Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008
Dettalji tat-turnew
Pajjiż ospitu Flag of Austria.svg Awstrija
Flag of Switzerland.svg Żvizzera
Dati 7 ta' Ġunju29 ta' Ġunju
Stadji (fi 8 ibliet ospiti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ Gold medal blank.svg Flag of Spain.svg Spanja (it-2 titlu)
It-Tieni post Silver medal blank.svg Flag of Germany.svg Ġermanja
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 31
Gowls skorjati 77 (2.48 kull logħba)
Attendenza 1,140,902 (36,803 kull logħba)
L-aqwa plejer Bandiera ta' Spanja Xavi

Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2008, magħrufin aktar bħala Euro 2008, kienet it-tlettax-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tal-Futbol, li hi kompetizzjoni kwadrijennali għal nazzjonijiet Ewropej. Il-kampjonat, li kien ospitat mill-Awstrija u l-Iżvizzera, beda fis-7 ta' Ġunju 2008 u l-finali saret fid-29 ta' Ġunju f'Ernst Happel Stadion fi Vjenna. Din kienet t-tieni darba li żewġ pajjiżi ospitaw flimkien edizzjoni waħda, wara l-edizzjoni tas-sena 2000 li kienet ospitata mill-Belġju u l-Olanda. Il-Greċja kienu ċ-ċampjins renjanti tat-turnew, wara li kienu rebħu l-edizzjoni ta' qabel. Spanja rebħu dan il-kampjonat, meta fil-finali rebħu b'gowl wieħed lill-Ġermanja. Din kienet biss it-tieni darba fl-istorja ta' dan it-turnew li t-tim rebbieħ rebaħ kull partita fil-fażi tal-gruppi; it-tim l-ieħor kien Franza lura fl-1984.

Total ta' sittax-il tim ipparteċipaw f'din l-edizzjoni. L-Awstrija u l-Iżvizzera kkwalifikaw awtomatikament bħala ospiti; l-erbatax-il tim l-ieħor ikkwalfikaw permezz tal-fażi ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'Awwissu tal-2006. L-Awstrija u l-Polonja għamlu lkoll l-ewwel apparenza f'dan il-kampjonat. Bħala ċampjins Ewropej, Spanja ngħatat id-dritt li tieħu sehem fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009 fl-Afrika t'Isfel.[1]

Werrej

[editja] L-għażla tal-ospitu

L-istadji tal-kampjonat

L-Awstrija u l-Iżvizzera ingħataw id-dritt li jospitaw l-edizzjoni tal-2008 tal-Kampjonati Ewropej, wara li affrontaw il-kandidatura ta' diversi pajjiżi li pproponew pajjiżhom biex jospitaw l-Euro 2008: Greċja/Turkija, Skozja/Irlanda, Russja, Ungerija, Kroazja/Bosnia-Ħerżegovina u l-kandidatura Nordika li kienet komposta min-Norveġja, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Finlandja. L-Awstrija kienet diġà pproponiet il-kandidatura tagħha bħala ospitu (flimkien ma' l-Ungerija) għall-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej 2004, li kienet mirbuħa mill-Portugall.

Qabel l-aħħar votazzjoni, kien għad baqa' Awstrija/Żvizzera, Ungerija u Greċja/Turkija; din tal-aħħar kienet l-ewwel eliminata, waqt li l-ewwel tnejn ikkontestaw l-għażla bħala ospitu fil-votazzjoni finali.

[editja] Trofew ġdid

Trofew ġdid ingħata lir-rebbieħ tal-edizzjoni tal-Euro 2008. Il-verżjoni l-ġdida tat-Trofew Henri Delaunay, ikkreata minn Asprey London,[2] hi kważi replika eżatta tal-oriġinal iddisinjata minn Arthus-Bertrand. Figura żgħira li kienet tinsab fuq wara tat-trofew oriġinali kienet imneħħija. Il-bażi tal-fidda kellha titkabbar biex ikun aktar stabbli. L-ismijiet tal-pajjiżi rebbieħa ġew miktuba fuq il-wara tat-trofew, li huma magħmul minn fidda, jiżen 8 kilogrammi u għandu tul ta' 60 ċentimetru.

[editja] Kwalifikazzjoni

It-tlugħ tal-poloz għar-rawnd ta' kwalifikazzjoni sar f'Montreux, l-Iżvizzera, fis-27 ta' Jannar 2006.

Il-proċess ta' kwalifikazzjoni beda xahar wara t-Tazza tad-Dinja 2006. L-Awstrija u l-Iżvizzera ikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi finali tal-kampjonat bħala pajjiżi ospiti.

Il-format ta' kwalifikazzjoni kien mibdul minn kampjonati preċedenti. Ir-rebbieħ u t-tieni klassifikat mis-seba' gruppi jikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi finali, bl-ospiti jimlew iż-żewġ postijiet tal-kampjonat ta' sittax-il tim. Il-bidla kienet tfisser li ma kienx se jkun hemm play-offs bejn timijiet li jispiċċaw fit-tieni post tal-gruppi – huma jikkwalifikaw direttament. Timijiet li spiċċaw fit-tielet post ma kellhom l-ebda opportunità li jikkwalifikaw. Sitt mill-gruppi ta' kwalifikazzjoni kellhom seba' timijiet, waqt li Grupp A kellu tmienja.

[editja] Timijiet kwalifikati

Pajjiż Kwalifikat bħala Data tal-kwalifikazzjoni Apparenza preċedenti1
Flag of Austria.svg Awstrija 00Ospitu 0012 ta' Diċembru 2002 01 (apparenza debuttanti)
Flag of Switzerland.svg Żvizzera 01Ospitu 0112 ta' Diċembru 2002 21 (1996, 2004)
Flag of Poland.svg Polonja 02Rebbieħ ta' Grupp A 0917 ta' Novembru 2007 00 (apparenza debuttanti)
Flag of Portugal.svg Portugall 03Tieni post fi Grupp A 1421 ta' Novembru 2007 4 (1984, 1996, 2000, 2004)
Flag of Italy.svg Italja 04Rebbieħ ta' Grupp B 0617 ta' Novembru 2007 60 (1968, 1980, 1988, 1996, 2000, 2004)
Flag of France.svg Franza 05Tieni post fi Grupp B 0717 ta' Novembru 2007 61 (1960, 1984, 1992, 1996, 2000, 2004)
Flag of Greece.svg Greċja 06Rebbieħ ta' Grupp Ċ 0317 October 2007 23 (1980, 2004)
Flag of Turkey.svg Turkija 07Tieni post fi Grupp Ċ 1221 ta' Novembru 2007 22 (1996, 2000)
Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka 08Rebbieħ ta' Grupp D 0517 ta' Ottubru 2007 62 (19602, 19762, 19802, 1996, 2000, 2004)
Flag of Germany.svg Ġermanja 09Tieni post fi Grupp D 0213 ta' Ottubru 2007 9 (19723, 19763, 19803, 19843, 19883, 1992, 1996, 2000, 2004)
Flag of Croatia.svg Kroazja 10Rebbieħ ta' Grupp E 0817 ta' Novembru 2007 20 (1996, 2004)
Flag of Russia.svg Russja 11Tieni post fi Grupp E 1521 ta' Novembru 2007 8 (19604, 19644, 19684, 19724, 19884, 19925, 1996, 2004)
Flag of Spain.svg Spanja 12Rebbieħ ta' Grupp F 1117 ta' Novembru 2007 71 (1964, 1980, 1984, 1988, 1996, 2000, 2004)
Flag of Sweden.svg Żvezja 13Tieni post fi Grupp F 1321 ta' Novembru 2007 30 (1992, 2000, 2004)
Flag of Romania.svg Rumanija 14Rebbieħ ta' Grupp Ġ 0417 ta' Ottubru 2007 31 (1984, 1996, 2000)
Flag of the Netherlands.svg Olanda 15Tieni post fi Grupp Ġ 1017 ta' Novembru 2007 70 (1976, 1980, 1988, 1992, 1996, 2000, 2004)
Pajjiżi kwalifikati
1 Tipa ħoxna tindika li jkun rebbieħ ta' dik l-edizzjoni

[editja] Kontroversja ta' Spanja

Il-president tal-FIFA Sepp Blatter hedded lil Spanja b'espulsjoni mill-futbol internazzjonali jekk il-gvern Spanjol kellu jinterferixx fil-proċess ta' elezzjoni tal-Federazzjoni tal-Futbol Spanjola, imma l-ebda azzjoni ma kienet ikkunsidrata neċessarja.[3]

[editja] Stadji

Il-kampjonat intlagħab fi tmien stadji fi ħdan iż-żewġ pajjiżi ospiti; erbgħa fl-Awstrija u erbgħa fl-Iżvizzera. Kull stadju għandu kapaċità tal-anqas ta' 30,000; l-ikbar stadju hu Ernst Happel Stadion ta' Vjenna, li għandu kapaċità ta' 53,295.[4] Kien għal din ir-raġuni li l-Ernst Happel Stadion ospita l-finali. L-Iżvizzera lagħbu kull partita tal-fażi tal-gruppi f'St. Jakob Park ta' Bażel, li ospita wkoll il-partita tal-ftuħ bħala kompromess għall-finali li ssir fi Vjenna. L-Awstrija lagħbet il-partiti tagħha tal-fażi tal-gruppi fl-Ernst Happel Stadion.

Fl-2004, l-istadju ta' Żurigu ġab problema għall-organizzaturi. Oriġinarjament, l-istadju Hardturm kellu jkun rinnovat u wżat bħala l-istadju tal-belt, imma sfidi legali ssospendew il-pjanijiet f'punt fejn il-grawnd ma kellux jkun użat fl-2008. Din ikkreat problema, minħabba li l-qbil bejn il-UEFA u l-organizzaturi kien stipulat li erba' stadji se jiġu wżati f'kull pajjiż. Din il-problema kienet solvuta meta l-organizzaturi pproponew ir-rinovazzjoni ta' Letzigrund; il-UEFA approvat il-pjan f'Jannar 2005. L-istadju Letzigrund ospita l-ewwel partita tiegħu fit-23 ta' Settembru 2007.[5]

EHStadion040606w.jpg Stadion Basel Innen.JPG Hypo Group Arena - Westansicht.JPG
Ernst Happel Stadion

Lokazzjoni: Vjenna
Stat: Bandiera tal-Awstrija Awstrija
Kapaċità: 53,008

St. Jakob-Park

Lokazzjoni: Bażel
Stat: Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera
Kapaċità: 42,500
Klabb: FC Basel

Hypo-Arena

Lokazzjoni: Klagenfurt
Stat: Bandiera tal-Awstrija Awstrija
Kapaċità: 32,000
Klabb: SK Austria Kärnten

Stadedesuisse-2.jpg Em stadion salzburg.jpg CH-AL Geneva 2003-06-11.jpg
Stade de Suisse Wankdorf

Lokazzjoni: Berna
Stat: Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera
Kapaċità: 32,000
Klabb: Young Boys

Stadion Wals-Siezenheim

Lokazzjoni Saliżburgu
Stat: Bandiera tal-Awstrija Awstrija
Kapaċità: 30,000
Klabb: Red Bull Salzburg

Stade de Genève

Lokazzjoni: Ġinevra
Stat: Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera
Kapaċità: 32,000
Klabb: Servette FC

Umbau Tivoli Neu.JPG Letzigrund 2007ii.jpg
Tivoli-Neu Stadion

Lokazzjoni: Innsbruck
Stat: Bandiera tal-Awstrija
Kapaċità: 30,000
Klabb: Fußballclub Wacker Innsbruck

Letzigrund Stadion

Lokazzjoni: Żurigu
Stat: Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera
Kapaċità: 30,000
Klabb: FC Zürich, Grasshopper

 

[editja] Uffiċjali tal-partiti

Tnax-il referì u erbgħa u għoxrin assistent kienu magħżula għal dan it-turnew:[6]

Nazzjon Referì Assistenti
Bandiera tal-Awstrija Awstrija Konrad Plautz Egon Bereuter Markus Mayr
Bandiera tal-Belġju Belġju Frank de Bleeckere Peter Hermans Alex Verstraeten
Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra Howard Webb Darren Cann Mike Mullarkey
Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja Herbert Fandel Carsten Kadach Volker Wezel
Bandiera tal-Greċja Greċja Kyros Vassaras Dimitiris Bozartzidis Dimitiris Saraidaris
Bandiera tal-Italja Italja Roberto Rosetti Alessandro Griselli Paolo Calcagno
Bandiera tal-Olanda Olanda Pieter Vink Adriaan Inia Hans ten Hoove
Bandiera tan-Norveġja Norveġja Tom Henning Øvrebø Geir Åge Holen Jan Petter Randen
Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja Ľuboš Micheľ Roman Slysko Martin Balko
Bandiera ta' Spanja Spanja Manuel Mejuto González Juan Carlos Yuste Jiménez Jesús Calvo Guadamuro
Bandiera tal-Żvezja Żvezja Peter Fröjdfeldt Stefan Wittberg Henrik Andren
Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera Massimo Busacca Matthias Arnet Stephane Cuhat

[editja] Poloz

Il-poloz għall-kampjonat finali saru fit-2 ta' Diċembru 2007 fil-Culture and Convention Centre f'Luċerna.[7]

Din l-edizzjoni involviet ir-ritorn tal-format li kien użat fl-Euro 92 u fl-Euro 96 fejn il-logħob ta' kull grupp jsiru f'żewġ stadji, bl-aqwa tim jibqa' fl-istess belt għat-tliet partiti. Bħal fl-2000 u fl-2004, il-finalisti kienu diviżi f'erba' urni, ibbażati skond il-punti medja akkwistati fil-fażi ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 u tal-Euro 2008, b'kull grupp ikollu tim minn kull urna. L-Iżvizzera u l-Awstrija, bħala ospiti, u l-Greċja, bħala d-detenturi tat-titlu, kienu fl-ewwel urna.[8][9] L-Olanda kienu wkoll fl-ewwel urna, ibbażat skond il-koëffiċjent tal-UEFA għar-rankings tal-finalisti tal-Kampjonati Ewropej 2008.

Urna A Urna B Urna Ċ Urna D

[editja] Riżultati

[editja] Fażi tal-gruppi

Fit-tabelli li jsegwu:

  • L = total ta' logħob
  • R = total ta' rebħiet
  • P = total ta' pari
  • T = total ta' telfiet
  • GF = total ta' gowls favur
  • GK = total ta' gowls kontra
  • +/- = differenza ta' gowls
  • Pti = total ta' punti

It-timijiet li spiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet, ikkwalifikaw għar-rawnd tal-aħħar sittax.

[editja] Grupp A

Tim L R P T GF GK +/- Pti
Flag of Portugal.svg Portugall 3 2 0 1 5 3 +2 6
Flag of Turkey.svg Turkija 3 2 0 1 5 5 0 6
Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka 3 1 0 2 4 6 −2 3
Flag of Switzerland.svg Żvizzera 3 1 0 2 3 3 0 3
7 ta' Ġunju 2008
Flag of Switzerland.svg Żvizzera 0 – 1 Flag of Croatia.svg Kroazja
Flag of Portugal.svg Portugall 2 – 0 Flag of Turkey.svg Turkija
11 ta' Ġunju 2008
Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka 1 – 3 Flag of Portugal.svg Portugall
Flag of Switzerland.svg Żvizzera 1 – 2 Flag of Turkey.svg Turkija
15 ta' Ġunju 2008
Flag of Switzerland.svg Żvizzera 2 – 0 Flag of Portugal.svg Portugall
Flag of Turkey.svg Turkija 3 – 2 Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka
Noti fuq il-pożizzjonijiet fil-grupp
  • Il-Portugall u t-Turkija huma pożizzjonati skond ir-rekord tal-partita kontra xulxin
  • Ir-Repubblika Ċeka u l-Iżvizzera huma pożizzjonati skond ir-rekord tal-partita kontra xulxin

[editja] Grupp B

Tim L R P T GF GK +/- Pti
Flag of Croatia.svg Kroazja 3 3 0 0 4 1 +3 9
Flag of Germany.svg Ġermanja 3 2 0 1 4 2 +2 6
Flag of Austria.svg Awstrija 3 0 1 2 1 3 −2 1
Flag of Poland.svg Polonja 3 0 1 2 1 4 −3 1
8 ta' Ġunju 2008
Flag of Austria.svg Awstrija 0 – 1 Flag of Croatia.svg Kroazja
Flag of Germany.svg Ġermanja 2 – 0 Flag of Poland.svg Polonja
12 ta' Ġunju 2008
Flag of Croatia.svg Kroazja 2 – 1 Flag of Germany.svg Ġermanja
Flag of Austria.svg Awstrija 1 – 1 Flag of Poland.svg Polonja
16 ta' Ġunju 2008
Flag of Poland.svg Polonja 0 – 1 Flag of Croatia.svg Kroazja
Flag of Austria.svg Awstrija 0 – 1 Flag of Germany.svg Ġermanja
Noti fuq il-pożizzjonijiet fil-grupp
  • L-Awstrija u l-Polonja huma pożizzjonati skond id-differenza ta' gowls, minħabba li r-rekord tal-partita kontra xulxin hu l-istess

[editja] Grupp Ċ

Tim L R P T GF GK +/- Pti
Flag of the Netherlands.svg Olanda 3 3 0 0 9 1 +8 9
Flag of Italy.svg Italja 3 1 1 1 1 4 −1 4
Flag of Romania.svg Rumanija 3 0 2 1 1 3 −2 2
Flag of France.svg Franza 3 0 1 2 1 6 −5 1
9 ta' Ġunju 2008
Flag of Romania.svg Rumanija 0 – 0 Flag of France.svg Franza
Flag of the Netherlands.svg Olanda 3 – 0 Flag of Italy.svg Italja
13 ta' Ġunju 2008
Flag of Italy.svg Italja 1 – 1 Flag of Romania.svg Rumanija
Flag of the Netherlands.svg Olanda 4 – 1 Flag of France.svg Franza
17 ta' Ġunju 2008
Flag of the Netherlands.svg Olanda 2 – 0 Flag of Romania.svg Rumanija
Flag of France.svg Franza 0 – 2 Flag of Italy.svg Italja

[editja] Grupp D

Tim L R P T GF GK +/- Pti
Flag of Spain.svg Spanja 3 3 0 0 8 3 +5 9
Flag of Russia.svg Russja 3 2 0 1 4 4 0 6
Flag of Sweden.svg Żvezja 3 1 0 2 3 4 −1 3
Flag of Greece.svg Greċja 3 0 0 3 1 5 −4 0
10 ta' Ġunju 2008
Flag of Spain.svg Spanja 4 – 1 Flag of Russia.svg Russja
Flag of Greece.svg Greċja 0 – 2 Flag of Sweden.svg Żvezja
14 ta' Ġunju 2008
Flag of Sweden.svg Żvezja 1 – 2 Flag of Spain.svg Spanja
Flag of Greece.svg Greċja 0 – 1 Flag of Russia.svg Russja
18 ta' Ġunju 2008
Flag of Greece.svg Greċja 1 – 2 Flag of Spain.svg Spanja
Flag of Russia.svg Russja 2 – 0 Flag of Sweden.svg Żvezja

[editja] Fażi eliminatorja

Il-fażi eliminatorja hi differenti minn kampjonati tal-passat. Timijiet fi gruppi A u B se jkunu separati mit-timijiet ta' gruppi Ċ u D sal-finali. Ir-raġuni tal-bidla fil-format hu biex ikun ugwaljanza fil-perjodu ta' mistrieħ matul il-fażi eliminatorja. Madankollu, b'dan il-format hemm ċans li partita fil-fażi tal-gruppi tista' tkun repetuta fil-fażi eliminatorja; hu impossibli li jkun hemm finali bejn żewġ timijiet li jkunu affaċċjaw lil xulxin fl-ewwel nofs tal-kampjonat. Ukoll, f'bidla oħra, għall-ewwel darba fil-Kampjonati Ewropej, se jkunu żewġ stadji (St. Jakob-Park, Bażel u Ernst Happel Stadion, Vjenna) se jkunu wżati fis-seba' partiti tal-fażi eliminatorja.[10]

Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                   
19 ta' Ġunju - Bażel        
 Flag of Portugal.svg Portugall  2
25 ta' Ġunju - Bażel
 Flag of Germany.svg Ġermanja  3  
 Flag of Germany.svg Ġermanja  3
20 ta' Ġunju - Vjenna
   Flag of Turkey.svg Turkija  2  
 Flag of Croatia.svg Kroazja  1 (1)
29 ta' Ġunju - Vjenna
 Flag of Turkey.svg Turkija (pen)  1 (3)  
 Flag of Germany.svg Ġermanja  0
21 ta' Ġunju - Bażel
   Flag of Spain.svg Spanja  1
 Flag of the Netherlands.svg Olanda  1
26 ta' Ġunju - Vjenna
 Flag of Russia.svg Russja (ħs)  3  
 Flag of Russia.svg Russja  0
22 ta' Ġunju - Vjenna
   Flag of Spain.svg Spanja  3  
 Flag of Spain.svg Spanja (pen)  0 (4)
 Flag of Italy.svg Italja  0 (2)  


[editja] Kwarti tal-finali

19 ta' Ġunju 2008
20:45
Flag of Portugal.svg Portugall 2 – 3 Flag of Germany.svg Ġermanja St. Jakob-Park, Bażel
Attendenza: 39,374
Referi: Bandiera tal-Żvezja Peter Fröjdfeldt
Nuno Gomes Gowl 40'
Postiga Gowl 87'
Rapport Schweinsteiger Gowl 22'
Klose Gowl 26'
Ballack Gowl 61'

20 ta' Ġunju 2008
20:45
Flag of Croatia.svg Kroazja 1 – 1 (ħs) Flag of Turkey.svg Turkija Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 51,428
Referi: Bandiera tal-Italja Roberto Rosetti
Klasnić Gowl 119' Rapport Semih Gowl 120+2'
  Penalties  
  Modrić Żbaljat
Srna Skurjat
Rakitić Żbaljat
Petrić Żbaljat
1 – 3 Skurjat Arda
Skurjat Semih
Skurjat Hamit Altıntop
 

21 ta' Ġunju 2008
20:45
Flag of the Netherlands.svg Olanda 1 – 3 (ħs) Flag of Russia.svg Russja St. Jakob-Park, Bażel
Attendenza: 38,374
Referi: Bandiera tas-Slovakkja Ľuboš Micheľ
van Nistelrooy Gowl 86' Rapport Pavlyuchenko Gowl 56'
Torbinsky Gowl 112'
Arshavin Gowl 116'

22 ta' Ġunju 2008
20:45
Flag of Spain.svg Spanja 0 – 0 (ħs) Flag of Italy.svg Italja Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 48,000
Referi: Bandiera tal-Ġermanja Herbert Fandel
Rapport
  Penalties  
  Villa Skurjat
Cazorla Skurjat
Senna Skurjat
Güiza Żbaljat (salvat)
Fàbregas Skurjat
4 – 2 Skurjat Grosso
Żbaljat (salvat) De Rossi
Skurjat Camoranesi
Żbaljat (salvat) Di Natale
 

[editja] Semifinali

25 ta' Ġunju 2008
20:45
Flag of Germany.svg Ġermanja 3 – 2 Flag of Turkey.svg Turkija St. Jakob-Park, Bażel
Attendenza: 39,374
Referi: Bandiera tal-Iżvizzera Massimo Busacca
Schweinsteiger Gowl 26'
Klose Gowl 79'
Lahm Gowl 90'
Rapport Boral Gowl 22'
Semih Gowl 86'

26 ta' Ġunju 2008
20:45
Flag of Russia.svg Russja 0 – 3 Flag of Spain.svg Spanja Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 51,428
Referi: Bandiera tal-Belġju Frank de Bleeckere
Rapport Xavi Gowl 50'
Güiza Gowl 73'
Silva Gowl 82'

[editja] Finali

29 ta' Ġunju 2008
20:45
Flag of Germany.svg Ġermanja 0 – 1 Flag of Spain.svg Spanja Ernst Happel Stadion, Vjenna
Attendenza: 51,428
Referi: Bandiera tal-Italja Roberto Rosetti
Rapport Torres Gowl 33'

[editja] Rebbieħ

Rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej 2008
Bandiera ta' Spanja
Spanja
It-tieni titlu

[editja] Statistika

[editja] Skorers

4 gowls
3 gowls
2 gowls

 

gowl

 

[editja] Unuri

Tim tal-Kampjonat
Gowlers Difensuri Midfielders Attakkanti
Bandiera tal-Italja Gianluigi Buffon Bandiera tal-Portugall José Bosingwa Bandiera tat-Turkija Hamit Altıntop Bandiera tar-Russja Andrei Arshavin
Bandiera ta' Spanja Iker Casillas Bandiera tal-Ġermanja Philipp Lahm Bandiera tal-Ġermanja Michael Ballack Bandiera tar-Russja Roman Pavlyuchenko
Bandiera tal-Olanda Edwin van der Sar Bandiera ta' Spanja Carlos Marchena Bandiera ta' Spanja Cesc Fàbregas Bandiera ta' Spanja Fernando Torres
Bandiera tal-Portugall Pepe Bandiera ta' Spanja Andrés Iniesta Bandiera ta' Spanja David Villa
Bandiera ta' Spanja Carles Puyol Bandiera tal-Kroazja Luka Modrić
Bandiera tar-Russja Yuri Zhirkov Bandiera tal-Ġermanja Lukas Podolski
Bandiera ta' Spanja Marcos Senna
Bandiera tal-Olanda Wesley Sneijder
Bandiera ta' Spanja Xavi
Bandiera tar-Russja Konstantin Zyrianov
Żarbuna tad-deheb
Plejer tal-Kampjonat

[editja] Gowls

[editja] L-ewwel drabi fil-kampjonat

[editja] Referenzi

  1. ^ Spanja mhix obbligata biex tipparteċipa fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Qabel l-2004, iċ-ċampjins Ewropej u Sud-Amerikani kienu obblgiati biex jipparteċipaw, imma fl-2004 tbiddlet ir-regola mill-FIFA.
  2. ^ New trophy announced at UEFA site (Ingliż).
  3. ^ Fifa warns Spain of possible ban (Ingliż), BBC Sport, 18-02-2008 (Aċċessata nhar il-25-02-2008).
  4. ^ UEFA EURO 2008 (Ingliż). fussballtempel.net. Aċċessata nhar il-08-06-2008.
  5. ^ Zurich - Letzigrund Stadion (Ingliż).
  6. ^ UEFA Euro 2008 referees (Ingliż).
  7. ^ Draw sets up heavyweight contests (Ingliż), uefa.com, 02-12-2007 (Aċċessata nhar il-02-12-2007).
  8. ^ Format from UEFA Website (Ingliż).
  9. ^ UEFA Euro 2008 Information (Ingliż) PDF.
  10. ^ Euro-Format means group rivals cannot meet again in final (Ingliż), Yahoo! Sports, 03-06-2008 (Aċċessata nhar il-03-06-2008).

[editja] Ħoloq esterni

Commons-logo.svg
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali relatati ma':