Żarbuna tad-Deheb

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Iż-Żarbuna tad-Deheb

Iż-Żarbuna tad-Deheb hu rikonoxximent tal-futbol li jingħata lill-plejers li, matul l-istaġun, kisbu l-ikbar punteġġi billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' gowls li ġew skurjati fil-partiti tal-kampjonat u l-koefiċċjent tal-kampjonat.

Mill-bidu ta' dan ir-rikonoxximent fl-istaġun 1967–68 l-unur, oriġinarjament magħruf bħala Soulier d'Or, li hi traduzzjoni bill-Franċiż għal Żarbuna tad-Deheb, kien mogħti mir-rivista France Football lill-aqwa skorer f'kull kampjonat Ewropew ta' dak l-istaġun. Ma kienx jingħata differenzi bejn il-kampjonati. Bejn l-1991 u l-1996, l-unur sar wieħed inuffiċjali wara protesta min-naħa tal-Federazzjoni Ċiprijotta, li stqarrew li plejer skorja 40 gowl, minkejja li l-aqwa skorers uffiċjali tal-istaġun ikunu mniżża b'dsatax-il gowl.

L-unur reġa' sar wieħed uffiċjali mill-istaġun 1996–97, meta l-European Sports Magazines (ESM), fejn France Football hi membru tagħha, iddeċidiet għal sistema ta' punti skont is-"saħħa" ta' kull kampjonat tal-Ewropa. Dawn huma determinati skont il-koefiċċjenti tal-UEFA, li min-naħa l-oħra jiddependu fuq ir-riżultati tal-klabbs tal-kampjonati fil-kompetizzjoni Ewropea fil-ħames snin ta' qabel. B'hekk gowls skurjati fis-Serie A, l-akbar kampjonat tal-futbol fl-Italja, jgħodd aktar mil-League of Wales, li hu l-ekwivalenti tiegħu tal-Galles.[1]

Sal-istaġun 2007–08, id-detentur attwali taż-Żarbuna tad-Deheb hu Cristiano Ronaldo ta' Manchester United, li l-31 gowl fil-Premier League Ingliż tawh total ta' 62 punt.

Werrej

[editja] Rebbieħa mill-1968 sal-1991

Bejn l-1968 u l-1991, iż-Żarbuna tad-Deheb, kif kienet magħrufa, kienet tingħata lill-aqwa skorer f'kwalunkwe kampjonat Ewropew. B'hekk ma kienx jittkejjel it-toqol tal-kampjonat u toqol tal-partiti li kienu jintlagħbu kif ukoll in-numru ta' partiti li l-plejer ħa sehem fihom. Matul dan il-perjodu Eusébio, Gerd Müller, Dudu Georgescu u Fernando Gomes rebħu dan it-titlu darbtejn.[1]

     Staġuni meta kien hemm żewġ rebbieħa

Dudu Georgescu biż-Żarbuna tad-Deheb
Staġun Plejer Klabb Gowls
1967–68 Bandiera tal-Portugall Eusébio Bandiera tal-Portugall Benfica 42
1968–69 Bandiera tal-Bulgarija Petar Zhekov Bandiera tal-Bulgarija CSKA Sofia 36
1969–70 Bandiera tal-Ġermanja Gerd Müller Bandiera tal-Ġermanja Bayern Munich 38
1970–71 Bandiera tal-Jugożlavja Josip Skoblar Bandiera ta' Franza Marseille 44
1971–72 Bandiera tal-Ġermanja Gerd Müller Bandiera tal-Ġermanja tal-Punent Bayern Munich 40
1972–73 Bandiera tal-Portugall Eusébio Bandiera tal-Portugall Benfica 40
1973-74 Bandiera tal-Arġentina Héctor Yazalde Bandiera tal-Portugall Sporting Lisbona 46
1974–75 Bandiera tar-Rumanija Dudu Georgescu Bandiera tar-Rumanija Dinamo Bucharest 33
1975–76 Bandiera ta' Ċipru Sotiris Kaiafas Bandiera ta' Ċipru Omonia Nicosia 39
1976–77 Bandiera tar-Rumanija Dudu Georgescu Bandiera tar-Rumanija Dinamo Bucharest 47
1977–78 Bandiera tal-Awstrija Hans Krankl Bandiera tal-Awstrija Rapid Vienna 41
1978–79 Bandiera tal-Olanda Kees Kist Bandiera tal-Olanda AZ Alkmaar 34
1979–80 Bandiera tal-Belġju Erwin Vandenbergh Bandiera tal-Belġju Lierse 39
1980–81 Bandiera tal-Bulgarija Georgi Slavkov Bandiera tal-Bulgarija Trakia Plovdiv 31
1981–-82 Bandiera tal-Olanda Wim Kieft Bandiera tal-Olanda Ajax 32
1982–83 Bandiera tal-Portugall Fernando Gomes Bandiera tal-Portugall Porto 36
1983–84 Bandiera tal-Galles Ian Rush Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 32
1984–85 Bandiera tal-Portugall Fernando Gomes Bandiera tal-Portugall Porto 39
1985–86 Bandiera tal-Olanda Marco van Basten Bandiera tal-Olanda Ajax 37
1986–87 Bandiera tar-Rumanija Rodion Cămătaru Bandiera tar-Rumanija Dinamo Bucharest 39
1987–88 Bandiera tat-Turkija Tanju Çolak Bandiera tat-Turkija Galatasaray 39
1988–89 Bandiera tar-Rumanija Dorin Mateuţ Bandiera tar-Rumanija Dinamo Bucharest 43
1989–90 Bandiera tal-Messiku Hugo Sánchez Bandiera ta' Spanja Real Madrid 38
1989–90 Bandiera tal-Bulgarija Hristo Stoičkov Bandiera tal-Bulgarija CSKA Sofia 38
1990–91 Bandiera tar-Repubblika tal-Maċedonja Darko Pancev Bandiera tal-Jugożlavja Crvena Zvezda 34

[editja] Rebbieħa inuffiċjali mill-1991 sal-1996

Iż-Żarbuna tad-Deheb saret inuffiċjali mill-1991 sal-1996, wara protesta mill-federazzjoni tal-futbol ta' Ċipru fejn plejer allegatament skorja 40 gowls, minkejja li l-lista uffiċjali tal-aqwa skorers tal-istaġun huma t-tnejn imniżżla b'dsatax-il gowl. Minħabba dan il-każ, France Football iddeċidiet li tagħmel il-kompetizzjoni inuffiċjali sal-1996. L-awa skorer għall-istaġun 1990–91, Darko Pancev, ma rċeviex dan l-unur sas-sena 2006.[2] L-unur reġa' sar wieħed uffiċjali fl-1996 b'regolamenti differenti.

Staġun Plejer Klabb Gowls
1991–92 Bandiera tal-Iskozja Ally McCoist Bandiera tal-Iskozja Rangers 34
1992–93 Bandiera tal-Iskozja Ally McCoist Bandiera tal-Iskozja Rangers 34
1993–94 Bandiera tal-Galles David Taylor Bandiera tal-Galles Porthmadog 43
1994–95 Bandiera tal-Armenja Arsen Avetisyan Bandiera tal-Armenja Homenetmen 39
1995–96 Bandiera tal-Ġeorġja Zviad Endeladze Bandiera tal-Ġeorġja Margveti 40

[editja] Rebbieħa mill-1996 sal-preżent

Mill-istaġun 1996–97, il-European Sports Magazines onoraw iż-Żarbuna tad-Deheb ibbażat skont sistema ta' punti li jippermetti lil plejers ta' kampjonati diffiċli biex jirbħu anki jekk ikunu skurjaw xi ftit inqas gowls minn plejer ta' kampjonat mhux daqshekk b'saħħtu. B'din il-modifikazzjoni, il-gowls huma pożizzjonati differenti bejn il-kampjonati. Gowls skurjati fl-aqwa tmien kampjonati skont il-koefiċċjenti tal-UEFA huma multiplikati mal-fattur ta' tnejn, u gowls skurjati f'kampjonati li jinsabu bejn id-9 u l-21 post huma multiplikati mal-fattur 1.5.

     Staġuni meta kien hemm żewġ rebbieħa

Staġun Plejer Klabb Gowls Punti
1996–97 Bandiera tal-Brażil Ronaldo Bandiera ta' Spanja Barcelona 34 68
1997–98 Bandiera tal-Greċja Nikos Machlas Bandiera tal-Olanda Vitesse Arnhem 34 68
1998–99 Bandiera tal-Brażil Mário Jardel Bandiera tal-Portugall Porto 36 72
1999–00 Bandiera tal-Ingilterra Kevin Phillips Bandiera tal-Ingilterra Sunderland 30 60
2000–01 Bandiera tal-Żvezja Henrik Larsson Bandiera tal-Iskozja Celtic 35 52.5
2001–02 Bandiera tal-Brażil Mário Jardel Bandiera tal-Portugall Sporting CP 42 63
2002–03 Bandiera tal-Olanda Roy Makaay Bandiera ta' Spanja Deportivo La Coruña 29 58
2003–04 Bandiera ta' Franza Thierry Henry Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 30 60
2004–05 Bandiera ta' Franza Thierry Henry Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 25 50
2004–05 Bandiera tal-Urugwaj Diego Forlán Bandiera ta' Spanja Villareal 25 50
2005–06 Bandiera tal-Italja Luca Toni Bandiera tal-Italja ACF Fiorentina 31 62
200–-07 Bandiera tal-Italja Francesco Totti Bandiera tal-Italja Roma 26 52
2007–08 Bandiera tal-Portugall Cristiano Ronaldo Bandiera tal-Ingilterra Manchester United 31 62

[editja] Referenzi

  1. ^ a b Golden Boot: The Quotients Decide It All (Ingliż). soccerphile.com. Aċċessata nhar il-30-02-2008.
  2. ^ Macedonia's Pancev gets his Golden Boot (Ingliż). setimes.com. Aċċessata nhar il-23-02-2008.

[editja] Ħoloq esterni