Tim nazzjonali tal-futbol tal-Ġeorġja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Georgia bil-laqam ta' Jvarosnebi, li jfisser Krusadi, fl-ewwel logħba tiegħu fis-27 ta' Mejju 1990 spiċċ f'draw kontra l-Litwanja (Georgia 2 - 2 Litwanja). Għalkemm ma jitqiesx xi tim tajjeb kellu logħob ukoll b'rebħa sabiħa fosthom meta fit-30 ta' Marzu 1997 rebaħ lill-Armenja b'7 gowls (Georgia 7 - 0 Armenja). L-agħar skor sofrih ma' żewġ timijiet nazzjonali Ewropew b'5 gowls minn taħt, dawn seħħew fl-24 t' April 1996 kontra r-Rumanija (Rumanija 5 - 0 Georgia) u fis-7 ta' Settembru 2005 kontra d-Danimarka (Danimarka 6 - 1 Georgia).

Informazzjoni oħra dwar it-tim nazzjonali tal-Krusadi (Georgia):

Assoċjazzjoni: Georgian Football Federation (Il-Federazzjoni Ġeorġjana tal-Futbol)

Il-Kowċ Attwali: (il-Ġermaniż) Klaus Toppmoller (2006- )

It-Top Scorer: Shoto Arveladze (b' 19-il gowl)

Il-Kodiċi tal-FIFA: GEO

Ir-Ranking tal-FIFA: 98 post

L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 42 post (Settembru ta' l-1998)

L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 156 post (Marzu ta' l-1994)

Ir-Ranking tal-Elo: 87