AC Milan
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Fundazzjoni | 1899 | |||
|---|---|---|---|---|
| Kowċ | ||||
| Kampjonat | Serie A | |||
|
|
||||
“ Ħa nkunu skwadra ta' xjaten. Il-kuluri tagħna ħa jkunu aħmar bħan-nar u iswed bħal biża' li biha nbeżżgħu lill-avversarji tagħna ”
—Herbert Kilpin, l-ewwel kowċ kif ukoll l-ewwel kaptan tal-Milan, 1899
Associazione Calcio Milan magħrufin iktar bħala A.C. Milan jew Milan, huwa klabb professjonali Taljan tal-futbol , bbażat f'Milan, l-Lombardija, klabb li jilgħab fis-Serie A u l-iktar klabb li rebaħ trofej internazzjonali mad-dinja kollha. Fundat fl-1899, il-klabb kien parti mill-istorja tal-futbol Taljan.
Huma kellhom ukoll suċċess f'aktar kompetizzjonijiet. Il-Milan huwa wieħed mill-fundaturi tal-G-14.
Ġo San Siro jintlagħbu il-partiti home, fejn il-grawnd huwa maqsum bejn il-Milan u r-rivali Internazionale. L-istejdjum Giuseppe Meazza huwa l-ikbar fil-futbol Taljan, bit-total ta' 85,700 kapaċità. Il-logħba li tispika bejn iż-żewġ tims tissejjaħ Derby della Madonnina.
Werrej |
[editja] Storja
[editja] It-twelid tal-klabb
Fl-1899, il-klabb ġie imwaqqaf bħala Milan Cricket and Foot-Ball club minn żewġ Ingliżi Alfred Edwards u Herbert Kilpin. Il-klabb ċertament kellu influwenza kbira: it-titlu tal-klabb huwa fil-fatt Milan mhux Milano, bħalma il-klabb ta' Genoa. Il-kuluri tat-tim kienu min dejjem aħmar u iswed. Fl-1908 jifforma klabb ieħor minħabba ċerti kwistjonijiet rigward il-pleyers barranin. Dan ikun l-Internazionale jew kif inhu magħruf illum l-Inter.
[editja] 1950, progress fit-tim
Fis-snin ħamsin, il-Milan kienu ma l-ewwel tlett tims Taljani u rebħu is-Scudetto fl-1951. Il-Milan kien qed jikber bit-teknika ta Gren, Nordahl u Liedholm. It-tim kien qed joffri wħud mil-aħjar pleyers fosthom Lorenzo Buffon u Cesare Maldini, missier Paolo Maldini.
Forsi l-iktar rebħa prestiġjuża kienet ta' 7-1, kontra il-Juventus f'Torino, meta skorja tripletta il-pleyer Nordahl. Din ġrat fil-5 ta' Frar 1950.
[editja] L-Era ta'Berlusconi: Milan Ġdid
Wara ħafna problemi finanzjarji u nuqqas ta' suċċessi, il-Milan inbidel kompletament. Silvio Berlusconi qajjem u saħħaħ lil Milan fl-20 ta' Frar 1986. Berlusconi xtara kowċ mil-Parma, ċertu Arrigo Sacchi, flimkien ma tlett pleyers Olandiżi, Marco van Basten, Frank Rijkaard u Ruud Gullit. Tfaċċaw anki talenti Taljani : Roberto Donadoni, Carlo Ancelotti u Giovanni Galli.
Sacchi rebaħ is-scudetto ta' l-1987-88 wara il-partita kontra is-S.S.C. Napoli ta' Diego Maradona. Fl-1988-1989, il-Milan rebħu it-tielet Koppa Ewropeja kontra l-Steaua Bucaresti (4-0), kif ukoll rebħu it-tieni Koppa Interkontinentali kontra National de Medellin (1-0). It-tim reġa rebaħ kontra il-Benfica (1-0) imbagħad il-Milan jerġaw jakkwistaw il-Koppa Interkontinentali kontra l-Olimpia Asunción. Żmien ta' rebħ, ta' suċċess, ta' tibdil u ta' talenti li biż-żmien, ħafna pleyers, immaturaw u kibru f'kull aspett. B' Sacchi jitlaq biex jmexxi it-Tim Nazzjonali tal-Futbol ta' l-Italja, kien imiss lil Fabio Capello. Il-Milan kien għaddej min mumenti ta' glorja: ma jitilfux partiti, anzi jirbħu u jirbħu bi pleyers bħal Franco Baresi, Alessandro Costacurta u Paolo Maldini, difensuri
|
|||||