Tim nazzjonali tal-futbol tal-Italja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

It-tim nazzjonali Taljan hu l-iktar tim fl-Ewropa li rebaħ it-Tazza tad-Dinja, kif ukoll l-iktar wieħed li ħa sehem f'din il-kompetizzjoni, flimkien mal-Ġermanja, b'total ta' 16-il darba. Fil-fatt l-unika darbtejn li ma ħax sehem kien fl-1930 u fl-1958. It-Tazza tad-Dinja rebaħha erba' darbiet fl-1934, 1938, 1982 u fl-2006. Huwa, ħa sehem ukoll sitt darbiet għat-tazza tal-kampjonat Ewropew, dawn kienu fl-1968 meta rebaħ din it-tazza; fl-1980 (spiċċa r-4 post); fl-1988; fl-1996; fis-sena 2000 (spiċċa t-2 post); u fl-2004.

Biex it-tim Taljan wasal fejn jinsab llum xi darba kellu jibda l-ewwel logħba tiegħu u fil-fatt dan seħħ fil-15 ta' Mejju 1910 meta kien rebaħ l-ewwel logħba tiegħu wkoll kontra Franza (Italja 6 - 2 Franza). Iżda għall-Azurri mhux din kienet l-ikbar rebħa. Fil-fatt l-ikbar rebħa saret kontra l-Istati Uniti fit-2 t'Awwissu 1948 (Italja 9 - 0 Stati Uniti). Dan it-tim kellu wkoll telf ikrah fl-istorja tiegħu u bħala l-agħar telfa kienet dik tas-6 t'April 1924 kontra l-Ungerija (Ungerija 7 - 1 Italja).

Fejn jidħol il-Logħob Olimpiku l-peniżola Taljana kellha wkoll suċċessi, biss biss nistgħu nsemmu ż-żewġ midalji tal-Bronż, li din l-iskwadra rebħet fl-1928 ġewwa Amsterdam u fl-2004 ġewwa Ateni. Iżda l-aħjar midalja dik tad-Deheb rebħitha fl-1936 ġewwa Berlin.

Informazzjoni dwar dan it-tim nazzjonali tal-futbol:

Assoċjazzjoni: Federazione Italiana Giuco Calcio (Il-Federazzjoni Taljana tal-Futbol)

Il-Kowċ Attwali: Marcelo Lippi (2008- )

It-Top Scorer: Gigi Riva (b'35 gowl)

Il-Kodiċi tal-FIFA: ITA

Ir-Rankatura tal-FIFA: 2 post

L-Aħjar Rankatura (tul iż-żminijiet): 1 post (Novembru tal-1993)

L-Agħar Rankatura (tul iż-żminijiet): 16-il post (April tal-1998)

Ir-Rankatura tal-Elo: 3