Ġnus Magħquda

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

ONU hi l-Organizzazjoni tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Ġnus Magħquda (ĠM) hija organizzazzjoni internazzjonali li l-għanijiet tagħha huma li tiffaċilita ko-operazzjoni rigward liġijiet internazzjonali, sigurtà internazzjonali, żvilupp ekonomiku, progress soċjali, u drittijiet umani. Din l-organizzazzjoni ġiet iffurmata fl-1945 minflok il-Lega tan-Nazzjonijiet, biex twaqqaf gwerer bejn in-nazzjonijiet u tipprovdi lok għall-djalogu.

Bħalissa hemm 192 stat membru, li jinkludu kważi kull stat independenti magħruf. Mill-kwartieri ġenerali tagħha, li jinsabu fit-territorju internazzjonali, fl-inħawi tal-Belt ta' New York, il-ĠM u l-aġenziji speċjalizzati tagħha jiddeċiedu rigward temi u kwistjonijiet sostantivi u amministrattivi, f'laqgħat regolari li jsiru matul is-sena. L-organizzazzjoni hi maqsuma f'fergħat amministrivvi, li huma:

  • L-Assemblea Ġenerali (L-assemblea pinċipali);
  • Il-Kunsill għas-Sigurtà (jiddeċiedi dwar riżoluzzjonijiet għall-paċi u sigurtà);
  • Il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali (jippromwovi żvilupp ekonomiku u ko-operazzjoni soċjali);
  • Is-Segratarjat (jagħmel studji, riċerka, u jipprovdi faċilitajiet li l-ĠM tista' tiġi bżonn);
  • Il-Qorti Internazzjonali għall-Ġustizzja (L-organu ġudizzjarju ewlieni).

Fergħat oħrajn jieħdu ħsieb il-governanza tal-aġenziji tas-Sistemi tal-ĠM, bħall-Organizazzjoni Dinjija għas-Saħħa (World Health Organization (WHO)) u l-Fond tal-Ġnus Magħquda għat-Tfal (United Nations Children's Fund (UNICEF)). Il-persuna li l-iktar tidher fil-pubbliku hu s-Segretarju Ġenerali, li bħalissa hu Ban Ki-Moon mill-Korea t'Isfel.

L-organizzazzjoni Ġnus Magħquda hija ffinanzjata minn kontribuzzjonijiet volontarji meqjusa, mill-istati membri. Il-lingwi uffiċjali tal-ĠM huma sitta: L-Għarbi, iċ-Ċiniż, l-Ingliż, il-Franċiż, ir-Russu, u l-Ispanjol.

F'lingwi oħrajn