Konfederazzjoni Oċeanika tal-Futbol

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Konfederazzjoni tal-Futbol Oċeaniku
Ofclogo-hqfl.gif
OFC.svg
Membri tal-OFC huma kkuluriti sofor
Formazzjoni 15 ta' Novembru 1966
Tip Organizzazzjoni sportiva
Kwartieri ġenerali New Zealand Auckland, New Zealand
Sħubija 11-il assoċjazzjoni membru
Lingwi uffiċjali Franċiż, Ingliż u Għarbi
President Reynald Temarii
Sit elettroniku www.oceaniafootball.com

Il-Konfederazzjoni tal-Futbol Oċeaniku (bl-Ingliż: Oceania Football Confederation), hi waħda mis-sitt żoni kontinentali tal-futbol internazzjonali, li tikkonsisti mill-Papwa Gwinea l-Ġdida, New Zealand, u gżejjer żgħar bħat-Tonga, il-Fiġi u pajjiżi oħra tal-Gżejjer Paċifiċi. Din il-federazzjoni tippromovi din il-logħba fl-Oċeanja u tiggwida lill-membri tagħha għall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Mis-sitt konfederazzjonijiet, l-OFC hi l-iżgħar u l-inqas kompetittiva, fejn hi magħmula minn pajjiżi żgħar u ħafna drabi nazzjonijiet fqar, fejn il-logħba tal-futbol mhijiex l-iktar sport popolari. B'konsegwenza ta' dan, din l-assoċjazzjoni għandha ftit influwenza fuq il-futbol globali, kemm fil-kompetizzjonijiet li tospita kif ukoll fil-kwalità tal-plejers. Fl-2006, l-ikbar u l-aktar skwadra b'suċċessi f'din il-federazzjoni, l-Awstralja, ittrasferixxiet ruħha fiż-Żona Ażjatika, biex ħalliet lil New Zealand bħala l-aktar prominenti fl-OFC.

Storja[editja]

Il-konfederazzjoni ġiet iffurmata fl-1966. Il-membri fundaturi kienu l-Awstralja, New Zealand u l-Fiġi. Fl-1996, l-OFC kienet ikkonfermata bħala konfederazzjoni u ngħatat post fit-Tazza tad-Dinja. Fl-1998, il-federazzjoni ħarġet l-emblema l-ġdida u r-rivista uffiċjali ntitulata "The Wave". Fl-24 ta' Mejju 2004, Kaledonja l-Ġdida saret it-tnax-il membru tal-OFC. Fl-1 ta' Jannar 2006, l-Awstralja nqatet mill-federazzjoni biex ingħaqdet maż-Żona Ażjatika. Minħaba f'hekk, il-proċess ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kien ġie modifikat, fejn ippermetta lill-aqwa tim mill-Oċeanja biex jikkompeti f'logħba eliminatorja ta' żewġ legs kontra l-ħamsa l-aqwa tim klassifikat mill-Asja.

Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja[editja]

L-Oċeanja bagħtet tliet darbiet rappreżentanti għat-Tazza tad-Dinja: l-Awstralja fl-1974 u l-2006, u New Zealand fl-1982. Madanakollu, l-Awstralja ma kinitx membru tal-konfederazzjoni fl-1974 wara li rtirat biex b'hekk tidħol fil-konfederazzjoni taż-Żona Ażjatika. Reġgħet ingħaqdet mal-OFC fl-1978. La l-Awstralja fl-1974 u lanqas New Zealand fl-1982 ma kkwalifikaw mill-ewwel fażi. L-Awstralja fl-edizzjoni tal-2006 fil-Ġermanja rnexxielha tikkwalfika għat-tieni fażi imma spiċċat eliminata mill-Italja. Iż-Żona Oċeanika hi l-unika konfederazzjoni li m'għandhiex post garantit fit-Tazza tad-Dinja (raġuni prinċipali għaliex l-Awstralja ttrasferrixxiet għall-konfederazzjoni Ażjatika). Bejn l-1966 u l-1982, it-timijiet tal-OFC ingħaqdu maż-Żona Ażjatika għall-kwalifikazzjoni għall-kampjonat. Mill-1986, ir-rebbieħa taż-Żona Oċeanika iridu jidħlu fi play-offs interkontinentali kontra tim nazzjonali ta' konfederazzjoni oħra, biex ikunu jistħgu jakkwistaw post fit-Tazza tad-Dinja.

Timijiet nazzjonali[editja]

Membri bi dritt sħiħ[editja]

 

Membri veterni li m'għadhomx:

  • Flag of Australia.svg Awstralja (fundata fl-1961, affiljata mal-OFC bejn l-1966-1972 u l-1978-2005). Bejn l-1972-1978 u mill-2006, saret parti miż-Żona Ażjatika
  • 22x20px Tajpej Ċiniżi (fundata fl-1936, affiljata mal-OFC bejn l-1976-1989). Kienet fl-OFC wara li baqgħetx parti mill-AFC minħabba raġunijiet politiċi, biex wara rritornat.

Membri assoċjati[editja]

Parteċipazzjoni fit-Tazza tad-Dinja[editja]

darbtejn

darba

1: Kwalifikazzjoni minnhom ma kinitx taħt iż-Żona Oċeanika, imma kienet membru taż-Żona Ażjatika fl-1974.

Ħoloq esterni[editja]