Ludovic Magnin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Ludovic Magnin
Magnin061115.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Ludovic Magnin
Twelid 20 ta' April 1979 (1979-04-20) (33 sena)
Lausanne
Pajjiż Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera
Tul 1.86 m
Rwol Difensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti FC Zürich
Numru 23
Klabbs ġovanili
1987–1996 FC Echallens
1996–1997 Lausanne-Sports
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
1997–2000 Yverdon Sport 96 (2)
2000–2002 Lugano 47 (0)
2002–2005 Werder Bremen 45 (4)
2005–2009 VfB Stuttgart 103 (2)
2010– FC Zürich 15 (0)
Tim nazzjonali
2000–2010 Żvizzera 63 (3)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 14:22, 4 Settembru 2010 (UTC)

Ludovic Magnin (Lausanne, 20 ta' April 1979) hu plejer tal-futbol Żvizzeru li jilgħab ma' FC Zürich bħala difensur.

Werrej

[editja] Bijografija

Imrobbi f'Echallens, fil-kantun ta' Vaud, qalb familja "miġnuna fuq il-futbol": missieru kien jilgħab fi klabb tal-ewwel diviżjoni waqt li ommu kienet fl-iskwadra femminili ta' pajjiżu. Hu hu miżżewweġ lil Chantale u għandu żewġt itfal, Nicos (twieled fl-2002) u Thierry (twieled fl-2006).

[editja] Karriera

[editja] Klabb

Beda fil-livell ġovanili tal-klabb tal-lokal, FC Echallens, qabel ma fl-1996 ingħaqad għal staġun ma' Lausanne-Sports. Fis-sajf tal-1997 issieħeb ma' Yverdon, tim mit-tieni diviżjoni Żvizzera. Magħhom għamel id-debutt professjonali tiegħu, fejn fi tliet snin deher total ta' 45 logħba. Fis-sena 2000 ingħaqad mal-ambizzjuż Lugano fejn magħhom lagħab il-kampjonat 2000–01, qabel ma għamel qabża ta' kwalità f'Jannar tas-sena ta' wara meta ttrasferixxa mal-klabb Ġermaniż ta' Werder Bremen.

Fl-ewwel tliet staġuni fil-Bundesliga ftit li xejn kien involut, fejn ġabar 20 preżenza u gowl wieħed. Mal-Werder irnexxielu jirbaħ il-kampjonat u t-Tazza Ġermaniża fl-istaġun 2003–04. Madanakollu, iż-żmien mal-klabb kien imtappan minn nuqqas ta' logħob ħabba li kien iweġġa' ta' spiss.

Fis-sajf tal-2005 ġie akkwistat minn VfB Stuttgart u fl-istaġun ta' wara rnexxielu jikseb it-tieni titlu nazzjonali tal-kampjonat personali, fejn għamel 22 dehra u skorja gowl wieħed, ironikament kontra l-eks-klabb tiegħu. L-istaġun 2009–10 ftit li xejn azzjoni mat-tim, u sabiex isalva postu mat-tim nazzjonali Żvizzeru għat-Tazza tad-Dinja 2010, iddeċieda li f'Jannar 2010 jingħaqad mal-klabb Żvizzeru ta' FC Zürich.

[editja] Internazzjonali

Fis-sena 2000, grazzi għall-prestazzjonijiet tajbin li beda juri ma' Lugano, ġie msejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Żvizzeru, bid-debutt tiegħu jasal f'Awwissu kontra l-Greċja. Mat-tim nazzjonali pparteċipa fil-Kampjonati Ewropej 2004, fit-Tazza tad-Dinja 2006 u fil-Kampjonati Ewropej 2008 fejn għal dan tal-aħħar kien hu li libes il-faxxa ta' kaptan tat-tim wara li waqt il-kompetizzjoni weġġa' Alexander Frei.

[editja] Unuri

Ġermanja Werder Bremen

Ġermanja Stuttgart

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn