UEFA Champions League
| Staġun jew kompetizzjoni attwali: UEFA Champions League 2012–13 |
|
![]() |
|
| Sport | Futbol |
|---|---|
| Fundazzjoni | 1955 (1992 taħt il-format attwali) |
| Nru. ta' timijiet | 32 (fażi tal-gruppi) 76 jew 77 (total) |
| Reġjun | Ewropa (UEFA) |
| Ċampjin attwali | |
| L-aktar rebħiet | |
| Sit elettroniku | Sit Uffiċjali |
Il-UEFA Champions League, li qabel kienet magħrufha bħala t-Tazza taċ-Ċampjins, hija kompetizzjoni tal-futbol li tiġi organizzata kull sena mill-UEFA (konfederazzjoni tal-Ewropa) u li ilha ssir mill-1992 (eżattament mill-1955 taħt il-format il-qadim) għall-aqwa timijiet fl-Ewropa. It-trofew hu kkunsidrat bħala l-aktar trofew prestiġjuż għal klabb f'dan l-isport. Il-UEFA Champions League hi separata mill-kompetizzjoni l-oħra tal-UEFA Europa League.
Il-kampjonat jinqasam f'fażijiet differenti. Il-format preżenti jikkonsisti minn tliet rawnds preliminarji lejn nofs Lulju. Is-sittax-il tim li joħorġu rebbieħa minn dawn il-preliminari jingħaqdu ma' sittax-il tim ieħor li jkun akkwistaw kwalifikazzjoni awtomatika fejn flimkien jieħdu sehem fil-fażi tal-gruppi. It-tmien timijiet rebbieħa tal-grupp flimkien ma' dawk li spiċċaw it-tieni jidħlu fil-fażi eliminatorja, li tispiċċa bil-finali f'Mejju. Fil-passat, kienu ċ-ċampjins tal-kampjonat nazzjonali biss li setgħu jkunu eleġibbli biex jipparteċipaw fil-kompetizjoni; madanakollu, din tbiddlet fl-1997 biex iħallu dawk li jispiċċaw fit-tieni post tal-aqwa kampjonati biex jissieħbu wkoll.
It-titlu ntrebaħ minn 21 tim differenti, 12 minn dawn rebħuh aktar minn darba. It-tim bl-akbar rebħiet hu t-tim Spanjol ta' Real Madrid li kiseb dan it-titlu għal disa' darbiet. Il-kampjonat Spanjol u dak Taljan huma l-aktar rappreżentanti ta' timijiet rebbieħa fejn bejniethom qasmu 12-il rebħa. Il-kampjonat Ingliż ipproduċa 11-il rebbieħ, però wara l-inċidenti ta' Heysel fl-1985 il-klabbs Ingliżi ġew sospiżi għal ħames snin minn kull kompetizzjoni Ewropea.
Iċ-ċampjins attwali ta' din it-tazza huma Bayern Munich tal-Ġermanja li rebħu lil Borussia Dortmund 2-1 fil-finali tal-istaġun 2012–13.
Werrej |
Storja[editja]
Dan it-turnew ingħata l-bidu fl-1955, wara suġġeriment tal-ġurnalista sportiv Franċiż u l-editur tal-gazzetta L'Équipe Gabriel Hanot, bħala reazzjoni għal dak li kien intqal mill-istampa Brittanika fuq il-klabb ta' Wolverhampton Wanderers li kienu ċ-"Ċampjins tad-Dinja", wara sensiela ta' rebħiet f'partiti ta' ħbiberija kontra timijiet Ewropej fis-snin ħamsin. It-turnew kellu l-iskop ta' kompetizzjoni kontinentali bejn iċ-ċampjins tal-kampjonati nazzjonali tal-Ewropa, imsejjaħ it-Tazza taċ-Ċampjins.
Din il-kompetizzjoni bdiet fl-1955–56 taħt format ta' żewġ legs eliminatorji fejn it-timijiet jilgħabu żewġ partiti, waħda ġewwa darhom u waħda barra, u t-tim bl-ikbar riżultat totali jikkwalifika għar-rawnd suċċessiv tal-kompetizzjoni. Sal-1992, kienu biss it-timijiet rebbieħa tal-kampjonati nazzjonali li kellhom aċċess għal din il-kompetizzjoni, flimkien mad-detentur attwali tat-tazza. Fl-istaġun 1992–93, il-format tbiddel biex jikludi fażi tal-gruppi u l-isem tbiddel għal UEFA Champions League. Sar tibdil kbir ukoll fl-aċċess ta' timijiet għal din il-kompetizzjoni, hekk kif grazzi għal numru ta' rawnds ta' kwalifika u l-istruttura tal-gruppi kabbret l-elleġibilità ta' parteċipazzjoni. Fl-1997–98, il-parteċipazzjoni ġiet estiża biex tinkludi dawk li kklassifikaw fit-tieni post ta' xi kampjonati ta' ċerti pajjiżi skont il-lista tal-koeffiċjenti tal-UEFA. Is-sistema ta' kwalifika ġie ristrutturata sabiex iċ-ċampjins nazzjonali minn pajjiżi li huma l-isfel fil-klassifika tal-koeffiċjenti jieħdu sehem f'żewġ jew aktar rawnds ta' kwalifika, waqt li timijiet klassifikati fit-tieni post fil-kampjonat u li ġejjin minn pajjiżi pożizzjonati aktar fl-ogħli jidħlu fir-rawnds suċċessivi. Huma erba' timijiet mill-aqwa pajjiżi klassifikati, li jingħataw dritt għall-aċċess f'din il-kompetizzjoni.
Bejn l-1960 u l-2004, ir-rebbieħ tat-turnew kien jikkwalifika għat-Tazza Interkontinentali kontra r-rebbieħ tat-Tazza Libertadores tal-Amerika t'Isfel. Wara x-xoljiment ta' din il-kompetizzjoni, ir-rebbieħ jikkwalifika awtomatikament għat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs organizzata mill-FIFA flimkien mar-rebbieħa tal-turnej tal-konfederazzjonijiet l-oħra.
Format[editja]
Kwalifikazzjoni[editja]
Timijiet li jispiċċaw mill-ewwel sar-raba' post fl-aqwa kampjonati jikkwalifikaw għar-rawnd preliminarju tal-UEFA Champions League.
In-numru ta' postijiet fil-kompetizzjoni jiddependi fil-pożizzjoni rispettiva tal-assoċjazzjoni fit-tabella tal-koefiċċjenti tal-UEFA:
- assoċjazzjonijiet klassifikati mill-ewwel sat-tielet post għandhom erba' postijiet,
- assoċjazzjonijiet klassifikati mir-raba' sas-sitt post għandhom tliet postijiet,
- assoċjazzjonijiet klassifikati mis-seba' sal-ħmistax-il post għandhom żewġ postijiet,
- assoċjazzjonijiet klassifikati fis-sittax jew inqas għandhom post wieħed.
Il-pożizzjoni tal-assoċjazzjoni jiddependi wkoll minn f'liema fażi l-klabb oriġini jidħol fil-kompetizzjoni. Per eżempju, l-aqwa tliet assoċjazzjonijiet klassifikati, għandhom żewġ postijiet fil-fażi tal-gruppi (għaċ-ċampjins u t-tieni klassifikat) u t-tnejn l-oħra fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni (għat-tielet u r-raba' klassifikat), fejn min-naħa l-oħra l-assoċjazzjonijiet klassifikati fl-inqas pożizzjonijiet tal-klassifika għandhom biss post wieħed fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għaċ-ċampjins tal-kampjonat rispettiv. L-assoċjazzjonijiet li jinsabu fl-aqwa disa' postijiet fil-klassifika għandhom tal-anqas post wieħed garantit fil-fażi tal-gruppi.
Is-sitwazzjoni fuq id-detenur tat-Tazza għandha ma ġietx iċċarata. Lura fl-2005 seħħet kontroversja fejn il-klabb Ingliż ta' Liverpool, li kien għadu kemm ittrijonfa fl-edizzjoni preċedenti, spiċċa barra mill-ewwel erba' postijiet tal-Premier League. L-FA Ingliża tat id-dritt lil Everton, li kienu spiċċaw fir-raba' post, li jingħataw il-post finali Ingliż għall-UEFA Champions League 2005–06. Il-UEFA waslet fi qbil li ż-żewġ rivali ta' Merseyside jidħlu fil-kompetizzjoni. Liverpool bdew mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni waqt li Everton bdew mit-tielet. Ir-regoli attwali tal-UEFA hi li jekk ir-rebbieħ tal-UEFA Champions League jonqos li jasal fil-pożizzjonijiet allokati lil dik l-assoċjazzjoni għal post fl-Ewropa, dan jieħu post l-inqas tim klassifikat fil-kampjonat. It-tim li jkun ittieħed postu jikkwalifika għat-Tazza UEFA.
Fl-2005–06, Liverpool u Artmedia Bratislava tal-Islovakkja saru l-ewwel timijiet li waslu sal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League wara li lagħbu f'kull rawnd ta' kwalifikazzjoni. Fl-2008–09 ġara l-istess ħaġa għat-timijiet ta' BATE and Anorthosis Famagusta FC.
Kull klabb li jkun irid jipparteċipa fiċ-Champions League irid ikollu l-liċenzja mill-assoċjazzjoni nazzjonali biex jieħu sehem fil-kompetizzjoni. Biex tinkiseb din il-liċenzja, il-klabb irid jilħaq ċerti kriterji fuq l-istadju, l-infrastruttura u dawk finanzjarji.
Turnew[editja]
Dan it-turnew jibda b'fażi tal-gruppi ta' 32 tim, diviżi fi 8 gruppi. Timijiet li jiġu mill-istess pajjiż ma jiġux allokati fl-istess grupp. Kull tim jiltaqa' mat-timijiet l-oħra f'format imsejjaħ round-robin, b'logħbiet ġewwa u barra minn darhom. L-aqwa żewġ timijiet ikompli fil-kompetizzjoni, fir-rawnd tal-aħħar sittax li b'hekk tibda r-rawnd eliminatorju (b'eliminazzjoni diretta). Għal din il-fażi, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra t-tieni klassifikati fil-gruppi. Mill-kwarti tal-finali 'l quddiem, il-poloz jittellgħu bl-addoċċ, b'ebda riserva għat-timijiet li ġejjin mill-istess pajjiż.
Il-fażi tal-gruppi tintlagħab matul ix-xahar tal-ħarifa, waqt li l-fażi eliminatorja tibda waqt l-waqfa tax-xitwa. Il-partiti jintlagħbu bejn it-timijiet fuq bażi ta' partiti ġewwa u barra minn darhom, b'eċċezzjoni tal-finali. Din tal-aħħar tipikament tiġi ospitata ġimgħatejn f'Mejju.
Trofew[editja]
Il-forma attwali tat-trofew ġiet kummissjonata fl-1966 għal 10,000 Frank Żvizzeru u l-ewwel tim li rebaħ din it-tazza l-ġdida kien it-tim ta' Celtic, rebbieħ tal-finali tal-25 ta' Mejju 1967 f'Liżbona kontra l-Inter. Il-forma tiegħu ġiet approvata mis-segretarju ġenerali tal-UEFA, Hans Bangerter, fuq bażi ta' diversi proposti preżentati minn speċjalista minn Berna, Hans Stadelmann. Il-modifiki finali li saru fuqu, saru mill-inċiżitur Fred Bänninger wara 340 siegħa ta' ħidma mit-tifel ta' Stadelmann, Jürg. It-tazza għandha tul ta' 62 ċm u tiżen 7.5 kg. Jekk il-verżjonijiet tal-1973 u tal-1976 kienu sostanzjalment konformi mal-oriġinal tal-1966, dik tal-1994 kienet tvarja partikularment fil-ktiba Coupe des clubs champions européens li minn ktiba b'ittri żgħar saret waħda miktuba b'ittra kapitali, u fuq wara bdew jinkitbu r-riżultati tal-finali, waqt li t-trofew attwali, tal-2005, għandu inċiż fuq wara tiegħu l-ismijiet tal-timijiet kollha li rebħu din il-kompetizzjoni.
Mill-1997 bdiet id-drawwa li t-trofew oriġinali jgħaddi għas-sidnku tal-belt li tkun se tospita l-finali, biex b'hekk il-pubbliku jkun jista' jżur dan it-trofew xahar jew xahrejn qabel il-konfront deċiżiv.
Kopertura tal-medja[editja]
Din il-kompetizzjoni tattira numru kbir ta' telespettaturi, mhux biss mill-Ewropa, iżda wkoll minn madwar id-dinja kollha. Il-partiti jixxandru kull sena f'aktar minn 70 pajjiż f'aktar minn 40 lingwa, u xi partiti importanti jattiraw udjenza televiżiva ta' aktar minn 200 miljun, fejn hi kkunsidrata fost l-aktar avveniment sportiv segwit fuq it-televiżjoni.[1]
Rekords u statistika[editja]
Skont il-klabb[editja]
Skont il-pajjiż[editja]
L-aqwa skorers ta' kull żmien[editja]
Jinkludu logħob ta' kwalifika
| Poż. | Pajjiż | Plejer | Gowls | Logħob | Proporzjon tal-gowls | Debutt fl-Ewropa | Klabbs |
|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | Raúl | 66 | 132 | 0.5 | 1995 | Real Madrid | |
| 2 | Ruud van Nistelrooy | 60 | 86 | 0.70 | 1998 | PSV, Manchester United, Real Madrid | |
| 3 | Andriy Shevchenko | 56 | 110 | 0.51 | 1994 | Dynamo Kyiv, Milan, Chelsea, Milan, Dynamo Kyiv | |
| 4 | Thierry Henry | 51 | 113 | 0.45 | 1996 | Monaco, Arsenal, Barcelona | |
| 5 | Alfredo di Stéfano | 49 | 58 | 0.85 | 1955 | Real Madrid | |
| 6 | Filippo Inzaghi | 48 | 82 | 0.59 | 1995 | Parma, Juventus, Milan | |
| 7 | Eusébio | 46 | 64 | 0.72 | 1961 | Benfica | |
| 8 | Alessandro Del Piero | 44 | 93 | 0.47 | 1995 | Juventus | |
| 9 | Fernando Morientes | 39 | 104 | 0.38 | 1997 | Real Madrid, Liverpool, Valencia, Monaco, Marseille | |
| 10 | Gerd Müller | 34 | 35 | 0.97 | 1967 | Bayern Munich |
| Tipa ħoxna | = | Għadhom attivi |
L-aktar dehriet ta' kull żmien[editja]
Jinkludu logħob ta' kwalifika
| Poż. | Plejer | Pajjiż | Logħob | Gowls | Proporzjon tal-gowls | Debutt fl-Ewropa | Klabbs |
|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | Raúl | 142 | 71 | 0.49 | 1995 | Real Madrid, Schalke 04 | |
| Ryan Giggs | 29 | 0.20 | 1993 | Manchester United | |||
| 3 | Paolo Maldini | 140 | 3 | 0.02 | 1985 | Milan | |
| 4 | Xavi | 136 | 11 | 0.08 | 1998 | Barcelona | |
| 5 | Clarence Seedorf | 131 | 12 | 0.09 | 1992 | Ajax, Real Madrid, Internazionale, Milan | |
| 6 | Paul Scholes | 130 | 25 | 0.19 | 1994 | Manchester United | |
| 7 | Iker Casillas | 129 | 0 | 0.00 | 1999 | Real Madrid | |
| 8 | Roberto Carlos | 128 | 17 | 0.13 | 1996 | Internazionale, Real Madrid, Fenerbahçe | |
| 9 | Carles Puyol | 118 | 2 | 0.02 | 1999 | Barcelona | |
| 10 | Andriy Shevchenko | 116 | 59 | 0.51 | 1994 | Dynamo Kyiv, Milan, Chelsea |
| Tipa ħoxna | = | Għadhom attivi |
Referenzi[editja]
Ħoloq esterni[editja]
| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': UEFA Champions League |
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||
