Il-Ballun tad-Deheb (bil-Franċiż: Ballon d'Or) hu unur tal-futbol li beda jingħata mill-1956 mir-rivista Franċiża France Football. Il-"Ballon d'Or", li hu mogħti kull sena lil dak il-plejer li matul l-istaġun preċedenti jkun wettaq prestazzjonijiet mill-aqwa, hu mħares bħala l-aktar unur individwali prestiġjuż tal-futbol.
Qabel l-2007, il-plejer kellu jkun membru ta' klabb ibbażat fil-ġurisdizzjoni tal-UEFA biex ikun jista' jikkwalifika għas-selezzjoni, u sal-1995, plejer kellu jkun ukoll ta' nazzjonalità Ewropea biex ikun eleġibbli. It-tibdil fir-regolamenti fl-2007 ra plejers mill-Qatar, l-Istati Uniti, il-Messiku, il-Brażil u l-Arġentina msemmiha fil-lista tan-nominati flimkien ma' dawk minn klabbs Ewropej.[1]
Sa Ottubru tal-2007, 96 ġurnalist tal-futbol minn madwar id-dinja iddeċidew ir-rebbieħ minn lista ta' 50 nominati minn France Football; qabel din 52 ġurnalist Ewropew għażlu rebbieħ li ried jilgħab għal klabb Ewropew. Kull votant jagħżel ħames plejers mil-lista tal-50 nominat, u jagħtuhom minn wieħed sa ħames punti. Ir-rebbieħ ikun determinat bin-numru totali ta' punti. Plejers li jispiċċaw fit-tieni u fit-tielet post fil-votazzjoni jingħataw medalji tal-fidda u tal-bronż.[1]
Fl-2010, il-Ballun tad-Deheb u l-Plejer tas-Sena tal-FIFA ġew imwaħħdin ma' xulxin u l-unur għall-aqwa plejer fid-dinja beda jingħata taħt il-Ballun tad-Deheb tal-FIFA.
Tliet plejers biss irnexxielhom jirbħu dan l-unur tliet darbiet, fejn dawn kienu Johan Cruyff, Marco van Basten u Michel Platini, waqt li ħames plejers rebħuh darbtejn. Johan Cruyff u Franz Beckenbauer iżommu r-rekord li rċevew il-voti mill-ġurija għall-akbar numru konsekuttivi ta' snin (12-il sena).
[editja] Skont il-plejer
| Plejer |
Total |
Smom |
Cruyff, JohanJohan Cruyff |
3 |
1971, 1973, 1974 |
Platini, MichelMichel Platini |
3 |
1983, 1984, 1985 |
van Basten, MarcoMarco van Basten |
3 |
1988, 1989, 1992 |
di Stéfano, AlfredoAlfredo di Stéfano |
2 |
1957, 1959 |
Beckenbauer, FranzFranz Beckenbauer |
2 |
1972, 1976 |
Keegan, KevinKevin Keegan |
2 |
1978, 1979 |
Rummenigge, Karl-HeinzKarl-Heinz Rummenigge |
2 |
1980, 1981 |
, RonaldoRonaldo |
2 |
1997, 2002 |
Messi, LionelLionel Messi |
2 |
2009, 2010 |
[editja] Skont il-pajjiż
[editja] Skont il-klabb
[editja] Ħoloq esterni