Aqbeż għall-kontentut

Raħal Ġdid

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Paola)
Raħal Ġdid
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaPort Region (Port) (en) Translate
Kodiċi postali PLA
Ġeografija
Koordinati 35°52′22″N 14°30′27″E / 35.8728°N 14.5075°E / 35.8728; 14.5075Koordinati: 35°52′22″N 14°30′27″E / 35.8728°N 14.5075°E / 35.8728; 14.5075
Raħal Ġdid is located in Malta
Raħal Ġdid
Raħal Ġdid
Raħal Ġdid (Malta)
Superfiċjenti 2.5 kilometru kwadru
Fruntieri ma' Ħal Luqa
Demografija
Popolazzjoni 7,864 abitanti (31 Marzu 2014)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1626
bliet ġemellati Paola (en) Translate
localgovernmentdivisioncms.gov.mt…

Wara l-ewwel Gwerra Dinjija, il-popolazzjoni f'Raħal Ġdid bdiet tiżdied u tinfirex malajr, Minn 7,300 ruħ fl-1930 splodiet għal 15,000 fl-1948. Il-bidu proprju ta' Raħal Ġdid, jew Casal Paola, kif kien magħruf fl-antik, beda fiż-żmien meta l-Ordni ta' San Ġwann kien jaħkem Malta. Paola tinsab madwar 5 kilometri 'l bogħod mill-Belt Valletta.

Lokalitajiet viċin ta’ din il-lokalità huma l-Marsa, Ħal Tarxien, Ħal Luqa, il-Fgura u Santa Luċia. Bħala lokalità, hi maqsuma f'żewġ parroċċi. L-akbar waħda u l-aktar antika hi l-parroċċa ta' Kristu Re. L-oħra hi l-parroċċa tal-Madonna ta' Lourdes. Malli l-Kappillan Dun Frangisk Xuereb sar kappillan tal-parroċċa ta' Raħal Ġdid, kellu l-ħsieb li jibni kappella qrib in-niċċa tal-Madonna ta` Lourdes li tinsab ftit 'l isfel mill-ħabs ta` Kordin.

Skont irħama li hemm taħt din l-istatwa, jidher ċar li d-devozzjoni min-nies ta` dan ir-raħal lejn il-Madonna ta` Lourdes kienet ilha tħeġġeġ fi qlub in-nies. F`din l-iskrizzjoni nsibu li fis-sena 1875 Mons. Conte Carmelo Scicluna, li f`dak iż-żmien kien isqof ta` dawn il-gżejjer, kien ta indulġenzi lil min jgħid tliet Ave Marijiet quddiem din ix-xbieha. Meta pajjiżna kien iservi ta` stazzjon tal-faħam għall-flotot u l-vapuri li kienu jbaħħru fil-Mediterran, id-devozzjoni lejn din in-niċċa kienet kompliet tinxtered. Ħafna ħaddiema li kienu jgħaddu minn quddiemha, wara li jkunu spiċċaw mix-xogħol, kienu jtuha tislima u jitfgħu xi ħaga għall-mixegħla u l-kura ta` din ix-xbieha għażiża. Din il-qima kompla jsaħħaħha Mons. Mikiel Gonzi li, fi żmien il-veskovat tiegħu reġa` ġedded l-indulġenzi mogħtija b`digriet nhar il-15 ta` Settembru 1951.

Niċeċ u statwi fit-toroq ta' Raħal Ġdid

[immodifika | immodifika s-sors]

Fit-toroq tal-ibliet u l-irħula Maltin, l-aktar dawk qodma, insibu għadd kbir ta’ niċeċ u statwi li l-parti l-kbira tagħhom twaqqfu b’sens ta’ qima u devozzjoni. Mhux l-istess jista’ jingħad għal Raħal Ġdid, li l-bidu tiegħu ma jeħodniex daqstant ’il bogħod. Iżda minkejja dan in-nuqqas fin-numru, isebbħu l-lokal tagħna nsibu ’l fuq minn għoxrin u saħansitra waħda minnhom, dik ta’ San Karlu Borromeo, hi unika għax fl-ebda post ieħor f’Malta jew f’Għawdex ma ssib oħra bħalha ddedikata lil dan il-qaddis.

Meta nsemmu n-niċeċ u statwi, żgur li f’moħħ bosta Pawlisti tfeġġ dik dedikata lill-Madonna ta’ Lourdes fit-telgħa ta’ Raħal Gdid - Triq il- Belt Valletta, kantuniera ma’ Triq il-Ġdida. Niċċa li d-devozzjoni kbira lejha ma juruhiex biss in-nies ta’ dawn l-inħawi iżda wkoll l-eluf ta’ Maltin li ta’ kuljum jgħaddu minn quddiemha fil-karozzi tal-linja. U bix-xieraq, għax din hi l-eqdem fost dawk ix-xbihat li nsibu fostna. Skont kitba li nsibu taħtha dwar għoti ta’ indulġenzi mill-Isqof Carmelo Scicluna, fl-1875 ġa kienet tinsab f’dan il-post.

L-ewwel niċeċ u statwi f’Raħal Gdid issawru lejn tmiem is-seklu dsatax, meta l-popolazzjoni f’dawn l-inħawi ħadet spinta 'l quddiem bl-iżvilupp tal-proġett mibdi mill-Ammiraljat. Iżda l-akbar għadd minnhom saru fis-seklu li għadu kif intemm, meta l-għadd ta’ nies f’dawn l-inħawi kotor qatigħ. Fil-fatt insibu biss żewġ statwi oħra li jmorru lura sas-seklu dsatax - in-niċċa tal-Kurċifiss li tinsab faċċata tal-knisja parrokkjali, fil-misraħ, u dik tal-Qalb ta’ Ġesù fi Triq Reġina, kantuniera ma’ Triq Sant’Ubaldeska.

Bħalma nsibu fi bliet u rħula oħra fil-gżejjer Maltin, f'Raħal Ġdid insibu wkoll xi qaddis jew qaddisa li għandhom aktar minn niċċa jew statwa waħda dedikati għalih jew għaliha. Hawnhekk San Ġużepp jidħer li hu l-aktar qaddis popolari għax imxerrda fil-lokal tagħna nsibu ħamsa li twaqqfu f’gieħu. Dawn jinsabu fi Triq Ninu Cremona / Triq il-Ġdida, Triq l-Arkata / Triq Sant’Ubaldeska, Triq il-Foss, Triq Sammat u Triq San Ġużepp / Triq il-Karmnu. Il-Madonna ta’ Lourdes u l-Qalb ta’ Ġesù wkoll għandhom aktar minn niċċa jew statwa waħda ddedikata lilhom.

Minbarra dik li semmejna fit-telgħa ta' Raħal Ġdid, insibu oħra fi Triq Għajn Dwieli filwaqt li dawk li twaqqfu b’qima lill-Qalb ta’ Ġesù jinsabu fi Triq Ħaż-Żabbar u Triq ir-Reġina / Triq Sant’Ubaldeska. Ma rridux ninsew li mat-twaqqif tal-parroċċa fl-1910, il-knisja ta’ Sant’Ubaldeska ġiet iddedikata lill-Qalb ta’ Ġesù. Anke San Pietru sab aktar devoti hawnhekk f’żewġt inħawi fejn insibu xbihat tiegħu: fi Triq Sammat u f'Misraħ Antoine de Paule.

Imxerrda fit-toroq tagħna nsibu wkoll numru mħux ħażin ta’ statwi u niċeċ iddedikati lill-Madonna taħt titlu jew ieħor. Dik tal-Madonna tal-Grazzja tinsab fi Triq Sant’Ubaldeska / Triq Ninu Cremona; Madonna tal-Karmnu (Triq Ħaż-Żabbar); Marija Assunta (Triq Sammat); Marija Bambina (Triq il-Karmnu); Marija Immakulata (Triq Santa Monika / Triq it-Tarzna u oħra fi Triq l-Arkata).

Minbarra dawn l-istatwi u n-niċeċ, hemm ukoll dik ta’ Sant’Antnin ta’ Padova fi Triq Bormla / Sqaq Sant’Antnin. Oħrajn huma ddedikati lil San Franġisk t’Assisi (Triq l-Arkata); San Pawl (Triq Sammat); Santa Rita ta’ Cascia (It-Telgħa ta' Raħal Ġdid) u San Vinċenz Ferrari, li tinsab fi Triq Sammat / Triq it-Tarzna.


Ħoloq Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]

Sit tal-paroċċa tar-Raħal Ġdid