FC BATE

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
BATE
Isem sħiħ FC BATE Borisov
Fundazzjoni 1973
Grawnd Grawnd Haradzki, Borisov
(Kapaċità: 5,500)
Ċermen Anatoli Kapski
Kowċ Viktor Goncharenko
Kampjonat Vysshaya Liga
Sit elettroniku Sit uffiċjali
Kuluri interni
Kuluri esterni

FC BATE Borisov (ippronunċjat bʌtə') (bil-Belaruss: ФК БАТЭ Барысаў; bir-Russu: ФК БАТЭ Борисов) hu klabb tal-futbol mill-Belarus, li jilgħab fil-belt ta' Borisov. Attwalment jikkompetu fil-kampjonat Belaruss li tiegħu huma ċ-ċampjins renjanti. L-istaġun 2008–09 kien wieħed storiku għall-klabb hekk kif ikkompetew għall-ewwel darba fil-UEFA Champions League. L-istadju tagħhom huwa l-Haradzki Stadium.

Werrej

[editja] Storja

Fundat lura fl-1973, ġie ristabbilit fl-1996. L-isem BATE ġej mill-akronomu tal-Borisov Works of Automobile and Tractor Electronic Equipment. Minkejja li ma kellhomx xi storja wisq sabiħa fi ħdan il-kampjonat Sovjetiku, mill-1996 'il quddiem, BATE irnexxielhom jirbħu ħames kampjonati nazzjonali waqt li kkompetew fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA kontra timijiet ta' kalibru bħal AC Milan, Juventus, Zenit St. Petersburg, Bolonga, 1860 Munich u Real Madrid. Mal-unuri tal-kampjonat, insibu wkoll it-Tazza tal-Belarus li ntrebħet fl-2006, meta l-formazzjoni ta' Borisov irnexxielha tagħmel il-famuża double.

Plejers bħal Aliaksandr Hleb, Vitali Kutuzov u Yuri Zhevnov bdew il-karriera tagħhom mal-BATE u llum huma regulari fit-tim nazzjonali tal-Belarus.

Fl-2008, BATE saret l-ewwel skwadra Belarussa li waslet sal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League. Il-klabb irnexxielu jasal sa dan l-istadju tal-edizzjoni 2008–09, meta fit-triq elimina fl-ewwel rawnd preliminarju liċ-ċampjins Iżlandiżi Valur, fir-rawnd suċċessiv lill-Belġjani ta' RSC Anderlecht, waqt li fl-aħħar rawnd lill-Bulgari ta' Levski Sofia. It-tlugħ tal-poloz tefgħu lill-klabb Belaruss ma' Real Madrid, Juventus u Zenit St. Petersburg. Wara li fl-ewwel logħba fi Spanja kontra r-Real Madrid tilfu 2–0, BATE kisbu riżultat prestiġjuż meta f'darhom spiċċaw pari ta' 2–2 kontra t-tim ta' Juventus, meta b'sorpriża kienu saħansitra jinsabu f'vantaġġ ta' żewġ gowls. Dan kien l-ewwel punt storiku f'fażi tal-gruppi tal-kompetizzjoni massima Ewropea. Il-mixja ta' BATE kompliet sakemm ġabru punt ieħor fil-partita ta' wara li spiċċat 1–1 kontra t-tim Russu ta' Zenit. Minkejja li spiċċaw l-aħħar mill-grupp u naqsu li jikkwalifikaw għall-fażi suċċessiva jew għar-rawnd tal-aħħar 32 tat-Tazza UEFA, huma xorta kisbu tifħir internazzjonali mill-istampa għad-dixxiplina, l-istil offensiv u n-nuqqas ta' biża li kellhom kontra uħud mill-aqwa timijiet Ewropej.

[editja] Skwadra kurrenti

BATE Borisov 2008-2009
Sa Diċembru 2008

[editja] L-ewwel tim

N. Poż. Plejer


16 Belarus G Andrei Shernakov
30 Belarus G Aleksandr Gutor
35 Belarus G Pavel Chesnovski
5 Belarus D Aleksandr Urevich
14 Belarus D Artem Radzkov
18 Belarus D Maksim Bordachev
21 Belarus D Egor Filipenko
22 Serbja D Marko Simic
24 Belarus D Evgeni Kuntsevich
2 Belarus M Dmitri Likhtarovich
6 Belarus M Oleg Patocki
8 Belarus M Aleksandr Volodzko
10 Belarus M Renan Bressan
11 Belarus M Mikhail Gordzeichuk
13 Belarus M Pavel Nekhaychik
17 Belarus M Aleksandr Paulov
23 Belarus M Edgar Alekhnovich
25 Belarus M Dmitri Baga
29 Belarus M Maksim Volodzko
77 Belarus M Fill Rudzik
7 Belarus A Artem Kontsevoi
9 Brażil A Alex Porfirio
15 Belarus A Maksim Skavysh
20 Belarus A Vitali Rodzionov

[editja] Plejers famużi

[editja] Unuri

[editja] Kompetizzjonijiet domestiċi

1999, 2002, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010
2006, 2010
  • Kampjonat Sojvetiku: 3
1974, 1976, 1979

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn