Derry

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Kartolina ta' Derry

Derry hija belt fl-Irlanda ta' Fuq, u t-tieni waħda fil-kobor wara l-kapitali Belfast.[1] Il-popolazzjoni hija ta' madwar 84,000 ruħ[2], il-parti l-kbira ta' fidi Kattolika. Derry hija uffiċjalment ukoll magħrufa bħala Londonderry[3], isem li jintuża l-iktar mill-Protestanti. Ix-xmara Foyle tgħaddi min-nofs il-belt, u hija l-aktar xmara li tgelgel b'saħħitha fl-Ewropa, tant li hija perikoluża ħafna u mhux tajba għall-għawm. Żewġ pontijiet ewlenin jippermettu li wieħed jaqsam ix-xmara, il-Pont ta' Craigavon u l-Pont ta' Foyle.

Il-kitba magħrufa ta' Derry Ħielsa fin-naħa ta' Bogside: "You are now entering Free Derry"

L-aktar post li jispikka huwa Bogside, in-naħa Repubblikana tal-belt, li jemmnu li l-belt għandha tingħaqad mar-Repubblika tal-Irlanda. Hawn kien il-post fejn saru rvellijiet u ġlied kbir fl-hekk imsejjaħ Bloody Sunday (il-Ħadd Imdemmi) tal-1972.

Il-belt hija l-ewwel waħda ppjanata fuq sistema ta' gradilja fl-Irlanda, u l-ħitan tagħha bdew jinbnew fl-1613. Huma qatt ma ġew mirbuħa u għaldaqstant Derry hija mlaqqma The Maiden City. F'dawn l-aħħar snin kien hemm ħafna tibdil fl-amministrazzjoni.

Sport[immodifika | immodifika s-sors]

Tpinġija fuq il-ħajt ta' tifel bil-maskra tal-gass waqt il-Battalja ta' Bogside, Awwissu 1969

It-tim tal-futbol Derry City F.C., imwaqqaf fl-1928, huwa l-uniku klabb mill-Irlanda ta' Fuq, li jieħu sehem fil-kampjonat tar-Repubblika tal-Irlanda. Minħabba l-ġlied ma jaqta' xejn ma' timijiet mill-Irlanda ta' Fuq, dawn kellhom l-grawnd tagħhom, The Brandywell, sospiż għal ħafna snin. Tant li Derry City F.C. kellhom jilagħbu kontra qalbhom ħafna mil-logħob xi tletin mil 'il bogħod, fil-grawnd ta' Coleraine.

Fl-1985-86 Derry City F.C. ingħaqdu mal-kampjonat tar-Repubblika, u wara ftit beda jasal ir-rebħ ta' tazzi. Fosthom hemm il-kampjonat tal-1996-7 u t-tazza tal-FAI fl-1995, fl-2002 u fl-2006. Anki fl-Ewropa marru tajjeb, meta staġun minnhom eliminaw lil IFK Goteborg u lil Gretna, qabel ma nqalgħu minn Paris Saint Germain. Huma jilagħbu bi flokk bl-istrixxi bojod u ħomor u qalziet abjad.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Derry". web.archive.org. 2010-03-29. Miġbur 2021-10-05.
  2. ^ "Statistical Classification and Delineation of Settlements" (PDF).
  3. ^ "Londonderry definition and meaning | Collins English Dictionary". web.archive.org. 2018-04-04. Miġbur 2021-10-05.