Aqbeż għall-kontentut

Ħ'Attard

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Attard)
Ħ'Attard
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaTramuntana
Ismijiet oriġinali Ħ'Attard
Kodiċi postali ATD
Ġeografija
Koordinati 35°54′N 14°27′E / 35.9°N 14.45°E / 35.9; 14.45Koordinati: 35°54′N 14°27′E / 35.9°N 14.45°E / 35.9; 14.45
Ħ'Attard is located in Malta
Ħ'Attard
Ħ'Attard
Ħ'Attard (Malta)
Superfiċjenti 6.6 kilometru kwadru
Għoli 95 m
Demografija
Popolazzjoni 10,930 abitanti (31 Diċembru 2016)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Pieve Emanuele (en) Translate
hattardlc.gov.mt

Ħ'Attard hu raħal fiċ-ċentru ta' Malta, b'popolazzjoni ta' madwar 10,000 ruħ. Flimkien ma' Ħal Balzan u Ħal Lija, jifforma parti mit-"Tlett Villaġġi". Ħ'Attard sar parroċċa fl-1499 u il-patruna tiegħu hija Santa Marija. Raħal arjuż ħafna u jista' jitqies bħala sabiħ, l-aktar li llum fih inbnew bosta djar kbar u vilel ta' min jitgħaxxaq bihom. Il-postijiet ta' ċerta importanza i hemm fih huma il-Palazz ta' Sant'Anton u l-ġonna tiegħu, l-Istadju Nazzjonali kif ukoll il-Park Nazzjonali, u l-Villaġġ ta' l-Artiġjanat f' Ta' Qali. Ħ'Attard huwa msemmi għall-ward u l-fjuri li jkabbar kif tixhed il-mottu tiegħu "Floriger Rosis Halo" (Iffjurit bil-Ward Imfewwaħ).

Zoni f'Ħ'Attard

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Misraħ Kola
  • Hal-Warda
  • Ta' Qali
    • Robbu Tal-Ħemsija
    • Ta' Ħemsija
    • Ta' Qali Crafts Village
    • Ta' Sagħat
    • Ta' Vnezja
    • Tal-Madliena
    • Tal-Madonna
    • Tal-Maltija
  • Ta' Qassati
  • Il-Ħotob
  • Il-Ħofor
  • Santa Katerina
  • Ta' Fġieni
  • Ta' l-Idward
  • Ta' Srina
  • Ta' Vestru
  • Tal-Fuklar
  • Tal-Karri
  • Tal-Mirakli
  • Wied il-Ħemsija
  • Wied Inċita
  • Wied is-Sewda

Toroq Prinċipali f'Ħ'Attard

[immodifika | immodifika s-sors]
Dar tipika ġo Ħ'Attard

Koordinati: 35°53′34″N 14°26′18″E / 35.89278°N 14.43833°E / 35.89278; 14.43833

Innu ta' Ħ'Attard

[immodifika | immodifika s-sors]

Isma l'innu

Ġonna li jfewħu biż-żahar tal-larin,

djar fl-isqaqien dellija,

ġawhra ta' tempju, dehra ta' ġmiel,

il-kenn ta' Omm għal dawk li bkew.

Dak li writna tul is-snin

ngħaddu 'l ta' warajna,

xhieda ħajja tal-ġrajjiet

li taw l-ogħla ġieh lil Artna.

Bnadar iperpru ma' l-arbli għoljin,

twieqi għad-dawl miftuħa,

qniepen ferrieħa, kant taż-żerniq,

u l-ħolm sabiħ taż-żmien li ġej.

Dak li writna ...

Meta Ħ'Attard infired minn Birkirkara fl-1575 u sar parroċċa għalih bi knisja indipendenti, kellu miegħu żewġt irħula l-oħra, Ħal Bordi li kellu 18-il dar u 92 ruħ u Ħal Mann li kellu bejn wieħed u ieħor l-istess għadd ta' djar u 66 ruħ.

Iżda dawn iż-żewġt irħula ta' Ħal Mann u Ħal Bordi ma damux ma ngħaqdu ma' Ħal Lija u hekk Ħ'Attard reġa' sab ruħu waħdu flimkien mar-raħal ċkejken u ħelu ta' Ħal Warda. Fl-1646 Ħ'Attard kien ilaħħaq mal-200 dar. Ftit żmien wara, jiġifieri fl-1655 insibu li kien fih 260 dar u 1,240 ruħ. Fl-1667 kellu 1,210 abitant u 257 dar. Iżda hawn qisu l-poplu naqas minħabba xi raġuni, għaliex fl-1760 il-popolazzjoni naqset għal 870 ruħ. Fl-1829 kellu 967 ruħ u 191 dar. Fl-1865 kienfih 1,239 ruħ. Fis-sena 1890 kien iġib 1,610 abitant u 240 dar.

Fl-1971, il-popolazzjoni laħqet l-għadd ġmielu ta' 1,470. Fl-antik bosta nies kienu jfittxuh fis-sajf biex iqattgħu fih il-btajjel tagħhom fil-vilel għonja u djar sbieħ, iżda llum għażluh sabiex ikun ir-residenza permanenti tagħhom.

Ħ'Attard huwa l-uniku raħal f'Malta li ismu jingħad li hu ġej minn isem jew kunjom xi ħadd li forsi seta' kien l-ewwel wieħed li għammar fih jew inkella li kellu xi ħaġa partikolari u baqa' msemmi għaliha.

Biex Ħ'Attard iġib dan l-isem kien xi ħadd li bdihulu bħalma laqam jibda fuq bniedem. Hawn min jgħid illi Ħ'Attard forsi seta' nħoloq minn tempju ta' Astart li kellu l-ħila kien f'dawk l-inħawi. Minn Astart jieħdok għal Attar u mbagħad Attar(d). L-arkeoloġi ma jistgħux jiżguraw li f'dawk l-inħawi ma kienx hemm tempju. Illum kull fejn tħares ma tarax għajr bini tela' taqra ta' sikwit li xi ħaddiema waqt li kienu qed iħaffru għas-sisien jew jgħaddu xi kanen, sabu xi oqbra jew fdalijiet f'imkejjen li ħadd ma kien jistenniehom.

Santa Marija Knisja Parrokkjali

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Knisja Parrokkjali ta' Ħ'Attard

Il-Knisja Parrokkjali ta' Ħ'Attard kienet minn żmien bikri mgħaqqda mal-Matriċi ta' Birkirkara. Fil-bidu din il-knisja kienet immexxija minn għaqda ta' nies sekulari, maħtura mill-Isqof Domenico Cubelles li dan kien ħalla lil din l-għaqda li mhux talli fil-festi jiċċelebraw il-quddies hawn; iżda wkoll li jidfnu l-mejtin fiha, u din ġiet ikkonfermata bil-Bolla Appostolika tal-15 t'Ottubru, fl-1551.

In-nies ta' Ħ'Attard għalhekk talbu lill-Mons. Pietru Dusina sabiex il-knisja ewlenija tagħhom tiġi maħtura parroċċa minħabba li għal Birkirkara kien hemm bogħod kważi żewġ milli. L-imsemmi Viżitatur Appostoliku fis-26 ta' Marzu,1575 fired il-knisja ta' Ħ'Attard mill-matriċi tagħha u għamilha parroċċa għaliha u magħha daħħal iż-żewġt irħula ta' madwarha, Ħal Bordi u Ħal Mann. Il-knisja li hemm illum ġiet mibnija fl-1613, u kienet opra tal-kappillan Dun Stiefnu Buttiġieġ. Il-perit kien Tumas Dingli (1591-1666) mil-istess raħal. Il-kampnar ġie miżjud fl-1718. Is-sagristija li qiegħda fil-lemin int u dieħel ġiet mibnija fl-1740, l-oħra ttellgħet fl-1856. Il-kappillan ta' Ħ'Attard huwa Fr. Noel Vassallo..

Palazz ta' Sant'Anton

[immodifika | immodifika s-sors]
Artiklu prinċipali: Palazz ta' Sant'Anton
Il-funtana fiċ-ċentru tal-ġonna ta' Sant'Anton

Dan il-palazz majestuż, illum għall-abitazzjoni tal-Presidenti ta' Malta, ġie mibni madwar l-1620 mill-Gran Mastru Antoine de Paule li kien joqgħod fih qabel ma ġie maħtur Gran Mastru. Għalkemm l-istoriċi ilkoll jaqblu li dan il-palazz inbena qabel ma de Paule tela' Gran Mastru, Castagna jgħid li l-palazz sar madwar l-1625, jiġifieri sentejn wara t-tlugħ tiegħu fil-Maġistratura Calleja jgħid li nbena fl-1635. Fil-bidu tiegħu dan il-palazz kien iżgħar milli hu llum għaliex il-Gran Mastru de Paule meta sar sultan, kabbru. Dan ifisser li hemm kellu villa jew dar biss, li meta laħaq fil-Maġistratura ta' pranzu fih li kienu mistednin 600 ruħ.

Il-Monument tal-Papa Ġwanni Pawlu II

[immodifika | immodifika s-sors]

Sabiex jiġu mfakkra ż-żewġ iljieli li l-Papa Ġwanni Pawlu II għadda ġo dar f'Ħ'Attard, ir-residenti ta' dan il-lokal waqqfu monument f'ġieħu, li jinsab sewwasew biswit l-Isptar ta' Santa Katerina. Matul il-viżta tiegħu, il-Papa raqad fin-Nunżjatura Appostolika ġo Ħ'Attard.

Il-kitba tgħid hekk: Biex infakkru li l-Papa Ġwanni Pawlu II qagħad fostna 25-27-v-1990

Il-monument, xogħol l-iskrultur Joseph Casha, huwa fl-aluminju u azzar miksi bil-konkrit. Kixfu n-Nunzju Appostoliku, l-Arċisqof Pier Luigi Celata fl-1 ta' Ġunju, 1991, fil-preżenza tal-kappillan ta' Ħ'Attard, Dun Anton Portelli, u bosta personalitajiet oħra. Għal din l-okkażjoni tkellmu wkoll is-Sur Joseph Sciberras u l-Professur Oliver Friġġieri.‎

Il-pont tal-ferrovija f'Ħ'Attard. Illum għad baqa' fdalijiet.

Storja tal-ferrovija

Il-ferrovija, li twieldet fl-1883, bdiet tisfolla l-Belt min-nies fuq xulxin li kienu jgħixu fiha, b’mod speċjali fil-Mandraġġ, fil-ħafna kerrejiet u fl-Arċipierku. In-nies qabdu t-triq tal-Ħamrun, ta’ Birkirkara, ta’ Ħ’Attard u tar-Rabat, li bdew jikbru minn sena għall-oħra. Il-Ħamrun, li sa l-1850 kellu biss mat-30 dar, f’ħamsin sena kellu popolazzjoni ta’ fuq 10,000 ruħ. Il-ferrovija bdiet tieħu post l-omnibusijiet biż-żwiemel u post il-karrozzini. Il-laneċ, iż-żewġ kumpaniji tal-laneċ, bil-bandiera ħamra u bil-bandiera blu, bejn il-Belt u Tas-Sliema, ħadu ħafna mix-xogħol tad-dgħajjes u kabbru Tas-Sliema. Il-ferrovija, li kellha tinfirex lejn l-Imsida u lejn Tas-Sliema, qatgħet qalbha u l-proġett li tgħaddi minn taħt l-art bejn Putirjal u l-pjazza spiċċa wkoll fix-xejn.

Il-ferrovija f'Ħ'Attard

L-istazzjon ta' Ħ'Attard.

Il-ferrovija kienet tgħaddi mit-toroq ta' Ħ'Attard. Meta titlaq l-istazzjon ta' Birkirkara, u taqbad triqtha `l fuq mil-lok illum magħruf bħala "il-Linja", naturalment b'riferenza għal-linji tal-ħadid, il-ferrovija kienet timmira lejn l-istazzjon l-ieħor li kien hemm f'Ħ'Attard, biex imbagħad tiġbed lejn is-Salvatur fi triqtha, u din tkun l-itwal triq li huwa l-istazzjon tar-Rabat. Illum dan l-istazzjon ta' Ħ'Attard m'għadux jeżisti aktar għaliex fil-proġett ta' dan ir-raħal, dan l-istazzjon ġie mwaqqa' u llum minfloku hemm ġnien,pjazza u ftit bankijiet. Għalhekk dan huwa l-uniku stazzjon li waqa' mill-ħames stazzjonijiet li hemm. Iżda il-ġnien jagħti lemħa tajjeb li xi darba kienet tgħaddi ferrovija, wieħed jista jsib il-kamra fejn in-nies kienu jistennew, illum saret kamra privata. Wħud mis-siġar għadhom hemm u il-parti ta' fejn kienet tgħaddi il-ferrovija saret illum biċċa mogħdija għat-tfal.

l-iSkola Primarja

[immodifika | immodifika s-sors]

Sa l-1940 Ħ'Attard, bħaż-żewġt irħula ta' Ħal Lija u Ħal Balzan, kien juża l-iskola ta' Ħal Lija. Iżda malli faqqgħet il-gwerra u bdew l-attaki mill-ajru, ma kinitx ħaġa faċli, anzi kien ta' tiġrib għat-tfal ta' Ħ'Attard li joqgħodu jitilgħu u jinżlu erba' darbiet kuljum, iqiegħdu rwieħhom għal kull tiġrib sakemm jaslu minn Ħal Lija u lura. Fl-1958 il-Gvern ta' dak iż-żmien ħejja pjanta għal skola primarja fejn hemm id-disinn tas-Sur Ġużeppi A.Tonna. Din kellha tinbena fi Triq il-Mosta int u dieħel lejn l-isptar ta' Santa Katerina ta' Sjena. L-iskola ma bdietx tinbena qabel l-1959 u tlestiet fl-1962. Illum l-iskola jisimha Skola Primarja Tumas Dingli taħt l-isem ta' wieħed mil-iktar skulturi li għamel isem kbir għalih u għal pajjiżu.

L-Isptar tad-Dumnikani

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Isptar ta' Santa Katerina ta' Sjena qiegħed fi Triq il-Mosta u hu magħruf l-aktar bħala l-isptar tas-Sorijiet Dumikani. Huwa ġie mqiegħed taħt il-patroċinju ta' din il-qaddisa li hija l-omm u l-mudella ta' dawn is-sorijiet. Ftit snin wara li l-Għaqda ta' Santa Katerina ġiet imwaqqfa fl-1916, is-Sorijiet Dumnikani waqqfu kunvent f'Lija bi klinika miegħu. Kienet hekk bir-reqqa l-kura li ġiet mogħdija lill-morda mis-sorijiet illi t-talbiet min-nies biex jidħlu hemm u l-professuri biex jaqdu f'din il-klinika, li nħasset il-ħtieġa li jibnu sptar ikbar u modern. Illum saret dar għall-anzjani.

L-Isptar Monte Karmeli

[immodifika | immodifika s-sors]

Bl-ordinanza ta' l-24 ta' Settembru 1852, il-kunsill talab li jintressqu pjanti għall-bini ta' sptar tal-mard tal-moħħ u li kellu jinbena fi Fleur-de-Lys. Fost il-pjanti, li l-arkitett tal-pjanta għażel u li matul is-sena 1852 kienu ppreżentati minn diversi arkitetti intgħażlet mill-Gvernatur Reid dik ta' l- Isqalli Gaetano Francesco Cianciolo, emigrant f' Malta u kien joqgħod f'Birkirkara. Beda jinbena fl-1853 f' Wied Inċita u mhux fejn kien maħsub qabel, jiġifieri fi Fluer-de-Lys.

Feniċi f'Ħ'Attard

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-21 ta' Settembru, 1946, filwaqt li kien għaddej it-tħaffir tal-gandoti fil-blat għat-tqegħid tal-katusi f'Misraħ Palma ġo Ħ'Attard, grupp ta' ħaddiema, daħlu aċċidentalment ġo midfna ta' qabar imħaffra fil-blat.

Id-daħla għall-qabar kienet minn spiera ta' ħames piedi fonda, erba' piedi twila u tliet piedi wiesgħa. Id-dħul għall-midfna kien minn fetħa rettangulari, żewġ piedi u seba' pulzieri għolja

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]