Tim nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Kroazja | |
| Assoċċazzjoni | Hrvatski nogometni savez |
| Konfederazzjoni | UEFA, (Ewropa) |
| Kowċ | |
| Captain | Niko Kovač |
| L-Aktar Dehriet | Dario Šimić (91) |
| L-Aktar Gowls | Davor Šuker (45) |
| Grawnd Nazzjonali | Maksimir Stadium |
| L-Ewwel Internazzjonali | (Żagreb, Kroazja; 17 ta' Ottubru, 1990) |
| L-Ikbar Rebħiet | (Żagreb, Kroazja; 6 ta' Ġunju, 1994)
|
| L-Ikbar Telfa | (Bratislava, Kroazja; 20 t'April, 1994) |
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol tal-Kroazja hu t-tim nazzjonali tal-futbol tal- Kroazja u hu mmexxi mill-Croatian Football Federation. It-tim ilu jeżisti mill-1990 u kien rikonixxut mill-FIFA u l-UEFA fis-sajf ta' l-1992, sena wara li l-Kroazja kisbet l-Indipendenza mill-Jugoslavja.
It-tim lagħab l-ewwel logħob kompettiv fil-Kampjonati Ewropej 1996 u kkwalfikaw għall-finali biex b'hekk għamlu l-ewwel apparenza f'kampjonat internazzjonali. Huma kienu tim qawwi fil-futbol internazzjonali, meta spiċċaw it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 1998, b'golden goal ta' Davor Šuker. Huma rnexxielhom jgħaddu għal kull edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja meta daħlu bħala nazzjon indipendenti.
Fir-rankings tal-FIFA, it-tim kien wasal sat-tielet post u anki żar pożizzjonijiet mhux daqshekk tajbin bħal 125 post. Huma għadhom ma tilfux logħob kompetittiv ġewwa darhom mill-1994. Huma kkwalfikaw għat-Tazza tad-Dinja 2002 u 2006 mingħajr ma jitilfu logħba mill-kwalifikazzjoni.
Werrej |
[editja] Storja
Il-futbol beda jintlagħab fil-Kroazja mill-bidu tas-seklu għoxrin, imma qabel id-90ijiet il-pajjiż ma kienx indipendenti. Qabel l-indipendeza, il-plejers mill-Kroazja kienu jagħmlu parti mir-Renju tal-Jugoslavja (1919-39), mill-Banovina tal-Kroazja (1939-41), mill-Istat Indipendenti tal-Kroazja (1941-45) u r-Repubblika Federali Soċjalista tal-Jugoslavja (1945-90).
Minħabba ċirkustanzi ta' politika fir-Renju tal-Jugoslavja ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija, timijiet sportivi Kroati kellhom il-jedd li jirrapreżentaw lil pajjiżhom taħt il-bandiera Kroata. Għalhekk l-ewwel logħba internazzjonali tista tiġi kkunsidrata r-rebħa ta' 4-0 kontra l-Isvizzera f'Żagreb fit-2 ta' April 1940.
[editja] L-Iskwadra tal-Kroazja
Gowlers:
Difensuri:
- Robert Kovač
- Dario Šimić
- Josip Šimunić
- Vedran Ćorluka
- Dario Knežević
- Dino Drpić
- Hrvoje Vejić
- Goran Sablić
- Marijan Buljat
Midfielders:
- Ivan Rakitić
- Marko Babić
- Niko Kovač (c)
- Darijo Srna
- Luka Modrić
- Jurica Vranješ
- Jerko Leko
- Niko Kranjčar
- Ognjen Vukojević
- Danijel Pranjić
- Milan Rapaić
- Anthony Šerić
Attakkanti:
[editja] Storja tal-Kompetizzjonijiet
[editja] Tazza tad-Dinja
- 1930 sa l-1990 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Jugożlavja
- 1994 - Ma ħaditx sehem, ma kinitx parti mill-FIFA sa Lulju 1992
- 1998 - Tielet Post
- 2002 - L-Ewwel Rawnd (It-tielet post fi grupp Ġ)'
- 2006 - L-Ewwel Rawnd (It-tielet post fi grupp F)
[editja] Kampjonati Ewropej
- 1960 sa l-1992 - Ma ħaditx sehem, kienet parti mill-Jugożlavja
- 1996 - Kwarti tal-Finali
- 2000 - Ma kkwalifikatx
- 2004 - L-Ewwel Rawnd
[editja] Plejers famużi mill-passat
- Aljoša Asanović
- Slaven Bilić
- Zvonimir Boban
- Alen Bokšić
- Robert Jarni
- Dražen Ladić
- Robert Prosinečki
- Dado Pršo
- Zvonimir Soldo
- Mario Stanić
- Igor Štimac
- Goran Vlaović
- Davor Šuker
[editja] Ħoloq Oħra
- Is-Sit Uffiċċjali tal-Federazzjoni tal-Futbol Kroata (HNS)
- Il-logħob internazzjonali tal-Kroazja fuq RSSSF
- Informazzjoni fuq ir-Rekords tal-Plejers Kroati fuq RSSSF
- Lista ta' siti Kroati fuq il-Futbol
- NogoNet.com - Aħbarijiet fuq il-futbol Kroat
|-
|
|
|
|
|---|---|
|
Albanija · Andorra · Armenja · Awstrija · Ażerbajġan · Belarus · Belġju · Bożnija u Ħerżegovina · Bulgarija · Ċipru · Danimarka · Estonja · Finlandja · Franza · Galles · Ġeorġja · Ġermanja · Greċja · Gżejjer Faroe · Ingilterra · Irlanda · Irlanda ta' Fuq · Italja · Iżlanda · Iżrael · Każakistan · Kroazja · Latvja · Liechtenstein · Litwanja · Lussemburgu · Maċedonja · Malta · Moldova · Montenegro · Norveġja · Olanda · Polonja · Portugall · Repubblika Ċeka · Rumanija · Russja · San Marino · Serbja · Skozja · Slovakkja · Slovenja · Spanja · Turkija · Ukrajna · Ungerija · Żvezja · Żvizzera
|
|