Karim Benzema

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Karim Benzema
KBenzema.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Karim Benzema
Twelid 19 ta' Diċembru 1987 (1987-12-19) (27 sena)
Lyon
Pajjiż Bandiera ta' Franza Franza
Tul 1.84 m
Rwol Attakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Real Madrid
Numru 9
Klabbs ġovanili
1996–2005 Lyon
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2004–2006 Lyon B 20 (15)
2004–2009 Lyon 112 (43)
2009– Real Madrid 124 (55)
Tim nazzjonali
2007– Franza 55 (15)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.

Karim Benzema (Lyon, 19 ta' Diċembru 1987) huwa plejer tal-futbol Franċiż ta' dixxendenza Alġerina li jilgħab fl-irwol ta' attakkant ma' Real Madrid.

L-istaġun 2007–08, kien l-istaġun li tatu post regulari ma' Olympique Lyonnais, u sar wieħed mill-aqwa attakkanti tal-kampjonat Franċiż, fejn rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tal-Ligue 1. Dawn il-prestazzjonijiet, partikularment fil-UEFA Champions League, attiraw l-attenzjoni tal-ikbar klabbs Ewropej. Fl-2007 intgħażel għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Franċiż tal-kbar, u fis-sena ta' wara kien parti mill-iskwadra magħżula għall-Kampjonati Ewropej.

Karriera[editja]

L-ewwel passi[editja]

Imwieled minn ġenituri Alġerini fis-subborgi ta' Lyon, Karim Benzema beda l-ewwel passi tal-futbol ma' klabb fi Bron, SC Bron Terraillon. F'età ta' disa' snin, wara partita bejn it-tim tiegħu u l-ġovanili ta' Olympique Lyonnais, ingħata kuntratt mat-tim ta' Lyon u beda jitħarreġ mat-tim ġovanili, fil-Kulleġġ Saint-Louis St. Bruno. Benzema, li jieħu bħala mudell lill-attakant Brażiljan Ronaldo,[1] wera l-potenzjal tiegħu meta skorja 98 gowl għat-tim ta' taħt is-sittax-il sena ta' OL.

Passaġġ għall-OL[editja]

Matul l-istaġun 2004–05, Karim Benzema stabilixxa ruħu mat-tim ta' taħt it-tmintax-il sena ta' Olympique Lyon, fejn skorja tnax-il gowl f'erbatax-il partita. Billi kien jidher li kien se jkun talent promettenti, ġie integrat fil-grupp professjonistiku u lagħab sitt partiti fil-Ligue 1. Il-kowċ Paul Le Guen lagħbu għall-ewwel darba f'Jannar tal-2005 kontra FC Metz. Fid-debutt mal-ewwel ħalla impressjoni hekk kif kien hu li ta l-passaġġ għall-gowl deċisiv tal-konfront, skurjat minn Bryan Bergougnoux. Suċċessivament, hu iffirma l-ewwel kuntratt professjonistiku li kien se jżommu għal perjodu ta' tliet snin.[2].

Fl-istaġun 2005–06, Benzema kompla jikber permezz tal-kompetizzjoni taċ-Champions League. Fis-sitt u l-aħħar ġurnata mill-fażi tal-gruppi, il-kowċ Gérard Houllier ikkonferma bħala titulari ż-żgħażagħ Jeremy Clement, Hatem Ben Arfa u Karim Benzema. Dan tal-aħħar skorja l-ewwel gowl f'partita uffiċjali. Fil-kampjonat hu lagħab tlettax-il partita, fejn erbgħa minnhom lagħab mal-ewwel ħdax; l-ewwel gowl tiegħu wasal kontra AC Ajaccio fid-29 ġurnata tal-kampjonat. Fl-aħħar tal-istaġun Benzema stqarr li jrid jistabilixxi ruħu ma' dan il-klabb Franċiż, "wieħed mill-aqwa timijiet fl-Ewropa". Hu estenda l-kuntratt sal-2010.[3].

Lyon bdew l-istaġun 2006–07 b'rebħa fit-Trophée des Champions. Minn taħt kontra Paris Saint-Germain u b'diversi plejers nieqsa li kienu għadhom kif irritornaw mill-impenn tat-Tazza tad-Dinja 2006, Lyon kisbu l-pari permezz ta' penalty ta' Benzema, qabel ma rebħu l-konfront permezz tal-għoti tal-penalties. Benzema bil-mod il-mod sab postu fost skwadra sinjura fl-attakk, bi plejers bħal Sylvain Wiltord u Sidney Govou fuq il-ġwienaħ, u l-attakkanti Fred u John Carew, flimkien mal-akkwist suċċessiv ta' Milan Baroš. F'Ottubru, matul l-għaxar ġurnata tal-kampjonat, Benzema issostitwixxa lil Fred minħabba li dan tal-aħħar sofra minn uġigħ, u kien hu li ta l-vantaġġ lil OL fi Stade Velodrome. Minħabba li kien weġġa' koxxtu, hu ma setax jonora l-ewwel apparenza mat-tim nazzjoni Franċiż, u kellu jkun barra mil-logħob għal xi ġimgħat f'Jannar 2007. Matul l-istaġun hu lagħab 21 partita u skorja 5 gowls. Fiċ-Champions League hu lagħab kontra Steaua Bucharest u Dynamo Kiev. Il-gowl kontra dan tal-aħħar ta r-rebħa u l-kwalifikazzjoni għar-rawnd suċċessiv.

Fil-bidu tal-istaġun 2007–08, Lyon ħabbru li Benzema estenda l-kuntratt sal-2012. Il-forma tajba tiegħu waslitu biex isir plejer titulari u skorja l-ewwel tripletta tal-karriera tiegħu kontra FC Metz. It-talent tiegħu, li deher l-aktar fil-kompetizzjoni Ewropea, wassal għall-interess minn klabbs kbar madwar l-Ewropa. Fost dawn, l-istampa ħabbret l-interess ta' Alex Ferguson, kowċ tar-"Red Devils", u anki ta' Adriano Galliani, viċi-president ta' AC Milan.[4] Fl-aħħar tal-istaġun, Benzema spiċċa l-aqwa skorer tal-kampjonat meta skorja 20 gowl, u rreġistra 6 gowls fit-Tazza ta' Franza, gowl fit-Tazza tal-Lega Franċiża u erba' gowls fiċ-Champions League. Benzema, skont votazzjoni organizzata minn France Football biex jonoraw il-Plejer Franċiż tas-Sena, spiċċa fit-tielet post wara Franck Ribéry u Thierry Henry. Il-prestazzjonijiet tiegħu xorta waħda ġew rikonoxxuti mill-UNFP li tatu t-trofew tal-aqwa plejer tal-Ligue 1. Minkejja rikjesti minn klabbs barranin, l-attakkant iffirma f'Marzu 2008 estinzjoni tal-kuntratt ma' Olympique Lyonnais. Dan il-kuntratt se jżommu mal-klabb sal-2013 b'għażla li jestendi b'sena oħra l-kuntratt.[5] Wara li ffirma l-kuntratt, Benzema sar fost l-iktar plejers imħallsa fi Franza b'salarju ta' madwar 300,000 fix-xahar.[6]

Hu beda l-istaġun 2008–09 fuq prestazzjoni pożittiva hekk kif fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat kontra Toulouse hu skorja doppjetta. F'dan l-istaġun hu skorja 12-il f'25 partita imma jinsab biss fit-tielet post tal-klassifika tal-aqwa skorers tal-kampjonat fl-ewwel nofs tal-istaġun. Ftit qabel it-tmiem tal-istaġun, Karim Benzema ħabbar li kien se jibqa' ma' Lyon għal staġun ieħor minkejja l-eliminazzjoni ta' OL fl-ewwel rawnd eliminatorju kontra Barcelona, fejn il-plejer Franċiż irnexxielu jsib ix-xibka għal ħames darbiet f'din il-kompetizzjoni.

Real Madrid[editja]

Nhar l-1 ta' Lulju 2009, ġie mħabbar li Lyon qablu mal-klabb Spanjol ta' Real Madrid għat-trasferiment ta' Benzema. It-trasferiment sewa €35 miljun bis-somma titla' għal €41 miljun skont l-inċentivi.[7] Wara t-testijiet mediċi, hu iffirma kuntratt ta' sitt snin. Id-debutt uffiċjali mal-klabb Madrilen wasal fid-29 ta' Awwissu 2009 kontra Deportivo de La Coruña, waqt li l-ewwel gowl wasal kontra t-tim promoss ta' Xerez fl-20 ta' Settembru 2009.

Internazzjonali[editja]

Benzema, wara esperjenza miksuba fit-timijiet ta' taħt is-sbatax u l-għoxrin sena ta' Franza, ingħata d-debutt tiegħu mat-tim tal-kbar kontra l-Awstrija fit-28 ta' Marzu 2007, fejn skorja l-unika gowl tal-konfront. Iż-żewġ gowls segwenti waslu f'partita waħda kontra l-Gżejjer Faroe, fejn Franza sussegwentament rebħu 6–0. Hu kien fost it-23 plejer magħżulin mat-tim biex jipparteċipaw fil-Kampjonati Ewropej 2008. Il-kampanja tal-Euro 2008 ta' Franza bdiet b'bidu ħażin hekk kif spiċċaw pari ta' 0–0 kontra r-Rumanija u wara prestazzjoni deludenti, hu kien sostitwit fit-tieni taqsima u ma ħax sehem fil-partita segwenti, telfa ta' 4–1 kontra l-Olanda. Fl-aħħar logħba mill-fażi tal-gruppi Franza lagħbu kontra l-Italja u Benzema beda mill-bidu u lagħab id-disgħin minuta.

Statistika tal-karriera[editja]

Klabb Staġun Kampjonat Tazza Ewropa Total
Preż Gowls Assisti Preż Gowls Assisti Preż Gowls Assisti Preż Gowls Assisti
Lyon 2004–05 6 0 1 0 0 0 0 0 0 6 0 1
2005–06 13 1 1 2 2 1 1 1 0 16 4 2
2006–07 21 5 2 3 1 0 3 2 0 27 9 2
2007–08 36 20 7 9 7 1 7 4 2 52 31 10
2008–09 36 17 2 3 1 0 8 5 1 47 23 3
Total 112 43 13 17 11 2 19 12 3 148 67 18
Real Madrid 2009–10 27 8 3 1 0 0 5 1 1 33 9 4
2010–11 33 15 6 7 5 2 8 6 1 48 26 9
2011–12 34 21 7 5 3 1 11 7 5 52 32 15
2012–13 20 7 6 7 4 3 6 3 3 35 14 12
Total 114 51 22 20 12 8 30 17 10 168 81 40
Karriera totali 226 94 35 37 23 10 49 29 13 316 148 58


Korretti sas-2 ta' Marzu 2013.[8]

Unuri[editja]

Klabb[editja]

Franza Olympique Lyonnais

Individwali[editja]

  • L-Aqwa Skorer tal-Ligue 1: 2007–08
  • Plejer tas-Sena tal-Ligue 1: 2007–08
  • Tim tas-Sena tal-Ligue 1: 2007–08

Referenzi[editja]

  1. ^ (Franċiż) Benzema, le phénomène qui réveille le foot. Le Point, 07-02-2008. Aċċess tal-URL: 18-09-2008.
  2. ^ (Franċiż) Benzema va signer pro. L'Équipe, 20-01-2005. Aċċess tal-URL: 19-09-2008.
  3. ^ (Franċiż) Benzema prolonge à l'OL. L'Équipe, 30-05-2006
  4. ^ (Ingliż) Lyons face battle to keep Karim Benzema. The Sunday Times, 30-05-2006. Aċċess tal-URL: 24-02-2008.
  5. ^ (Ingliż) BENZEMA EXTENDS LYON CONTRACT. Sportinglife.com, 25-07-2008. Aċċess tal-URL: 22-09-2008.
  6. ^ (Ingliż) Benzema becomes one of the highest paid footballers in France. Afrik.com, 14-03-2008
  7. ^ (Ingliż) Transfert de Karim Benzema au Real Madrid, 1 ta' Lulju 2009.
  8. ^ Statistika ta' Benzema

Ħoloq esterni[editja]