Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ungerija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Ungerija
Stemma tal-assoċjazzjoni
Laqam The Magical Magyars (fis-snin 50)
Assoċjazzjoni Magyar Labdarúgó Szövetség
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Pajjiżi l-Baxxi Erwin Koeman
Kaptan Zoltán Gera
L-aktar preżenzi József Bozsik (101)
L-aktar gowls Ferenc Puskás (84)
Stadju Stadju Puskás Ferenc
Kodiċi tal-FIFA HUN
Klassifika tal-FIFA Red Arrow Down.svg 50
Kuluri interni
Kuluri esterni
Debutt internazzjonali
Flag of Austria.svg Awstrija 5–0 Ungerija Flag of Hungary (1867-1918).svg
(Vjenna, Awstrija; 12 ta' Ottubru 1902)
L-ikbar rebħa
Flag of Russia.svg Russja 0–12 Ungerija Flag of Hungary (1867-1918).svg
(Moska, Russja; 14 ta' Lulju 1912)
Flag of Hungary (1920–1946).svg Ungerija 13–1 Franza Flag of France.svg
(Budapest, Ungerija; 12 ta' Ġunju 1927)
Flag of Hungary (1949-1956).svg Ungerija 12–0 Albanija Flag of Albania (1946-1992).svg
(Budapest, Ungerija; 24 ta' Settembru 1950)
L-ikbar telfa
Flag of Hungary (1867-1918).svg Ungerija 0–7 Ingilterra Flag of England.svg
(Budapest, Ungerija; 10 ta' Ġunju 1908)
Flag of German Reich (1935–1945).svg Ġermanja 7–0 Ungerija Ungerija Flag of Hungary (1920–1946).svg
(Kolonja, Ġermanja; 6 ta' April 1941)

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' l-Ungerija hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' l-Ungerija u hu mmexxi mill-Hungarian Football Federation. Dan it-tim nazzjonali għandu storja rikka ħafna u provda plejers ta' klassi. Hu għandu post fl-istorja tal-futbol bħala wieħed mill-ewwel pajjiżi oriġinali tal-futbol fl-Ewropa. F'dawn l-aħħar snin is-saħħa tat-tim naqqset ħafna, fejn naqsu li jikkwalifikaw għal xi kampjonat prestiġjuż mill-1986.

Storja[editja]

It-Tim tad-Deheb[editja]

Il-futbol Ungeriż huwa aħjar magħruf bħala l-aktar tim formidabbli u ta' influwenza fl-istorja tal-futbol, li rrivoluzzjona din il-logħba. Bi plejers bħal Ferenc Puskás, Sándor Kocsis, József Bozsik u Nándor Hidegkuti, dan it-tim żviluppa l-logħba tal-futbol fejn irnexxielu jasal sal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1954 b'rekord rimarkabbli ta' 43 rebħa, 7 pari, u l-ebda telfa mill-15 ta' Ġunju 1952 sat-tmiem ta' din il-mixja pożittiva, fit-18 ta' Frar 1956. L-Ungerija għandha d-distinzjoni unika li tipposta ruħha bl-ikbar numru ta' punti (2173 punt) fir-ratings ta' l-ELO f'Ġunju 1954 flimkien mat-tieni l-iktar b'2153 punt fl-1956; fejn tgħaddi lill-Brażil, l-Ingilterra, l-Arġentina u l-Ġermanja f'kull kompetizzjoni ta' kull żmien.

L-Ungeriżi kienu darbtejn fil-finali tat-Tazza tad-Dinja bit-tnejn li huma jitilfuhom; kontra l-Italja fl-1938 (4-2) u kontra l-Ġermanja tal-Punent fl-1954 (3-2), minkejja li rebħu lill-istess Ġermanja tal-Punent 8-3 kmieni fil-kompetizzjoni. It-tim, mibni fuq il-leġġendarju Ferenc Puskás, mar fil-vantaġġ 2-0 fil-partita, imma spiċċaw jitilfu 3-2 f'logħba li l-Ġermaniżi baqgħu jsejħulha bħala "Il-Miraklu ta' Bern" (The Miracle of Bern). F'din il-partiti kien hemm xi żewġ kontroversji: l-ewwel x'ħin Puskas ġab l-iskor indaqs fid-89 minuta imma l-gowl kien imħassar wara offside, u t-tieni meta plejer Ġermaniż għamel foul ċar fuq Kocsis fil-kaxxa tal-gowler u l-Ungerija ma ngħatatx penalty.

L-Ungerija rebħet id-deheb fl-Olimpjadi tliet darbiet: fl-1952, fl-1964 u fl-1968. It-tim ta' taħt it-23 sena, li kienet l-età limitu għat-timijiet ta' l-Olimpjadi, rebħu l-Kampjonat tal-UEFA ta' taħt it-23 sena fl-1974. Mill-1976, it-tim beda jikkompeti bħala parti mit-tim ta' taħt il-21 sena.

Rekords[editja]

Il-logħba bejn l-Awstrija u l-Ungerija, fi Vjenna fl-1902, kienet l-ewwel logħba internazzjonali bejn żewġ pajjiżi li ma kinux Brittaniċi.

L-Ungerija kienet l-ewwel tim, minn barra l-Gżejjer Brittaniċi, li rebħet lill-Ingilterra ġewwa l-Ingilterra stess. Hi kienet rebħet bl-iskor kbir ta' 6-3 f'Wembley fil-25 ta' Novembru 1953. Din ir-rebħa kellha sinjifikat mondjali hekk kif din waqfet il-mixja pożittiva ta' l-Ingilterra li kienet ilha sejra minn meta twaqqfet l-assoċċazzjoni tal-futbol fl-1863. Huma rebħa l-Ingilterra 7-1, din id-darba f'Budapest sena wara, fl-1954. Din it-telfa tibqa' bħala l-ikbar telfa għall-Ingilterra.

L-Ungerija żżomm ir-rekord ta' l-iktar partiti mingħajr telfa bi 33 logħba internazzjonali bejn l-14 ta' Mejju 1950 u l-4 ta' Lulju 1954, meta tilfu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja kontra l-Ġermanja. Dan ir-rekord għadu mhux miksur sa Jannar ta' l-2007. L-Arġentina u Spanja jżommu t-tieni l-itwal żmien ta' bla telfa - 31 partita (l-Arġentina bejn l-1991 u l-1993, u Spanja bejn l-1994 u l-1998).

L-Iskwadra ta' l-Ungerija[editja]

Din hija l-iskwadra nazzjonali Ungeriża li qed tikkompeti għall-Euro 2008.

Gowlers:

Difensuri:

Midfielders:

Attakkanti:

Storja tal-Kompetizzjonijiet[editja]

Tazza tad-Dinja[editja]

  • 1930 - Ma ħaditx sehem
  • 1934 - Kwarti tal-Finali
  • 1938 - Finalista Telliefa
  • 1950 - Ma ħaditx sehem
  • 1954 - Finalista Telliefa
  • 1958 - L-Ewwel Rawnd
  • 1962 - Kwarti tal-Finali
  • 1966 - Kwarti tal-Finali
  • 1970 sa l-1974 - Ma kkwalifikatx
  • 1978 - L-Ewwel Rawnd
  • 1982 - L-Ewwel Rawnd
  • 1986 - L-Ewwel Rawnd
  • 1990 sa l-2006 - Ma kkwalifikatx

Kampjonati Ewropej[editja]

  • 1960 - Ma ħaditx sehem
  • 1964 - Tielet Post
  • 1968 - Ma kkwalifikatx
  • 1972 - Raba' Post
  • 1976 sa l-2004 - Ma kkwalifikatx

Plejers[editja]

Plejers famużi tal-passat u tal-preżent[editja]

  • Flórián Albert
  • István Avar
  • Ferenc Bene
  • József Bozsik
  • József Borbély
  • László Budai
  • Jenő Buzánszky
  • Zoltán Czibor
  • Ferenc Deák
  • Lajos Détári
  • Antal Dunai II
  • László Fazekas
  • Miklós Fehér
  • Károly Fogl II
  • József Fogl III
  • Sándor Gellér
 
  • Zoltán Gera
  • János Göröcs
  • Gyula Grosics
  • Nándor Hidegkuti
  • József Kardos
  • József Kiprich
  • Gábor Király
  • Sándor Kocsis
  • Kálmán Kovács
  • István Kozma
  • Ladislao Kubala
  • Mihály Lantos
  • Gyula Lóránt
  • Kálmán Mészöly
  • Vasile Miriuţă
  • István Nyers
 
  • Tibor Nyilasi
  • György Orth
  • Coshov Partos
  • Ferenc Puskás
  • György Sárosi
  • Alfréd Schaffer
  • Imre Schlosser
  • Ernő Solymosi
  • Ferenc Szusza
  • Lajos Tichy
  • József Tóth
  • András Törőcsik
  • Jenő Vincze
  • József Zakariás
  • Sándor Zámbó
  • Gyula Zsengellér

Ħoloq esterni[editja]