'età ta' għoxrin sena, Manchester United ċediet għal offerta ta' 10 miljun ewro mill-klabb Spanjol ta' Villarreal.[7][8] Madanakollu, fil-kuntratt ta' Rossi iddaħlet klawżola li tippermetti lil Manchester United biex ikunu jistgħu jixtruh fil-futur qarib.[9]

Fl-ewwel staġun tiegħu fi Spanja sar plejer determinanti għas-"Sottomarin isfar": minkejja diversi problemi fiżiċi, hu rnexxielu jiskorja 11-il gowl f'27 partita fil-Liga, u kkontribwixxa għat-tieni post storiku fil-kampjonat li ta post awtomatiku fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League. Fl-istaġun suċċessiv, Rossi ibrilla fiċ-Champions League fejn skorja tliet gowls, waqt li kompla jikkonferma ruħu fil-kampjonat, meta skorja 12-il gowl fi 30 partita.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Rossi irrapreżenta lill-Italja fi kważi kull livell mixtla, mit-tim ta' taħt is-16-il sena, sat-tim ta' taħt il-21 sena. Minkejja li fl-2006 ġie mistieden mill-kowċ tat-tim nazzjonali tal-iStati Uniti, Bruce Arena, biex jieħu sehem f'sessjoni ta' taħriġ mat-tim fi preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, Rossi irrifjuta din l-offerta fejn stqarr ix-xewqa li jilgħab għall-Italja. Hu skorja erba' gowls fl-Olimpjadi tas-sajf 2008, biex sar l-aqwa skorer tat-turnew, minkejja li l-iskwadra Taljana waslet biss sal-kwarti tal-finali.

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Marcello Lippi, sejjaħ lil Rossi fost l-iskwadra tiegħu f'Ottubru tal-2008, fejn iddebutta bħala sostitut fit-tieni taqsima fil-partita tal-11 ta' Ottubru kontra l-Bulgarija, partita valida mill-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. L-ewwel gowl tiegħu mal-Azzurri wasal kontra l-Irlanda ta' Fuq, f'partita ta' ħbiberja li ntlagħbet fis-6 ta' Ġunju, 2009. Hu wkoll skorja żewġ gowls kontra l-iStati Uniti fl-ewwel partita tal-Italja fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 fil-15 ta' Ġunju 2009, ġewwa l-Afrika t'Isfel.[10]

Gowls internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

# Data Stadju Avversarju Riżultat Kompetizzjoni
1. 6 ta' Ġunju 2009 Pisa, Italja  Irlanda ta' Fuq 3–0 Logħba ta' ħbiberija
2. 15 ta' Ġunju 2009 Pretorja, Afrika t'Isfel  Stati Uniti 3–1 Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009
3. 15 ta' Ġunju 2009 Pretorja, Afrika t'Isfel  Stati Uniti 3–1 Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Manchester United

Individwali[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Longman, Jeré (2009-06-09). "Young Soccer Star Is Close to Completing His Italian Dream" (bl-Ingliż). The New York Times. Miġbur 2009-06-13.
  2. ^ Canales, Andrea (2005-11-30). "My Country, 'Tis of Thee" (bl-Ingliż). ESPNsoccernet. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-10-17. Miġbur 2007-08-02.
  3. ^ "Sunderland 1-3 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2005-10-15. Miġbur 2009-04-03.
  4. ^ "Newcastle 3-0 Portsmouth" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-10-25. Miġbur 2009-02-03.
  5. ^ "Man Utd agree Parma loan deal for Rossi" (bl-Ingliż). ESPN. 2007-01-18. Miġbur 2009-04-03.
  6. ^ "Giuseppe Rossi" (bl-Ingliż). ESPN. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2009-02-14. Miġbur 2009-04-03.
  7. ^ Hibbs, Ben (2007-07-07). "Rossi to join Villarreal" (bl-Ingliż). Manchester United. Miġbur 2007-08-01.
  8. ^ "El Villarreal ficha al delantero Giuseppe Rossi" (bl-Ispanjol). Villarreal CF. 2007-07-31. Miġbur 2007-08-01.
  9. ^ "Man Utd sell Rossi to Villarreal" (bl-Ingliż). BBC. 2007-08-01. Miġbur 2008-04-01.
  10. ^ "USA 1-3 Italy" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-06-15. Miġbur 2009-06-17.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]