ACF Fiorentina

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Fiorentina
ACF Fiorentina 2.png
Isem sħiħ Associazione Calcio Firenze Fiorentina SpA[1][2]
Ismijiet oħra Viola (vjola), Gigliati (ġilji)
Fundazzjoni 1926, bħala AC Fiorentina
2002, bħala ACF Fiorentina
Grawnd Stadio Artemio Franchi
(Jesa': 47,290)
Proprjetarji Jason Wong
President Jason Wong
Kowċ Vincenzo Montella
Kampjonat Serie A
2012–13 4
Sit elettroniku www.violachannel.tv
Darhom
Barra minn darhom
It-tielet flokk

ACF Fiorentina, magħruf aħjar bħala sempliċement Fiorentina, huwa klabb tal-futbol Taljan mill-belt ta' Firenze, fit-Toskana. Iffundat wara fużjoni fl-1926 (u fundat mill-ġdid fl-2002 wara l-falliment), Fiorentina lagħbu l-biċċa l-kbira tal-istorja tagħhom fl-ogħla livell tal-futbol Taljan; erba' klabbs oħra lagħbu iktar staġuni fis-Serie A.

Fiorentina rebħu l-kampjonat darbtejn, fl-istaġun 1955–56 u għal darb'oħra fl-1968–69, kif ukoll sitt trofej tal-Coppa Italia u Supercoppa Italiana waħda. Fix-xena Ewropea, Fiorentina rebħu t-Tazza tat-Tazez Ewropej fl-1960–61 u tilfu l-finali tas-sena ta' wara. Huma spiċċaw finalisti telliefa tat-Tazza taċ-Ċampjins 1956–57, wara li tilfu kontra Real Madrid, u waslu viċin biex jirbħu t-Tazza UEFA meta tilfu l-finali tal-istaġun 1989–90.

Mill-1931, il-klabb ilu jilgħab fi Stadio Artemio Franchi li attwalment jesa' mas-47,282 ruħ. Il-grawnd uża numru ta' ismijiet matul is-snin u ġie rinnovat numru ta' drabi. Fiorentina huma l-aktar magħrufin bil-laqam Viola, bħala referenza għall-kulur vjola tagħhom.

Plejers[editja]

Skwadra attwali[editja]

Aġġornata sal-11 ta' Lulju 2013[3]

N. Poż. Plejer
1 Brażil G Neto
2 Arġentina D Gonzalo Rodríguez
3 Spanja D Marcos Alonso
4 Arġentina D Facundo Roncaglia
5 Ġermanja D Marvin Compper
6 Eġittu D Ahmed Hegazy
7 Ċili M David Pizarro
8 Montenegro M Marko Bakić
9 Marokk A Mounir El Hamdaoui
10 Italja M Alberto Aquilani
11 Kolombja M Juan Cuadrado
12 Italja G Cristiano Lupatelli
14 Ċili M Matías Fernández
15 Montenegro D Stefan Savić
17 Spanja M Joaquín
20 Spanja M Borja Valero
N. Poż. Plejer
21 Italja M Massimo Ambrosini
22 Serbja M Adem Ljajić
23 Italja D Manuel Pasqual (Kaptan)
27 Polonja M Rafał Wolski
30 Brażil A Ryder Matos
33 Ġermanja A Mario Gómez
40 Serbja D Nenad Tomović
49 Italja A Giuseppe Rossi
72 Slovenja M Josip Iličić
77 Ukraina A Oleksandr Yakovenko
78 Urugwaj G Gustavo Munúa
83 Urugwaj M Rubén Olivera
92 Brażil M Rômulo
Perù M Juan Manuel Vargas
Urugwaj M Matías Vecino

Plejers barra f'self[editja]

N. Poż. Plejer
Italja D Michele Camporese (ma' Cesena)
Italja D Paolo Rozzio (ma' Pisa)
Italja D Lorenzo De Silvestri (ma' Sampdoria)
Italja D Cristiano Piccini (ma' Livorno)
Gana D Nii Nortey Ashong (ma' Spezia)
Italja D Mattia Cassani (ma' Parma)
Gana M Boadu Maxwell Acosty (ma' Chievo)
N. Poż. Plejer
Italja M Andrea Lazzari (ma' Udinese)
Italja M Francesco Di Tacchio (ma' Virtus Entella)
Gana M Daniel Kofi Agyei (ma' Juve Stabia)
Gana M Amidu Salifu (ma' Modena)
Senegal A Khouma Babacar (ma' Modena)
Danimarka A Kenneth Zohore (ma' Brøndby)

Unuri[editja]

Kompetizzjonijiet domestiċi[editja]

1955–56, 1968–69
1930–31, 1938–39, 1993–94
2002–03 (bħala Florentia Viola)
1939–40, 1960–61, 1965–66, 1974–75, 1995–96, 2000–01
1996

Kompetizzjonijiet internazzjonali[editja]

1960–61

Referenzi[editja]

  1. ^ (Taljan) Organigramma. ACF Fiorentina. Aċċess tal-URL: 29 ta' Novembru 2009.
  2. ^ (Taljan) Organigramma Fiorentina. legaseriea.it. Aċċess tal-URL: 18 ta' Frar 2009.
  3. ^ (Taljan) Prima squadra 2012-2013. ACF Fiorentina, 11 ta' Lulju 2013. Aċċess tal-URL: 9 ta' Awwissu 2013.

Ħoloq esterni[editja]