FIFA

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija ħielsa.

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Fédération Internationale de
Football Association
L-emblema tal-FIFA
Abbrevjazzjoni {{{Abbrevjazzjoni}}}
Mottu for the good of the game...
Fundazzjoni 21 ta' Mejju 1904
Estinzjoni {{{Estinzjoni}}}
Tip Organizzazzjoni sportiva
Stat Legali {{{Stat legali}}}
Għan {{{Għan}}}
Kwartieri Ġenerali Zurigu, Svizzera
Lokazzjoni {{{Lokazzjoni}}}
Sħubija 208 assoċċazzjoni nazzjonali
Lingwi uffiċċjali Ingliż, Ġermaniż, Franċiż, Spanjol
Ċermen {{{Ċermen}}}
President Sepp Blatter
Baġit {{{Baġit}}}
Staff {{{Staff}}}
Voluntieri {{{Voluntieri}}}
Sit Elettroniku www.fifa.com

Il-Federazzjoni Internazzjonali ta' l-Assoċċazzjoni tal-Futbol (bil-Franċiż: Fédération Internationale de Football Association; bl-Ingliż: The International Federation of Association Football), magħrufa aħjar bħala l-FIFA, hi federazzjoni internazzjonali li tieħu ħsieb il-futbol. Il-kwartieri ġenerali jinsabu f'Zurigu, l-Isvizzera u l-president kurrenti hu Joseph Blatter. Il-FIFA hi responsabbli għall-organizazzjoni u t-tmexxija tal-kompetizzjonijiet importanti tal-futbol, fost l-aktar magħrufa hi t-Tazza tad-Dinja, li ilha ssir mill-1930.

Il-FIFA għandha 208 assoċazzjoni membru, li hu sittax iktar min-Nazzjonijiet Uniti.

Werrej

[editja] Ir-Regoli tal-Logħba

Ir-regoli tal-logħba li jmexxu l-logħa tal-futbol, mhumiex biss fir-responsabilità tal-FIFA; huma huma responsabilità ta' organizazzjoni li ġġib isem ta' IFAB (International Football Association Board). Il-FIFA għandha 50% repreżentazzjoni f'dan il-bord (erba' rapreżentanti); l-erba' l-oħra huma provduti mill-assoċċazzjonijiet tal-futbol fl-Ingilterra, l-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta' Fuq (preżentament ir-Renju Unit), bħala rikonoxximent tal-kontribuzzjoni unika tal-kreazzjoni u l-istorja tal-logħba. Xi bidliet isiru meta sitt delegati minn total ta' tmienja jaqblu fuq il-bidla.

[editja] Struttura

Il-mappa tad-dinja bis-sitt konfederazzjonijiet
Il-mappa tad-dinja bis-sitt konfederazzjonijiet

Il-FIFA hija assoċazzjoni li stabilixxiet ruħha taħt il-Liġijiet ta' l-Isvizzera. Il-kwartieri ġenerali jinsabu fi Zurich.

Il-Kungress tal-FIFA hu magħmul minn rapreżentant minn kull federazzjoni affiljata. Il-Kungress jassembla sessjonijiet ordinarji darba fis-sena waqt li s-sessjonijiet straordinarji jsiru meta jkun hemm il-bżonn; qabel dawn it-tipi ta' sessjonijiet kienu jsiru darba fis-sena sa mill-1998. Il-Kungress biss jista' jagħti l-bidliet tiegħu lill-FIFA.

Dan il-kungress jeleġġi l-President tal-FIFA, is-segretarju ġenerali u l-membri l-oħra tal-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA. Il-President u s-segretarju ġenerali huma nkarigati mill-amministrazzjoni ta' kuljum. L-istruttura tal-FIFA tinkludi aktar kumitati u sotto-kumitati.

Minbarra dawn l-istituzzjonijiet, il-FIFA ikkreat il-konfederazzjoni li jieħdu ħsieb il-logħba tal-futbol f'kontinenti u reġjunijiet differenti. Il-federazzjonijiet nazzjonali, u mhux il-konfederazzjonijiet kontinentali, huma membri tal-FIFA. Il-federazzjonijiet nazzjonali jridu jitolbu biex jiġu affiljati kemm mal-FIFA kif ukoll mal-konfederazzjoni li jinsabu fih (ġeografikament). Din hija l-lista tal-konfederazzjonijiet:

     AFC (Asian Football Confederation), fl-Asja u fl-Awstralja
     CAF (Confédération Africaine de Football), fl-Afrika
     CONCACAF (Confederation of North, Central American and Caribbean Association Football), fl-Amerika ta' Fuq u fl-Amerika Ċentrali
     CONMEBOL (Confederación Sudamericana de Fútbol), fl-Amerika t'Isfel
     OFC (Oceania Football Confederation), fl-Oċeanja
     UEFA (Union Européene de Football Association), fl-Ewropa

Xi nazzjonijiet kellhom l-għażla li jagħżlu f'liema konfederazzjoni jikkompetu minħabba l-pożizzjoni tagħhom. Dan l-aktar jittratta pajjiżi bejn l-Ewropa u l-Asja. Xi nazzjonijiet bħar-Russja, l-Armenja, it-Turkija u l-Ażerbajġan għażlu li jkunu parti mill-UEFA, minkejja li parti sostanzjali minn pajjiżhom tinsab fl-Asja. L-Iżrael, alavolja jinsab fl-Asja, hu ngħaqad mal-UEFA fl-1994, wara snin ta' iżolament minn ġirien tal-Lvant Nofsani. Il-Każakistan mexa mill-AFC għall-UEFA fl-2002. L-Awstralja kienet l-aħħar nazzjon li mxiet minn konferderazzjoni għal oħra; miż-Żona Oċeanika għal dik Ażjatika f'Jannar 2006.

Il-Gujana u Surinam kienu minn dejjem parti mill-konfederazzjoni tal-CONCACAF, alavolja jinsabu fl-Amerika t'Isfel.

L-ebda tim miż-Żona Oċeanika m'għandu post garantit fit-Tazza. F'fażijiet riċenti tal-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, ir-rebbieħ minn din is-sezzjoni kellui jilgħab playoff kontra tim mill-CONMEBOL, ostaklu li l-Awstralja ftit li xejn irnexxielu jaqbżu. L-Awstralja rebħet il-playoff għall-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 kontra l-Urugwaj wara l-għoti tal-penalties, meta ftit xhur qabel kienet kisbet id-dritt li titrasferixxi għal konfederazzjoni oħra. Għall-bidu, ir-rebbieħ tal-kwalifikazzjoni ta' l-OFC kien se jkollu post waqt l-grupp finali taż-Żona Ażjatika, fi kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, imma din l-idea ma seħħitx minħabba li minflok issir playoff bejn ir-rebbieħ ta' l-OFC u tim mill-AFC, għal post fit-Tazza tad-Dinja.

Bħala total, il-FIFA tirrikonoxxi 208 federazzjoni nazzjonali u t-timijiet nazzjonali ta' l-irġiel assoċċjati, kif ukoll 129 tim tim nazzjonali tan-nisa. Il-FIFA għandha aktar stati membri min-Nazzjonijiet Uniti, hekk kif il-FIFA tirrikonoxxi diversi nazzjonijiet li m'għandhomx indipendenza bħala nazzjonijiet distinti. Ir-Rankings Mondjali tal-FIFA joħorġu kull xahar skond il-prestazzjoni tal-tim nazzjonali fil-kompetizzjonijiet internazzjonali, kwalifikazzjonijiet u logħob ta' ħbiberija. Hemm ukoll ir-Rankings Mondjali tal-FIFA tan-Nisa li joħorġu erba' darbiet fis-sena.

[editja] Il-Presidenti tal-FIFA

[editja] Rikonoxximenti u Unuri tal-FIFA

Il-FIFA, kull sena, tagħti l-unur tal-Plejer tas-Sena lill-aktar plejer prestiġjuż tas-sena, bħala parti minn ċeremonja annwali fejn fiha jingħataw ukoll l-unuri għat-timijiet u anki għal xi ħidma speċjali fix-xena tal-futbol internazzjonali.

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet f'għeluq il-mitt sena fl-2004, il-FIFA organizzat "Parita taċ-Ċentinarju" (bl-Ingliż: Match of the Century) bejn Franza u l-Brażil, l-aktar timijiet b'suċċess f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin. F'din l-okkażżjoni, Pelé, għamel lista ta' fost l-aqwa plejers ta' kull żmien. Din il-lista, il-FIFA 100, tinkludi 50 plejers li kienu għadhom attivi meta kien ippubblika l-lista (waħda minnhom kienet mara), u 75 plejer rtirat (fejn inkluda lilu nnifsu u mara, imma ma inkludiex plejers li m'għadhomx ħajjin). Il-lista oriġinarjament kienet ippjanata għal 100 plejer però Pelé ħassha tqila biex jagħżel mija biss u allura semma 125 plejer.

[editja] Ħoloq Oħra


Futbol Internazzjonali
FIFA | Tazza tad-Dinja | Tazza tad-Dinja tan-Nisa | Tazza tad-Dinja Under-20 | Tazza tad-Dinja Under-17 | Tazza tal-Konfederazzjonijiet | Olimpjadi | Logħob Ażjatiku | Rankings Mondjali | Plejer tas-Sena | Timijiet | Kodiċi

██ Asja: AFC – Tazza Ażjatika

██ Afrika: CAF – Tazza Afrikana

██ Amerika ta' Fuq: CONCACAF – Gold Cup

██ Amerika t'Isfel: CONMEBOL – Copa América

██ Oċeanja: OFC – Nations Cup

██ Ewropa: UEFA – Kampjonati Ewropej

██ Non-FIFA: NF-Board – VIVA World Cup

Strumenti personali