Plejer tas-Sena tal-FIFA

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Il-Plejer tas-Sena tal-FIFA huwa unur tal-futbol li jingħata għal plejer maskili u femminili li hu maħsub li hu l-aqwa plejer fid-dinja, ibbażat skond il-voti tal-kowċis u captains tat-timijiet nazzjonali. Fis-sistemà tal-voti, kull kowċ ikollu tliet voti, li kollha jiswew ħames punti, tliet punti u punt, u r-rebbieħ hu magħżul skond l-iktar numru tal-voti. L-unur beda mis-sena 1991 għall-irġiel u mill-2001 għan-nisa.

L-aktar plejer żagħżugħ li rebaħ dan l-unur, raġel jew mara, huwa Ronaldo, li rebaħ dan l-unur fis-sena 1996 meta kellu 20 sena. Hu reġa' rebaħ l-unur fl-1997. Ronaldo, Ronaldinho, Mia Hamm u Birgit Prinz huma l-uniċi plejers li rebħuh darbtejn wara xulxin. Ronaldo, Zinedine Zidane u Prinz huma l-uniċi li rebħuh tliet darbiet. L-iktar plejer ta' età matura li rebaħ dan l-unur kien Fabio Cannavaro li rebħu fl-2006 f'età ta' 33 sena. L-iktar plejer femminili li rebħitu ta' età matura kienet Hamm, li rebħet fis-sena 2000 ta' 30 sena, u l-iżgħar plejer femminili kienet Marta li rebħitu fis-sena 2006 f'età ta' 20 sena (imma kienet seba' xhur iktar ikbar minn Ronaldo fl-1996).

Werrej

[editja] Nominazzjonijiet u l-proċess ta' selezzjoni

Wara kritika mill-istampa dwar l-għażla tan-nominazzjoni fi snin li għaddew, fl-2004 il-FIFA għamlet lista żgħira ta' 35 raġel u 21 mara, fejn minnhom il-kowċis tat-timijiet nazzjonali u għall-ewwel darba, il-kaptani u r-rappreżentanti tal-FIFPro (l-organizazzjoni ta' plejers professjonali), setgħu jivvutaw[1].

Kritika oħra kienet il-fatt li l-ebda plejer maskili li jilgħab barra mill-Ewropa kien nominat għal dan l-unur. Minkejja li plejers ta' nazzjonalitajiet differenti, ta' tliet kontinenti, kienu nominati u rebħu l-unur, huma kienu kollha jilgħabu fi klabbs Ewropej fiż-żmien tan-nominazzjoni jew rebħa.

Kien ġie propost illi plejers attivi fil-kampjonati ta' nazzjonijiet oħra (it-tieni l-aktar kompetittiv wara l-UEFA hi ġeneralment ikkunsidrata bħala l-Amerika Latina, bħall-kampjonat Arġentin, Brażiljan u dak Messikan), ikollhom ċans għal dan it-titlu.

[editja] Rebbieħa

[editja] Lista ta' rebbieħa rġiel

Sena Rebbieħ Klabb
2008 Bandiera tal-Portugall Cristiano Ronaldo Bandiera tal-Ingilterra Manchester United
2007 Bandiera tal-Brażil Kaká Bandiera tal-Italja AC Milan
2006 Bandiera tal-Italja Fabio Cannavaro Bandiera ta' Spanja Real Madrid
2005 Bandiera tal-Brażil Ronaldinho Bandiera ta' Spanja Barcelona
2004 Bandiera tal-Brażil Ronaldinho Bandiera ta' Spanja Barcelona
2003 Bandiera ta' Franza Zinedine Zidane Bandiera ta' Spanja Real Madrid
2002 Bandiera tal-Brażil Ronaldo Bandiera ta' Spanja Real Madrid
Bandiera tal-Italja Inter Milan
2001 Bandiera tal-Portugall Luís Figo Bandiera ta' Spanja Real Madrid
2000 Bandiera ta' Franza Zinedine Zidane Bandiera tal-Italja Juventus
1999 Bandiera tal-Brażil Rivaldo Bandiera ta' Spanja Barcelona
1998 Bandiera ta' Franza Zinedine Zidane Bandiera tal-Italja Juventus
1997 Bandiera tal-Brażil Ronaldo Bandiera tal-Italja Inter Milan
Bandiera ta' Spanja Barcelona
1996 Bandiera tal-Brażil Ronaldo Bandiera ta' Spanja Barcelona
Bandiera tal-Olanda PSV Eindhoven
1995 Bandiera tal-Liberja George Weah Bandiera tal-Italja AC Milan
Bandiera ta' Franza Paris Saint-Germain
1994 Bandiera tal-Brażil Romário Bandiera ta' Spanja Barcelona
1993 Bandiera tal-Italja Roberto Baggio Bandiera tal-Italja Juventus
1992 Bandiera tal-Olanda Marco van Basten Bandiera tal-Italja AC Milan
1991 Bandiera tal-Ġermanja Lothar Matthäus Bandiera tal-Italja Inter Milan

[editja] Lista ta' rebbieħa nisa

Sena Rebbieħa Klabb
2008 Bandiera tal-Brażil Marta Bandiera tal-Żvezja Umeå IK
2007 Bandiera tal-Brażil Marta Bandiera tal-Żvezja Umeå IK
2006 Bandiera tal-Brażil Marta Bandiera tal-Żvezja Umeå IK
2005 Bandiera tal-Ġermanja Birgit Prinz Bandiera tal-Ġermanja 1. FFC Frankfurt
2004 Bandiera tal-Ġermanja Birgit Prinz Bandiera tal-Ġermanja 1. FFC Frankfurt
2003 Bandiera tal-Ġermanja Birgit Prinz Bandiera tal-Ġermanja 1. FFC Frankfurt
2002 Bandiera tal-iStati Uniti Mia Hamm Bandiera tal-iStati Uniti Washington Freedom
2002 Bandiera tal-iStati Uniti Mia Hamm Bandiera tal-iStati Uniti Washington Freedom

[editja] Ara wkoll