Tim nazzjonali tal-futbol tal-Bulgarija
| Laqam | Лъвовете (L-Iljuni) Трикольорите |
||
|---|---|---|---|
| Assoċjazzjoni | Federazzjoni tal-futbol tal-Bulgarija | ||
| Konfederazzjoni | UEFA (Ewropa) | ||
| Kowċ | Lyuboslav Penev | ||
| Kaptan | Ivelin Popov | ||
| L-aktar preżenzi | Stiliyan Petrov (106) | ||
| L-aktar gowls | Dimitar Berbatov (48) | ||
| Stadju | Vasil Levski | ||
| Kodiċi tal-FIFA | BUL | ||
| Klassifika tal-FIFA | |||
|
|
|||
| Debutt internazzjonali | |||
(Vjenna, Awstrija; 21 ta' Mejju 1924) |
|||
| L-ikbar rebħa | |||
(Leon, Messiku; 14 ta' Ottubru 1968) |
|||
| L-ikbar telfa | |||
(Madrid, Spanja; 21 ta' Mejju 1933) |
|||
Fil-21 ta' Mejju 1924 il-Bulgarija lagħbu l-ewwel logħba tal-futbol internazzjonali kontra l-Awstrija u sofrew ukoll l-ewwel telfa tagħhom (Awstrija 6 - 0 Bulgarija). Dan it-tim li mlaqqam The Lions (L-Iljuni), kellu wkoll suċessi kbar fejn rebaħ diversi logħbiet t'importanza kbira. L-ikbar riżultat f'logħba waħda għamlu kontra n-Norveġja fl-1957 u kontra Malta fl-1982 fejn rebaħ id-darbtejn li huma b'seba' gowls minn fuq (Bulgarija 7 - 0 Norveġja) u (Bulgarija 7 - 0 Malta). Iżda fl-agħar logħba li mar tilef bi skor ta' 13-il gowl minn taħt, kontra Spanja fil-21 ta' Mejju 1933 (Spanja 13 - 0 Bulgarija), eżatt disa' snin wara li lagħab l-ewwel logħba uffiċjali.
B'kollox il-Bulgarija ħadet sehem s'issa f'7 kompetizzjonijiet tat-Tazza tad-dinja. L-ewwel darba fl-1962 imbagħad fl-1966, 1970, 1974, 1986 u fl-1994. Iżda l-aħjar riżultat kisbu fl-1994 meta wasal sas-semi finali u spiċċa r-raba' post. Anki fil-European Championship ħa sehem fl-1996 u fl-2004. Fil-Logħob Olimpiku għamel suċċes ukoll meta fl-1956 fl-Olimpjadi ta' Melbourne (l-Awstralja) rebaħ il-midalja tal-Bronż u fl-1968 tela' tarġa 'l fuq għax ġewwa Mexico City (il-Messiku) rebaħ il-Fidda.
Assoċjazzjoni: Bulgarian Football Union (L-Unjoni Bulgara tal-Futbol)
Il-Kowċ Attwali: Hristo Stoichkov (2004- )
It-Top Scorer: Hristo Bonev (b'47 gowl)
Ir-Ranking tal-FIFA: 38 post
L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 8 post (Ġunju ta' l-1995)
L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 58 post (Awissu ta' l-2002)
Ir-Ranking tal-Elo: 42
Skwadra [editja]
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ħoloq esterni [editja]
|
||||||||