Aqbeż għall-kontentut

Danny Simpson

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Danny Simpson
Informazzjoni personali
Isem sħiħDaniel Peter Simpson
Twelid4 ta' Jannar 1987 (1987-01-04) (37 sena)
SalfordIngilterra
Tul1.75 m
RwolDifensur lemini
Mixtliet
2003–2006Manchester United
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2010Manchester United
2006Royal Antwerp (self)
2006–2007Royal Antwerp (self)
2007Sunderland (self)
2008Ipswich Town (self)
2008–2009Blackburn Rovers (self)
2009–2010Newcastle United (self)
2010–2013Newcastle United
2013–2014Queens Park Rangers
2014–2019Leicester City
2019–2020Huddersfield Town
2021–2022Bristol City

Daniel Peter "Danny" Simpson (twieled fl-4 ta' Jannar 1987) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab bħala difensur lemini.

Manchester United

[immodifika | immodifika s-sors]

Imwieled f'Salford, Greater Manchester, Simpson lagħab għal Parkwydnn JFC f'Eccles bħala żagħżugħ qabel ma ngħaqad ma' Manchester United. Simpson iddebutta mat-tim tal-kbar tal-United, f'logħba ta' ħbiberija kontra t-tim mill-Afrika t'Isfel Kaizer Chiefs, fit-18 ta' Lulju 2006, partita li r-Reds rebħuha 1–0.[1] Simpson qatta' l-ewwel nofs tal-istaġun 2006–07 taħt self mal-klabb Olandiż ta' Royal Antwerp u rritorna lejn Manchester United f'Jannar tal-2007. Suċċessivament, flimkien ma' sieħbu Jonny Evans, Simpson ġie msellef lill-klabb ta' Sunderland.[2]

Simpson iffirma kuntratt ġdid ma' Manchester United f'Settembru tal-2007 li se jżommu mal-klabb sal-2010.[3] Id-debutt kompetittiv tiegħu għal United wasal fis-26 ta' Settembru 2007 fit-telfa ta' 2–0 kontra Coventry City fil-Carling Cup,[4] waqt li nhar is-6 ta' Ottubru 2007 wasal id-debutt fil-kampjonat Ingliż meta daħal fit-30 minuta għall-imweġġa' John O'Shea kontra Wigan Athletic. Kien hu li qassam għall-gowl ta' Wayne Rooney, li ssiġilla r-rebħa ta' 4–0.[5] Fl-Ewropa, l-ewwel dehra tiegħu waslet fit-23 ta' Ottubru 2007, meta daħal bħala sostitut fit-80 minuta għal Ryan Giggs kontra Dynamo Kyiv.[6]

Nhar il-21 ta' Marzu 2008, Simpson iffirma qbil ta' self ma' Ipswich Town. B'Gary Neville qrib li jirritorna lura fl-iskwadra, il-kowċ ta' United Alex Ferguson iddeċieda li kien fl-aħjar ta' Simpson li jikseb aktar opportunitajiet mal-ewwel tim, xi ħaġa aktarx diffiċli f'Old Trafford b'Gary Neville u Wes Brown quddiem Simpson fl-għażla tal-iskwadra.[7]

Fl-4 ta' Awwissu 2008, Simpson ingħaqad ma' Blackburn Rovers għal perjodu ta' sena taħt self.[8] Simpson lagħab l-ewwel logħba tiegħu ma' Blackburn fis-27 ta' Awwissu 2008, fit-Tieni Rawnd tal-League Cup kontra Grimsby Town.[9] Id-debutt tiegħu fil-Premier League wasal tliet ġimgħat wara, fit-13 ta' Settembru 2008, fit-telfa ġewwa darhom ta' 4–0 kontra Arsenal.[10]

Newcastle United

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-14 ta' Awwissu 2009, Simpson ingħaqad ma' Newcastle United fuq bażi ta' self sa Jannar tal-2010. L-ewwel logħba tiegħu kienet ir-rebħa ta' 1–0 fuq Sheffield Wednesday, u skorja l-ewwel gowl tiegħu kontra Peterborough United fis-7 ta' Novembru 2009. Wara l-perjodu ta' self kien għadda, Newcastle United għamlu offerta sabiex iżommu lil Simpson fuq bażi permanenti. Somma mhux magħrufa, b'rapporti jgħidu li hi madwar £750,000, ġiet maqbula bejn iż-żewġ naħat u Simpson iffirma kuntratt ta' tliet snin u nofs fl-20 ta' Jannar 2010.[11]

Hu kien figura importanti fil-promozzjoni ta' Newcastle lura għall-Premier League. Lejn tmiem l-istaġun weġġa' l-għaksa u kellu jitlef l-ewwel xahar tal-istaġun il-ġdid.[12] Hu rritorna fir-rebħa ta' 2–1 kontra West Ham United, fejn ħa post James Perch fid-difiża. Il-prestazzjonijiet konvinċenti tiegħu wassluh biex ikompli jżomm postu fl-iskwadra.

Fi tmiem l-istaġun 2012–13, hu ġie rilaxxat minn Newcastle United.

Queens Park Rangers

[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li tħalla jitlaq minn Newcastle United, Simpson iffirma kuntratt ta' tliet snin ma' Queens Park Rangers.[13]

Sunderland
Newcastle United
  1. ^ "Kaizer Chiefs 0-1 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-07-18. Miġbur 2008-11-10.
  2. ^ "Sunderland sign Simpson on loan" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-01-25. Miġbur 2008-11-10.
  3. ^ "Man Utd hand new deal to Simpson" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-09-05. Miġbur 2008-11-10.
  4. ^ "Man Utd 0-2 Coventry" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-09-26. Miġbur 2008-11-10.
  5. ^ Sinnott, John (2007-10-06). "Man Utd 4-0 Wigan" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2007-10-06.
  6. ^ Saj Chowdhury (2007-10-23). "Dynamo Kiev 2-4 Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-11-10.
  7. ^ Bostock, Adam (2008-03-21). "Simpson goes on loan" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2008-03-21.
  8. ^ Bartram, Steve (2008-09-04). "Simmo joins Rovers on loan" (bl-Ingliż). Manchester United FC. Miġbur 2008-09-04.
  9. ^ "Blackburn 4-1 Grimsby" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-08-27. Miġbur 2008-08-27.
  10. ^ Lyon, Sam (2008-09-13). "Blackburn 0-4 Arsenal" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-09-13.
  11. ^ "Newcastle sign Manchester United defender Danny Simpson" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-01-20. Miġbur 2010-01-21.
  12. ^ Douglas, Mark (2010-06-24). "Danny Simpson reveals his full injury blow" (bl-Ingliż). Chronicle Live. Miġbur 2010-06-24.
  13. ^ "Exclusive: Simpson signs" (bl-Ingliż). QPR. 2013-06-27. Miġbur 2013-06-27.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]