UEFA Europa League

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Europa League)
UEFA Europa League
Staġun jew kompetizzjoni attwali:
UEFA Europa League 2013–14
Sport Futbol
Fundazzjoni 1971 (2009 taħt il-format attwali)
Nru. ta' timijiet 32 (fażi tal-gruppi)
58 (total)
Reġjun Ewropa (UEFA)
Ċampjin attwali Ġermanja Eintracht Frankfurt (it-2 titlu)
L-aktar rebħiet Spanja Sevilla (6 titli)
Sit elettroniku Sit uffiċjali

Il-UEFA Europa League hi tieni l-ikbar kompetizzjoni Ewropea għall-klabbs tal-futbol wara l-UEFA Champions League. Din hi kompetizzjoni annwali għall-klabbs Ewropej organizzata mill-Unjoni Ewropea tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol (UEFA). Il-klabbs jikkwalifikaw għal din il-kompetizzjoni bbażat skont il-prestazzjoni tagħhom fil-kampjonat nazzjonali u t-tazzi nazzjonali.

Preċedentament imsejħa bħala t-Tazza UEFA, il-kompetizzjoni, minn Ġunju tal-2009, għall-istaġun tal-futbol 2009–10 bdiet tissejjaħ Europa League,[1][2] wara li saret bidla fil-format. Għal raġunijiet ta' żammm ta' rekords min-naħa tal-UEFA, l-Europa League u t-Tazza UEFA huma kkunsidrati bħala l-istess kompetizzjoni, bil-bdil fl-isem ikun sempliċement bidla fit-titlu tal-marka.

Il-kompetizzjoni bdiet fl-1971 u postha ħaditu t-Tazza tal-Fieri. Għall-fini ta' rekords, il-UEFA tirrikonoxxi t-Tazza tal-Fieri bħala predeċessur dirett tat-Tazza UEFA. Fl-1999, it-Tazza tat-Tazez Ewropej ġiet abolita u mwaħħda mat-Tazza UEFA. Għall-kompetizzjoni tal-2005–06 ġiet miżjuda l-fażi tal-gruppi għal qabel l-istadju eliminatorju. Il-format il-ġdid tal-2009 se jara t-twaħħid tat-Tazza Intertoto li se jipproduċi format aktar estensiv, b'fażi tal-gruppi ikbar u tibdil fil-kriterji ta' kwalifikazzjoni.

Atlético Madrid ta' Spanja huma attwalment iċ-ċampjins renjanti tal-kompetizzjoni wara li fil-finali tat-12 ta' Mejju 2010 għelbu lill-Ingliżi ta' Fulham, fl-ewwel edizzjoni taħt l-isem il-ġdid tal-UEFA Europa League.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

It-Tazza UEFA intlagħbet għall-ewwel darba fl-istaġun 1971–72, bit-tim Ingliż ta' Tottenham Hotspur ikun l-ewwel rebbieħ. Ir-regola ta' 'klabb wieħed għal kull belt', li ntirtet mit-Tazza tal-Fieri, ġiet abolita fl-1975. Il-klabb Ingliż ta' Everton spiċċa r-raba' fil-kampjonat Ingliż u b'hekk seta' jikkwalifika, imma ċċaħdu minn din l-opportunità hekk kif ir-rivali lokali ta' Liverpool kienu wkoll ikkwalifikaw meta spiċċaw it-tieni. Everton appellaw li r-regola kienet inġusta u l-UEFA qablu li jdwaru din id-deċiżjoni.

Il-kompetizzjoni kien tradizzjonalment miftuħa għat-tieni klassifikati fil-kampjonati domestiċi, imma l-kompetizzjoni fl-1999 ġiet magħquda mal-kompetizzjoni preċedenti tal-UEFA, it-Tazza tat-Tazez Ewropej. Minn dakinhar, ir-rebbieħa tat-tazez nazzjonali daħlu wkoll fit-Tazza UEFA. Barra minn hekk, il-klabbs eliminati fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League u t-timijiet li jispiċċaw fit-tielet post tal-fażi tal-gruppi jkomplu jikkompetu fit-Tazza UEFA. Ammessi f'din il-kompetizzjoni huma wkoll tliet rappreżentanti tal-Fair Play, ħdax-il rebbieħ tat-Tazza Intertoto, u r-rebbieħa ta' xi kompetizzjonijet tal-League Cup.

Ir-rebbieħa jżommu t-trofew għal sena qabel ma jerġgħu jagħtuh lill-UEFA. Wara li jirritornawh lura, il-klabb jirċievi replika tat-trofew oriġinali fi skala ta' erba' kwinti. Ir-regoli jgħidu wkoll li t-trofew oriġinali jingħata lil kwalunkwe klabb li jirbaħ it-Tazza UEFA għal tliet darbiet wara xulxin jew ħames darbiet fl-istorja, minkejja li mill-2008 din għadha ma seħħitx.

Erba' timijiet rebħu t-Tazza UEFA flimkien mal-kampjonat nazzjonali u t-tazza nazzjonali fl-istess sena, b'dawn ikunu IFK Göteborg fl-1982, Galatasaray fl-2000, Porto fl-2003 u CSKA Moscow fl-2005. Din il-kisba hi magħrufa bħala tripletta li Galatasaray biss irnexxielhom ikompluha bis-Supertazza Ewropea. Aktar minn hekk Ajax u Galatasaray huma l-uniċi żewġ timijiet li rebħu t-tazza mingħajr ma tilfu matul il-kompetizzjoni u kif ukoll Espanyol, li minkejja li spiċċaw finalisti telleifa, waslu sal-finali mingħajr ma jsofru telfa.

Mill-istaġun 2009–10 'il quddiem, il-kompetizzjoni ġiet rinominata għal UEFA Europa League.[1][2] Il-kompetizzjoni se titwaħħad mat-Tazza Intertoto, kompetizzjoni tat-tielet livell tal-UEFA.

Trofew[immodifika | immodifika s-sors]

It-trofew, li jiżen 15-il kg, mingħajr il-mankijiet, huwa poġġut fuq bażi ta' rħama safra. Ġie iddisinjat u maħdum mil-laboratorji Bertoni ta' Milan għall-finali tal-1972 għal spiża ta' 23,000 Ewro. It-trofew juri kif mill-bażi tal-irħama joħorġu grupp ta' plejers li jidhru li qed jisfidaw lil xulxin biex jilħqu l-ballun. Fil-fatt, dawn isostnu t-tazza ottagonali li tirrafigura l-emblema tal-UEFA.

Format[immodifika | immodifika s-sors]

Il-format attwali tal-kompetizzjoni ġie adottat għall-istaġun 2004–05. Il-bidla maġġuri kienet l-introduzzjoni ta' fażi tal-gruppi u żewġ rawnds ta' kwalifika minflok waħda. Aktar tibdiliet saru għall-istaġun 2006–07 minħabba li saru tibdiliet fil-format tat-Tazza Intertoto. Mill-bidu tal-istaġun 2009–10, il-UEFA iddeċidiet li tbiddel għal format ta' tnax-il grupp ta' erba' timijiet fit-tieni rawnd minflok il-format preċedenti ta' tmien gruppi u ħames timijiet.[3]

Formati storiċi[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kompetizzjoni kienet tradizzjonalment turnew ta' eliminazzjoni diretta. Kull konfront kien jintlagħab fuq bażi ta' żewġ partiti, fosthom il-finali wkoll. Mill-1998, il-finali bdiet tintlagħab fuq partita waħda, imma l-konfronti l-oħra baqgħu fuq żewġ partiti.

Qabel l-istaġun 2004–05, it-turnew kien jikkonsisti minn rawnd wieħed ta' kwalifikazzjoni, segwit minn serje ta' rawnds eliminatorji. Is-sittax-il tellief fit-tielet rawnd ta' kwalifika għaċ-Champions League kienu jidħlu fl-ewwel rawnd; aktar tard fil-kors tat-turnew, mat-tim li jkunu salvaw fil-fażijiet suċċessivi jingħaqdu magħhom it-timijiet li jkunu temmew il-fażi tal-gruppi taċ-Champions League fit-tielet post.

Qabel ir-riforma tal-2009, it-Tazza UEFA kienet tibda b'żewġ rawnds ta' kwalifika li jsiru f'Lulju u Awwissu. Parteċipanti li jagħmlu parti mill-assoċjazzjonijiet klassifikati mit-18-il post 'l isfel jidħlu fl-ewel rawnd, waqt li għat-tieni rawnd jipparteċipaw timijiet mill-assoċjazzjonijiet ta' bejn id-9 u t-18-il post. Barra minn hekk, tliet postijiet fl-ewwel rawnd kienu jkunu riservati għar-rebbieħa tal-Fair Play u ħdax-il post fit-tieni rawnd ikunu riservati għar-rebbieħa tat-Tazza Intertoto.

Ir-rebbieħa tar-rawnds ta' kwalifika jissieħbu ma' timijiet mill-assoċjazzjonijiet klassifikati mill-1 sat-13-il post. Barra minn hekk, it-telliefa tat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League jidħlu wkoll f'din il-fażi, waqt li post ieħor jiġi riservat għaċ-ċampjins attwali tal-kompetizzjoni. F'dan l-istadju jkun hemm 80 tim.

Wara l-ewwel rawnd, l-40 tim li jibqgħu fil-kompetizzjoni jiġu mqassmin fi tmien gruppi ta' ħamsa. B'differenza mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, il-fażi tal-gruppi tat-Tazza UEFA tintlagħab fuq format ta' kollha kontra kulħadd, fejn kull klabb jilgħab żewġ partiti ġewwa daru u tnejn oħra barra minn daru. L-aqwa tliet timijiet ta' kull grupp jipprosegwu għar-rawnd segwenti, fejn magħhom jingħaqdu t-timijiet li jkunu kklassifikaw fit-tielet post fil-gruppi rispettivi tagħhom fil-UEFA Champions League.

Wara l-fażi tal-gruppi jkun hemm il-waqfa tax-xitwa. Minn dan il-punt, il-fażi eliminatorja tkompli b'konfronti abbażi ta' żewġ partiti li jwasslu għall-finali, li tintlagħab fuq grawnd newtrali li jilħaq il-kriterji tal-UEFA għal stadju ta' erba' stilel.

Riforma għall-istaġun 2009–10[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-istaġun 2009–2010, il-kompetizzjoni ħadet isem ġdid u ssemmiet bħala l-UEFA Europa League.[1]

Format ġdid għall-UEFA Europa League se jiġi introdott għal ċiklu ta' tliet snin, li jibda mill-istaġun 2009–2010. L-ikbar bidla se tkun fażi tal-gruppi bi tnax-il grupp ta' erba' timijiet, minflok tmien gruppi ta' ħamsa.

Anke l-kwalifikazzjoni se titbiddel b'mod sinjifikanti. L-assoċjazzjonijiet ikklassifikati bejn is-7 u d-9 post fil-koeffiċjenti tal-UEFA jibgħatu r-rebbieħa tat-tazza nazzjonali u tliet timijiet oħra għall-kwalifika tal-UEFA Europa League, waqt li l-pajjiżi l-oħra jibgħatu r-rebbieħ tat-tazza nazzjonali u żewġ timijiet oħra, minbarra l-Liechtenstein, l-Andorra u San Marino li minflok se jibgħatu biss r-rebbieħ tat-tazza nazzjonali. Ħafna drabi, it-timijiet l-oħra jkunu l-aqwa timijiet f'kull kampjonat domestiku wara dawk li jkunu kkwalifikaw għall-UEFA Champions League; madanakollu, Franza u l-Ingilterra jidhru li se jkomplu jużaw post minnhom għar-rebbieħ tal-League Cup. Aktar minn hekk, tliet postijiet fl-ewwel mill-erba' rawnds ta' kwalifikazzjoni huma xorta riservati għar-rebbieħa tal-Fair Play. Għall-istaġun inwagurali 2009–2010 dawn il-postijiet se jmorru għal Rosenborg tan-Norveġja, Randers tad-Danimarka u Motherwell tal-Iskozja.

Ġeneralment, aktar mal-assoċjazzjoni tkun għolja fil-koeffiċjenti tal-UEFA, il-klabbs mill-istess assoċjazzjoni jidħlu f'fażi aktar tardiva tal-fażi ta' kwalifika, madanakollu kull tim minbarra ċ-ċampjin kurrenti jrid jilgħab mill-inqas f'rawnd wieħed ta' kwalifika. Barra mit-timijiet imsemmija, 15-il tim ieħor tellief fit-tieni rawnd ta' kwalifika għall-UEFA Champions League jidħlu fir-raba' u l-aħħar stadju ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, preċedentament magħrfuha bħala l-ewwel rawnd, u l-10 telliefa tat-tielet rawnd ta' kwalifika taċ-Champions League jidħlu direttament fil-fażi tal-gruppi tal-Europa League. It-12-il rebbieħ u 12-il tim klassifikat fit-tieni post jipproċedi għar-rawnd eliminatorju, flimkien ma' tmien timijiet oħra li temmew l-impenji tagħhom fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League fit-tielet post. Il-finalista tellief tat-tazza domestika huwa xorta intitolat li jidħol għall-UEFA Europa League jekk ir-rebbieħ tal-istess tazza jkun ikkwalifika għall-UEFA Champions League.[4]

Finali[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-rebbieħ rebaħ wara l-ħin supplementari
* Ir-rebbieħ rebaħ wara l-għoti tal-penalties
# Ir-rebbieħ rebaħ wara l-gowl tad-deheb
Tipa ħoxna Tindika r-rebbieħ f'finali abbażi ta' żewġ legs

Għall-ewwel 25 sena tal-kompetizzjoni, il-finali kienet kontestata fuq żewġ partiti, li jintlagħbu fil-grawnds rispettivi tat-timijiet. Fl-1998, it-tim Taljan ta' Internazionale għeleb lil Lazio fl-ewwel finali li saret fuq bażi ta' konfront wieħed fuq grawnd newtrali, fil-Parc des Princes ta' Pariġi.[5] Tottenham Hotspur rebħu l-finali inawgurali tal-kompetizzjoni fl-1972 meta rebħu lil Wolverhampton Wanderers bi skor aggregat ta' 3–2.[6]

1972–1977: Finali doppja[immodifika | immodifika s-sors]

Staġun Tim ġewwa daru Riżultat Tim barra minn daru Stadju Lokalità
1971–72 Ingilterra Wolverhampton Wanderers 1–2 Ingilterra Tottenham Hotspur Molineux Wolverhampton, Ingilterra
Ingilterra Tottenham Hotspur 1–1 Ingilterra Wolverhampton Wanderers White Hart Lane Londra, Ingilterra
Tottenham Hotspur rebħu bi skor aggregat ta' 3–2
1972–73 Ingilterra Liverpool 3–0 Ġermanja tal-Punent Borussia Mönchengladbach Anfield Liverpool, Ingilterra
Ġermanja tal-Punent Borussia Mönchengladbach 2–0 Ingilterra Liverpool Bökelbergstadion Mönchengladbach, Ġermanja tal-Punent
Liverpool rebħu bi skor aggregat ta' 3–2
1973–74 Ingilterra Tottenham Hotspur 2–2 Netherlands Feyenoord Rotterdam White Hart Lane Londra, Ingilterra
Netherlands Feyenoord 2–0 Ingilterra Tottenham Hotspur De Kuip Rotterdam, Olanda
Feyenoord rebħu bi skor aggregat ta' 4–2
1974–75 Ġermanja tal-Punent Borussia Mönchengladbach 0–0 Netherlands Twente Rheinstadion Düsseldorf, Ġermanja tal-Punent
Netherlands Twente 1–5 Ġermanja tal-Punent Borussia Mönchengladbach Diekman Stadion Enschede, Olanda
Borussia Mönchengladbach rebħu bi skor aggregat ta' 5–1
1975–76 Ingilterra Liverpool 3–2 Belġju Club Brugge Anfield Liverpool, Ingilterra
Belġju Club Brugge 1–1 Ingilterra Liverpool Olympiastadion Bruges, Belġju
Liverpool rebħu bi skor aggregat ta' 4–3
1976–77 Italja Juventus 1–0 Spanja Athletic Bilbao Stadio Comunale Turin, Italja
Spanja Athletic Bilbao 2–1 Italja Juventus San Mamés Bilbao, Spanja
Skor aggregat ta' 2–2, Juventus rebħu bir-regola tal-gowls barra minn darhom
1977–78 Franza Bastia 0–0 Netherlands PSV Stade Armand Cesari Bastia, Franza
Netherlands PSV 3–0 Franza Bastia Philips Stadion Eindhoven, Olanda
PSV rebħu bi skor aggregat ta' 3–0
1978–79 Jugożlavja Red Star Belgrad 1–1 Ġermanja tal-Punent Borussia Mönchengladbach Stadion Crvena Zvezda Belgrad, Jugożlavja
Ġermanja tal-Punent Borussia Mönchengladbach 1–0 Jugożlavja Red Star Belgrad Rheinstadion Düsseldorf, Ġermanja tal-Punent
Borussia Mönchengladbach rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1979–80 Ġermanja tal-Punent Borussia Mönchengladbach 3–2 Ġermanja tal-Punent Eintracht Frankfurt Bökelbergstadion Mönchengladbach, Ġermanja tal-Punent
Ġermanja tal-Punent Eintracht Frankfurt 1–0 Ġermanja tal-Punent Borussia Mönchengladbach Waldstadion Frankfurt, Ġermanja tal-Punent
Skor aggregat ta' 3–3, Eintracht Frankfurt rebħu bir-regola tal-gowls barra minn darhom
1980–81 Ingilterra Ipswich Town 3–0 Netherlands AZ Portman Road Ipswich, Ingilterra
Netherlands AZ 4–2 Ingilterra Ipswich Town Olympisch Stadion Amsterdam, Olanda
Ipswich Town rebħu bi skor aggregat ta' 5–4
1981–82 Żvezja IFK Göteborg 1–0 Ġermanja tal-Punent Hamburg Nya Ullevi Gothenburg, Żvezja
Ġermanja tal-Punent Hamburg 0–3 Żvezja IFK Göteborg Volksparkstadion Hamburg, Ġermanja tal-Punent
IFK Göteborg rebħu bi skor aggregat ta' 4–0
1982–83 Belġju Anderlecht 1–0 Portugall Benfica Heysel Stadium Brussell, Belġju
Portugall Benfica 1–1 Belġju Anderlecht Estádio da Luz Liżbona, Portugall
Anderlecht rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1983–84 Belġju Anderlecht 1–1 Ingilterra Tottenham Hotspur Constant Vanden Stock Brussell, Belġju
Ingilterra Tottenham Hotspur 1–1 Belġju Anderlecht White Hart Lane Londra, Ingilterra
Skor aggregat ta' 2–2, Tottenham Hotspur rebħu 4–3 wara l-għoti tal-penalties *
1984–85 Ungerija Videoton 0–3 Spanja Real Madrid Stadion Sóstói Székesfehérvár, Ungerija
Spanja Real Madrid 0–1 Ungerija Videoton Santiago Bernabéu Madrid, Spanja
Real Madrid rebħu bi skor aggregat ta' 3–1
1985–86 Spanja Real Madrid 5–1 Ġermanja tal-Punent Köln Santiago Bernabéu Madrid, Spanja
Ġermanja tal-Punent Köln 2–0 Spanja Real Madrid Olympiastadion Berlin tal-Lvant, Ġermanja tal-Punent
Real Madrid rebħu bi skor aggregat ta' 5–3
1986–87 Żvezja IFK Göteborg 1–0 Skozja Dundee United Nya Ullevi Gothenburg, Żvezja
Skozja Dundee United 1–1 Żvezja IFK Göteborg Tannadice Park Dundee, Skozja
IFK Göteborg rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1987–88 Spanja Espanyol 3–0 Ġermanja tal-Punent Bayer Leverkusen Estadi de Sarrià Barċellona, Spanja
Ġermanja tal-Punent Bayer Leverkusen 3–0 Spanja Espanyol Ulrich Haberland Stadion Leverkusen, Ġermanja tal-Punent
Skor aggregat ta' 3–3, Bayer Leverkusen rebħu 3–2 wara l-għoti tal-penalties *
1988–89 Italja Napoli 2–1 Ġermanja tal-Punent VfB Stuttgart Stadio San Paolo Napli, Italja
Ġermanja tal-Punent VfB Stuttgart 3–3 Italja Napoli Neckarstadion Stuttgart, Ġermanja tal-Punent
Napoli rebħu bi skor aggregat ta' 5–4
1989–90 Italja Juventus 3–1 Italja Fiorentina Stadio Comunale Turin, Italja
Italja Fiorentina 0–0 Italja Juventus Stadio Partenio Avellino, Italja
Juventus rebħu bi skor aggregat ta' 3–1
1990–91 Italja Internazionale 2–0 Italja Roma San Siro Milan, Italja
Italja Roma 1–0 Italja Internazionale Stadio Olimpico Ruma, Italja
Internazionale rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1991–92 Italja Torino 2–2 Netherlands Ajax Stadio delle Alpi Turin, Italja
Netherlands Ajax 0–0 Italja Torino Olympisch Stadion Amsterdam, Olanda
Skor aggregat ta' 2–2, Ajax rebħu bir-regola tal-gowls barra minn darhom
1992–93 Ġermanja Borussia Dortmund 1–3 Italja Juventus Westfalenstadion Dortmund, Ġermanja
Italja Juventus 3–0 Ġermanja Borussia Dortmund Stadio delle Alpi Turin, Italja
Juventus rebħu bi skor aggregat ta' 6–1
1993–94 Awstrija Casino Salzburg 0–1 Italja Internazionale Ernst-Happel-Stadion Vjenna, Austria
Italja Internazionale 1–0 Awstrija Casino Salzburg San Siro Milan, Italja
Internazionale rebħu bi skor aggregat ta' 2–0
1994–95 Italja Parma 1–0 Italja Juventus Stadio Ennio Tardini Parma, Italja
Italja Juventus 1–1 Italja Parma San Siro Milan, Italja
Parma rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1995–96 Ġermanja Bayern Munich 2–0 Franza Bordeaux Olympiastadion Munich, Ġermanja
Franza Bordeaux 1–3 Ġermanja Bayern Munich Parc Lescure Bordeaux, Franza
Bayern Munich rebħu bi skor aggregat ta' 5–1
1996–97 Ġermanja Schalke 04 1–0 Italja Internazionale Parkstadion Gelsenkirchen, Ġermanja
Italja Internazionale 1–0 Ġermanja Schalke 04 San Siro Milan, Italja
Skor aggregat ta' 1–1, Schalke 04 rebħu 4–1 wara l-għoti tal-penalties *

1998–preżent: Finali unika[immodifika | immodifika s-sors]

Tazza UEFA[immodifika | immodifika s-sors]

Staġun Tim ġewwa daru Riżultat Tim barra minn daru Stadju Lokalità
1997–98 Italja Internazionale 3–0 Italja Lazio Parc des Princes Pariġi, Franza
1998–99 Italja Parma 3–0 Franza Marseille Stadju Luzhniki Moska, Russja
1999–2000 Turkija Galatasaray İstanbul  *0–0 * Ingilterra Arsenal Parken Stadium Kopenħagen, Danimarka
2000–01 Ingilterra Liverpool  #5–4 # Spanja Alavés Westfalenstadion Dortmund, Ġermanja
2001–02 Netherlands Feyenoord 3–2 Ġermanja Borussia Dortmund De Kuip Rotterdam, Olanda
2002–03 Portugall Porto  †3–2 † Skozja Celtic Estadio Olímpico de Sevilla Sevilla, Spanja
2003–04 Spanja Valencia 2–0 Franza Marseille Nya Ullevi Gothenburg, Żvezja
2004–05 Russja CSKA Moscow 3–1 Portugall Sporting CP Estádio José Alvalade Liżbona, Portugall
2005–06 Spanja Sevilla 4–0 Ingilterra Middlesbrough Philips Stadion Eindhoven, Olanda
2006–07 Spanja Sevilla  *2–2 * Spanja Espanyol Hampden Park Glasgow, Skozja
2007–08 Russja Zenit Saint Petersburg 2–0 Skozja Rangers City of Manchester Stadium Manchester, Ingilterra
2008–09 Ukrajna Shakhtar Donetsk  †2–1 † Ġermanja Werder Bremen Stadju Şükrü Saracoğlu Istanbul, Turkija

UEFA Europa League[immodifika | immodifika s-sors]

Staġun Tim ġewwa daru Riżultat Tim barra minn daru Stadju Lokalità
2009–10 Spanja Atlético Madrid  †2–1 † Ingilterra Fulham HSH Nordbank Arena Amburgu, Ġermanja
2010–11 Portugall Porto 1–0 Portugall Braga Aviva Stadium Dublin, Irlanda
2011–12 Spanja Atlético Madrid 3–0 Spanja Athletic Bilbao Lia Manoliu Arena Bukarest, Rumanija

Rebbieħa[immodifika | immodifika s-sors]

Skont il-klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Tim Rebħiet Finali mitlufa Snin tar-rebħiet Snin tat-telfiet
Italja Juventus 3 1 1977, 1990, 1993 1995
Italja Internazionale 3 1 1991, 1994, 1998 1997
Ingilterra Liverpool 3 0 1973, 1976, 2001 -
Ġermanja Borussia Mönchengladbach 2 2 1975, 1979 1973, 1980
Ingilterra Tottenham Hotspur 2 1 1972, 1984 1974
Spanja Real Madrid 2 0 1985, 1986 -
Żvezja IFK Göteborg 2 0 1982, 1987 -
Italja Parma 2 0 1995, 1999 -
Portugall Porto 1 0 2003, 2011 -
Netherlands Feyenoord 2 0 1974, 2002 -
Spanja Sevilla 2 0 2006, 2007 -
Spanja Atlético Madrid 2 0 2010, 2012 -
Belġju Anderlecht 1 1 1983 1984
Netherlands PSV 1 0 1978 -
Ġermanja Eintracht Frankfurt 1 0 1980 -
Ingilterra Ipswich Town 1 0 1981 -
Ġermanja Bayer Leverkusen 1 0 1988 -
Italja Napoli 1 0 1989 -
Netherlands Ajax 1 0 1992 -
Ġermanja Bayern Munich 1 0 1996 -
Ġermanja Schalke 04 1 0 1997 -
Turkija Galatasaray 1 0 2000 -
Spanja Valencia 1 0 2004 -
Russja CSKA Moscow 1 0 2005 -
Russja Zenit St. Petersburg 1 0 2008 -
Ukrajna Shakhtar Donetsk 1 0 2009 -
Spanja Athletic Bilbao 0 2 - 1977, 2012
Spanja Espanyol 0 2 - 1988, 2007
Ġermanja Borussia Dortmund 0 2 - 1993, 2002
Franza Marseille 0 2 - 1999, 2004
Ingilterra Wolverhampton Wanderers 0 1 - 1972
Netherlands Twente 0 1 - 1975
Belġju Club Brugge 0 1 - 1976
Franza Bastia 0 1 - 1978
Serbja Red Star Belgrade 0 1 - 1979
Netherlands AZ 0 1 - 1981
Ġermanja Hamburg 0 1 - 1982
Portugall Benfica 0 1 - 1983
Ungerija Videoton 0 1 - 1985
Ġermanja Köln 0 1 - 1986
Skozja Dundee United 0 1 - 1987
Ġermanja VfB Stuttgart 0 1 - 1989
Italja Fiorentina 0 1 - 1990
Italja Roma 0 1 - 1991
Italja Torino 0 1 - 1992
Awstrija Austria Salzburg 0 1 - 1994
Franza Bordeaux 0 1 - 1996
Italja Lazio 0 1 - 1998
Ingilterra Arsenal 0 1 - 2000
Spanja Alavés 0 1 - 2001
Skozja Celtic 0 1 - 2003
Portugall Sporting CP 0 1 - 2005
Ingilterra Middlesbrough 0 1 - 2006
Skozja Rangers 0 1 - 2008
Ġermanja Werder Bremen 0 1 - 2009
Ingilterra Fulham 0 1 - 2010
Portugall Braga 0 1 - 2011

Skont il-pajjiż[immodifika | immodifika s-sors]

Pajjiż Rebħiet Finali mitlufa
Bandiera tal-Italja Italja 9 6
Bandiera ta' Spanja Spanja 7 5
Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja 6 8
Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 6 5
Bandiera tan-Netherlands Netherlands 4 2
Bandiera tal-Portugall Portugall 2 3
Bandiera tar-Russja Russja 2 0
Bandiera tal-Iżvezja Żvezja 2 0
Bandiera tal-Belġju Belġju 1 2
Bandiera tat-Turkija Turkija 1 0
Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna 1 0
Bandiera ta' Franza Franza 0 4
Bandiera tal-Iskozja Skozja 0 3
Bandiera tal-Awstrija Awstrija 0 1
Bandiera tal-Jugożlavja Jugożlavja 0 1
Bandiera tal-Ungerija Ungerija 0 1

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ "Uefa Cup gets new name in revamp" (bl-Ingliż). BBC. Miġbur 2008-09-26.
  2. ^ a b "UEFA Cup to become UEFA Europa League" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2008-09-26.
  3. ^ Chaplin, Mark (2007-12-01). "Champions League changes agreed" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2009-07-19.
  4. ^ Format tal-kompetizzjoni 2009/10, UEFA.com
  5. ^ "2009 final: Istanbul" (bl-Ingliż). UEFA. 2008-05-31. Miġbur 2008-07-09.
  6. ^ "Spurs keep Wolves at bay" (bl-Ingliż). UEFA. 2006-01-02. Miġbur 2008-06-29.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]