Tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Repubblika Ċeka | |
![]() |
|
|---|---|
| Assoċċazzjoni | Českomoravský fotbalový svaz |
| Konfederazzjoni | UEFA, (Ewropa) |
| Kowċ | |
| Captain | Tomáš Rosický |
| L-Aktar Dehriet | Karel Poborský (118) |
| L-Aktar Gowls | Jan Koller (50) |
| Grawnd Nazzjonali | AXA Arena |
| L-Ewwel Internazzjonali | (Budapest, Ungerija; 5 ta' April, 1903) (Istanbul, Turkija; 23 ta' Frar, 1994) |
| L-Ikbar Rebħiet | (Liberec, Rep Ċeka; 4 ta' Ġunju, 2005) (Liberec, Rep Ċeka; 7 ta' Ottubru, 2006) |
| L-Ikbar Telfiet | (Praga, Boħemja; 13 ta' Ġunju, 1908) (Zürich, Svizzera; 20 ta' April, 1994) |
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka hu t-tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Ċeka u hu mmexxi minn Českomoravský fotbalový svaz.
Qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Boħemja (illum ir-Repubblika Ċeka), meta kienet parti mill-Imperu ta' l-Awstro-Ungeriż, huma lagħbu sebgħa partiti bejn l-1903 u l-1908, sitta minnhom kontra l-Ungerija u waħda kontra l-Ingilterra. Boħemja lagħbet ukoll partita kontra l-Ġermanja fl-1939.
Meta r-Repubblika Ċeka kienet parti miċ-Ċekoslovakkja, it-tim nazzjonali wasal darbtejn bħala finalista tellief tat-Tazza tad-Dinja (1934, 1962) u rebbieħ tal-Kampjonati Ewropej fl-1976. Wara li ċ-Ċekoslovakkja ġiet diviża bħala r-Repubblika Ċeka u l-Islovakkja, huma lagħbu l-ewwel logħba kontra t-Turkija fl-1994.
Ir-Repubblika Ċeka kompliet bil-vena pożittiva fil-Kampjonati Ewropej 1996 fejn spiċċat it-tieni u waslet sas-semi-finali tal-Kampjonati Ewropej 2004. Huma waslu fl-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja bħala nazzjon indipendenti fl-2006 u minħabba l-prestazzjoni kbira li qed jagħmlu huma qed jilħqu postijiet tajbin fir-Rankings Mondjali tal-FIFA.
Werrej |
[editja] Storja
[editja] Tazza tad-Dinja 2006
Ir-Repubblika Ċeka bdew l-esperjenza fit-Tazza tad-Dinja b'rebħa impressjonanti kontra l-Istati Uniti. Jan Koller fetaħ l-iskor wara' ħames minuti minn passaġġ ta' Zdeněk Grygera. Il-plejer il-ġdid ta' Arsenal, Tomáš Rosický, kompla bil-prestazzjoni eċċellenti tiegħu permezz ta' gowl li ġab lir-Repubblika Ċeka b'vantaġġ ta' żewġ gowls sa tmiem l-ewwel taqsima. Koller kellu jiġi sostitut minħabba xi uġiegħ, u postu ħadu Lokvenc. Meta kien għad baqa' mal-kwarta logħob, Rosický ikkapitalizza b'gowl ieħor meta b'azzjoni personali huwa ta r-rebħa konvinċenti ta' 3-0.
Fis-17 ta' Ġunju huma affrontaw lill-Gana ġewwa Kolonja. Huma tilfu 2-0, fejn din il-partita kienet mimlija emozzjonijiet; kien hemm penalty mitluf minn Asamoah Gyan u karta ħamra għal Tomáš Ujfaluši. Sulley Muntari issiġilla r-rebħa Ganiża permezz tat-tieni gowl li wasal fit-82 minuta.
Fl-aħħar logħba tal-grupp huma tilfu wkoll kontra l-Italja, it-tim rebbieħ ta' l-edizzjoni, bl-iskor ta' 2-0. B'din it-telfa huma spiċċaw eliminati u barra mill-kompetizzjoni.
[editja] L-Iskwadra tar-Repubblika Ċeka
Gowlers:
Difensuri:
Midfielders:
Attakkanti:
[editja] Storja tal-Kompetizzjonijiet
[editja] Tazza tad-Dinja
- 1930 sa l-1994 - Ara Ċekoslovakkja
- 1998 sa l-2002 - Ma kkwalifikatx
- 2006 - L-Ewwel Rawnd
[editja] Kampjonati Ewropej
- 1960 sa l-1992 - Ara Ċekoslovakkja
- 1996 - Finalista Telliefa
- 2000 - L-Ewwel Rawnd
- 2004 - Semi-Finalista
- 2008 - Kwalifikata
[editja] Plejers
Din hija l-lista tal-plejers li lagħbu l-biċċa l-kbira jew il-karriera tagħhom matul l-era tar-Repubblika Ċeka. Għal plejers famużi mit-tim taċ-Ċekoslovakkja, ara Tim Nazzjonali tal-Futbol taċ-Ċekoslovakkja.
[editja] Ħoloq Oħra
- Is-Sit Uffiċċjali tal-Federazzjoni tal-Futbol Ċeka
- Riżultati Internazzjonali mill-1994 fuq RSSSF
- Riżultati Internazzjonali ta' l-1903, 1906-08 u ta' l-1939 fuq RSSSF
|-
|
|
|
|
|---|---|
|
Albanija · Andorra · Armenja · Awstrija · Ażerbajġan · Belarus · Belġju · Bożnija u Ħerżegovina · Bulgarija · Ċipru · Danimarka · Estonja · Finlandja · Franza · Galles · Ġeorġja · Ġermanja · Greċja · Gżejjer Faroe · Ingilterra · Irlanda · Irlanda ta' Fuq · Italja · Iżlanda · Iżrael · Każakistan · Kroazja · Latvja · Liechtenstein · Litwanja · Lussemburgu · Maċedonja · Malta · Moldova · Montenegro · Norveġja · Olanda · Polonja · Portugall · Repubblika Ċeka · Rumanija · Russja · San Marino · Serbja · Skozja · Slovakkja · Slovenja · Spanja · Turkija · Ukrajna · Ungerija · Żvezja · Żvizzera
|
|
|-
!style="background:#BFD7FF;"|| Fażijiet tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 |
|- | colspan="12" |
| Grupp A | Grupp B | Grupp Ċ | Grupp D | Grupp E |
| Grupp F | Grupp Ġ | Grupp H | Fażi eliminatorja | Finali |
|- !style="background:#BFD7FF;"|Informazzjoni ġenerali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 |- | colspan="12" |
| Kwalifikazzjoni | Timijiet | Skeda | Uffiċċjali | Mixxelanja |
|-
!style="background:#BFD7FF;"|| Finalisti tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 |
|- | colspan="12" |
| Rebbieħ: Italja |
| Finalista tellief: Franza |
| It-Tielet post: Ġermanja |
| Ir-Raba' post: Portugall |
| Eliminati fil-kwarti tal-finali: Arġentina • Brażil • Ingilterra • Ukrajna |
| Eliminati fl-aħħar sittax: Awstralja • Ekwador • Gana • Messiku • Olanda • Spanja • Żvezja • Żvizzera |
| Eliminati fil-fażi tal-gruppi: Angola • Ġappun • Għarabja Sawdita • Iran • Kosta Rika • Korea t'Isfel • Kosta tal-Avorju • Kroazja • Paragwaj • Polonja • Repubblika Ċeka • Serbja u Montenegro • Stati Uniti • Togo • Tuneżija |
