Tim nazzjonali tal-futbol tal-Irlanda

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Repubblika Irlandiża
L-Emblema ta' l-Assoċċazzjoni
Assoċċazzjoni Football Association of Ireland
Konfederazzjoni UEFA, (Ewropa)
Kowċ Flag of Ireland.svg Steve Staunton, flimkien ma'
Flag of England.svg Sir Bobby Robson
Asst Kowċ Flag of Scotland.svg Kevin MacDonald
Captain Robbie Keane
L-Aktar Dehriet Steve Staunton (102)
L-Aktar Gowls Robbie Keane (31)
Grawnd Nazzjonali Croke Park (Lansdowne Road qiegħed jittranġa)
L-Ewwel Internazzjonali Flag of Ireland.svg Stat Liberu ta' l-Irlanda 1 - 0 Bulgarija Flag of Bulgaria.svg
(Colombes, Franza; 28 ta' Mejju, 1924)
L-Ikbar Rebħa Flag of Ireland.svg Repubblika Irlandiża 8 - 0 Malta Flag of Malta.svg
(Dublin, Irlanda; 16 ta' Novembru, 1983)
L-Ikbar Telfa Flag of Brazil.svg Brażil 7 - 0 Repubblika Irlandiża Flag of Ireland.svg
(Uberlândia, Brażil; 27 ta' Mejju, 1982)

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Irlandiża hu t-tim nazzjonali tal-futbol tar-Repubblika Irlandiża, li hu wieħed miż-żewġ timijiet nazzjonali ta' l-Irlanda, bit-tim l-ieħor ikun ta' l-Irlanda ta' Fuq. Hu hu mmexxi mill-Football Association of Ireland u hu membru tal-UEFA u l-FIFA. Alavolja kienu nvoluti fil-kompetizzjoni internazzjonali mill-1930, it-tim qatt ma kwalifika għal xi kompetizzjoni ta' importanza, imma wara l-Euro 1988 fil-Ġermanja huma rnexxielhom jagħmlu suċċess. Huma waslu sal-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja 1990 u waslu wkoll sat-tieni rawnd tat-Tazza tad-Dinja 1994 u l-edizzjoni ta' l-2002.

Storja[editja]

L-Istat Ħieles tal-Irlanda[editja]

Bejn l-1882 u l-1924 l-Irlanda kienet irrapreżentata minn tim nazzjonali wieħed organizzat minn Belfast - ibbażat bħala l-Irish Football Association. Imbagħad fl-1920 l-Irlanda nqasmet bħala l-Irlanda ta' Fuq u l-Irlanda t'Isfel. Fl-1922, l-Irlanda t'Isfel saret l-Istat Ħieles tal-Irlanda, biex imbagħad saret ir-Repubblika ta' l-Irlanda. Minħabba din il-bidla fis-sistemà politika, il-Football Association of Ireland (FAI) bdiet minn Dublin fl-1921 u bdiet torganizza kemm l-kampjonat nazzjonali u anki t-tim nazzjonali tagħha.

Fl-1923 il-FAI kienet rikonoxxuta mill-FIFA bħala l-assoċċazzjoni li tiggwida l-futbol fl-Istat Liberu ta' l-Irlanda, u fl-Olimpjadi ta' l-1924 fi Stade Olympique, huma rebħu 1-0 lill-Bulgarija, bil-plejer Paddy Duncan jiskorja l-ewwel gowl li qatt skorja t-tim. Fl-14 ta' Ġunju 1924, l-Istat Ħieles ta' l-Irlanda għamel id-debutt tiegħu ġewwa daru meta rebaħ lill-Istati Uniti 3-1 bi tripletta ta' Ed Brookes.

L-Istat Ħieles Irlandiż kellhom jistennew sal-21 ta' Marzu 1926 biex jilagħbu l-partita li jmiss. Din kienet partita barra minn darhom kontra l-Italja fejn tilfu 3-0. Din kienet l-ewwel partita internazzjonali fejn hiha kien hemm plejers professjonali. Fil-25 ta' Frar 1934, huma għamlu d-debutt fil-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja meta spiċċaw pari ta' 4-4 kontra l-Belġju fil-fażi ta' kwalifikazzjoni f'Daymount Park. Paddy Moore skorja erba' gowls għat-tim u sar l-ewwel plejer li qatt skorja erba' gowls f'logħba tat-Tazza tad-Dinja

Grawnd[editja]

Sa l-1980, ħafna mil-logħob li lagħbu f'darhom intalgħbu ġewwa Lansdowne Road f'Dublin, il-grawnd nazzjonali tat-tim tar-rugby. Dan il-grawnd huma magħluq minħabba xogħol ta' kostruzzjoni li se jkomplu sa l-2009. L-ewwel logħba internazzjonali kienet logħba ta' ħbiberija kontra l-Italja fl-1971; ir-rebħa ta' 5-0 kontra San Marino fil-15 ta' Novembru 2006, kienet l-aħħar logħba li ntlagħbet f'dan il-grawnd. Il-grawnd jesa' aktar minn 36,000 persuna. Il-kostruzzjoni li qed issir se testendi l-kapaċità ta' dan il-grawnd għal 50,000.

Xi ftit mil-logħob ta' l-1980 tar-Repubblika Irlandiża ntlagħbu f'Daymount Park u l-aħħar partita li saret f'dan il-grawnd kienet fl-1990 kontra l-Marokk. It-tim lagħab ukoll xi partiti f'daru f'Tolka Park (darbtejn) u fir-Royal Dublin Society f'Dublin u kif ukoll f'Mardyke u fi Flower Lodge.

Croke Park[editja]

Minħabba l-proġetti fuq il-Lansdowne Road, grawnd ġdid kellu jospita l-logħob internazzjonali ta' l-Irlanda. L-uniku grawnd kapaċi li jospita futbol internazzjonali fih huwa Croke Park. Inizjalment, erba' logħbiet għall-kwalifikazzjoni għall-Euro 2008 sejrin jintlagħbu fi Croke Park matul l-2007.

Data Timijiet Riżultat
24 ta' Marzu 2007 Flag of Ireland.svg Repubblika Irlandiża v Wales Flag of Wales.svg 1 - 0
28 ta' Marzu 2007 Flag of Ireland.svg Repubblika Irlandiża v Slovakkja Flag of Slovakia.svg 1 - 0
13 ta' Ottubru 2007 Flag of Ireland.svg Repubblika Irlandiża v Ġermanja Flag of Germany.svg -
17 ta' Ottubru 2007 Flag of Ireland.svg Repubblika Irlandiża v Ċipru Flag of Cyprus.svg -

L-Iskwadra ta' l-Irlanda[editja]

Din hija l-iskwadra nazzjonali Kroata li qed tikkompeti għall-Euro 2008.

Gowlers:

Difensuri:

Midfielders:

Attakkanti:

Storja tal-Kompetizzjonijiet[editja]

Tazza tad-Dinja[editja]

  • 1930 - Ma ħaditx sehem
  • 1934 sa l-1986 - Ma kkwalifikatx
  • 1990 - Kwarti tal-Finali
  • 1994 - L-Aħħar Sittax
  • 1998 - Ma kkwalifikatx
  • 2002 - L-Aħħar Sittax
  • 2006 - Ma kkwalifikatx

Kampjonati Ewropej[editja]

  • 1960-1984 - Ma kkwalifikatx
  • 1988 - L-Ewwel Rawnd
  • 1968 - Ma ħaditx sehem
  • 1992-2004 - Ma kkwalifikatx

Plejers[editja]

Plejers famużi tal-passat[editja]

  • John Aldridge
  • Jim Beglin
  • Packie Bonner
  • Liam Brady
  • Shay Brennan
  • Johnny Carey
  • Noel Cantwell
  • Tony Cascarino
  • Paddy Coad
  • Kenny Cunningham
  • Gerry Daly
  • Jimmy Dunne
  • Tony Dunne
  • Eamon Dunphy
  • Tommy Eglington
 
  • Peter Farrell
  • Bob Fullam
  • Johnny Giles
  • Don Givens
  • Ian Harte
  • Steve Heighway
  • Matt Holland
  • Ray Houghton
  • Charlie Hurley
  • Denis Irwin
  • Roy Keane
  • Gary Kelly
  • Mark Kinsella
  • Mark Lawrenson
  • Bill Lacey
 
  • Con Martin
  • Mick McCarthy
  • Paul McGrath
  • Kevin Moran
  • Paddy Moore
  • David O'Leary
  • Niall Quinn
  • Michael Robinson
  • Kevin Sheedy
  • Frank Stapleton
  • Steve Staunton
  • Alex Stevenson
  • Andy Townsend
  • Liam Touhy
  • Ronnie Whelan

L-Aktar Apparenzi[editja]

# Isem Karriera Partiti Gowls
1
Steve Staunton 1989-2002
102
7
2
Niall Quinn 1986-2002
91
21
3
Tony Cascarino 1986-2000
88
19
4
Paul McGrath 1985-1997
83
8
5
Kevin Kilbane 1997-preżent
81
7
6
Packie Bonner 1981-1996
80
0
7
Shay Given 1996-preżent
80
0
8
Ray Houghton 1986-1998
73
6
9
Robbie Keane 1998-preżent
73
31
10
Kenny Cunnigham 1996-2005
72
0
11
Liam Brady 1975-1990
72
9

L-Aktar Gowls[editja]

# Isem Gowls
1
Robbie Keane
31
2
Niall Quinn
21
3
Frank Stapleton
20
4
Don Givens
19
5
Tony Cascanio
19
6
John Aldrige
19
7
Noel Cantwell
14
8
Gerry Dally
13
9
Jimmy Dunne
12
10
Ian Harte
11

Ħoloq Oħra[editja]