Paolo Maldini

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Paolo Maldini Football pictogram.svg
Paolo Maldini.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Paolo Maldini
Twelid 26 ta' Ġunju 1968 (1968-06-26) (età 41)
Milan
Pajjiż Bandiera tal-Italja Italja
Tul 1.86m
Rwol Difensur ċentrali
Klabbs ġovanili
1978–1984 Milan
Klabbs professjonali
Snin Klabb Preż (Gwl)*
1984–2009 Milan 647 (29)   
Tim nazzjonali
1988–2002 Italja 126 0(7)

Aġġornament: 17:33, 17 Ġunju 2009 (UTC)
* Preżenzi (Gowls)

Paolo Maldini (Milan, 26 ta' Ġunju 1968) kien plejer tal-futbol Taljan li kien ikkunsidrat fost l-aqwa difensuri li qatt lagħbu l-logħba. Il-karriera tiegħu qattagħha mal-Milan, fejn matul dan iż-żmien minbarra l-ħafna unuri miksuba, hu sar l-iktar plejer li għamel dehriet kemm għat-tim Milanist, kemm fis-Serie A u anki mat-tim nazzjonali Taljan.

Missieru hu Cesare Maldini, plejer veteran u kaptan tal-Milan u kowċ ta' suċċess għat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena.

[editja] Karriera

Maldini għamel id-debutt fil-kampjonat mat-tim tal-Milan meta kien għadu sittax-il sena, fl-20 ta' Jannar 1985, kontra l-Udinese, bħala sostitut għall-imweġġa' Sergio Battistini.[1][2] Din kellha tkun l-unika apparenza matul dak l-istaġun, però fl-istaġun ta' wara beda jingħata aktar opportunitajiet mal-ewwel ħdax.

Fl-istaġun suċċessiv, fl-età tenera ta' sbatax-il sena, Maldini sar plejer titulari mal-formazzjoni tar-rossoneri, bil-flokk numru 3 bħala difensur xellugi. L-ewwel gowl tiegħu minn fost id-29 li skorja fis-Serie A wasal fl-4 ta' Jannar 1987 kontra Como, li kien ukoll il-gowl rebbieħ tal-konfront. Fl-Ewropa, il-gowl dam ma wasal sal-21 ta' Ottubru 1992, fejn dan kien ukoll il-gowl partita kontra Slovan Bratislava.

Mill-istaġun 1997–98, wiret il-faxxa ta' kaptan minn Franco Baresi li kien temm il-karriera tiegħu. L-istess passaġġ tal-faxxa kien diġà seħħ fl-1994 mat-tim nazzjonali Taljan, meta Baresi ħallielu l-faxxa ta' kaptan wara l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li ġiet ospitata fl-Istati Uniti.

[editja] Referenzi

  1. ^ Paolo Maldini (Ingliż). Talk Football. Aċċessata nhar il-01-03-2009.
  2. ^ Maldini the fulcrum of Milan generation game (Ingliż). Guardian. Aċċessata nhar il-01-03-2009.