Manchester United FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
"MUFC" hu riindirizzat għal hawnhekk. Għal użi oħra, ara MUFC (diżambigwazzjoni).
Manchester United FC
Emblema ta' Manchester United
Isem sħiħ Manchester United Football Club
Laqmijiet The Red Devils[1]
Fundazzjoni 1878, bħala Newton Heath L&YR FC
Stadju Old Trafford
Trafford
Greater Manchester
Ingilterra
(Kapaċità: 76,212)
Ċermen Bandiera tal-iStati Uniti Joel u Avram Glazer
Kowċ Bandiera tal-Iskozja Alex Ferguson
Kampjonat Premier League
Komma x-xellugija
Kit body manutd 09-10 home.png
Flokk
Komma l-leminija
Kit shorts blanksides.png
Xorts
Kalzetti
Kuluri interni
Komma x-xellugija
Kit body manutdaway0810.png
Flokk
Komma l-leminija
Kit shorts white stripes.png
Xorts
Kit socks long thinsidesonwhite.png
Kalzetti
Kuluri esterni
Komma x-xellugija
Flokk
Komma l-leminija
Xorts
Kalzetti
It-tielet kuluri

Manchester United Football Club hu klabb tal-futbol Ingliż, li hu bbażat f'Old Trafford, Greater Manchester, u hu l-aktar klabb popolari tal-futbol fid-dinja b'aktar minn 50 miljun benjamin mad-dinja kollha.[2] Il-klabb kien membru fundatarju tal-Premier League fl-1992, u ilu jilgħab fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż mill-1938, bl-eċċezzjoni tal-istaġun 1974–75. L-attendenza tal-klabb hi attendenza aqwa minn kull klabb ieħor fl-Ingilterra.[3]

Manchester United huma ċ-ċampjins renjanti tal-Ingilterra u tad-Dinja wara li rebħu l-Premier League 2008–09 u t-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2008. Il-klabb hu t-tieni l-aktar tim b'suċċessi fl-istorja tal-futbol Ingliż u l-aktar wieħed fis-snin riċenti, fejn rebaħ 22 unur maġġuri mill-bidu tal-era ta' Alex Ferguson minn Novembru tal-1986. Il-klabb hu ċ-ċampjin renjanti, u rebaħ l-aqwa diviżjoni Ingliża sbatax-il darba, wieħed inqas mir-rekord ta' Liverpool. Fl-1968, huma saru l-ewwel klabb Ingliż li rebħu l-Tazza taċ-Ċampjins meta rebħu 4–1 lil SL Benfica. Huma rebħu t-tieni waħda f'finali drammatika fl-1999 biex kisbu l-famuża Tripletta, qabel ma rebħu t-tielet waħda fl-2008, 40 sena wara r-rebħ tal-ewwel titlu. Il-klabb iżomm r-rekord tal-aktar titli ta' FA Cup b'total ta' ħdax.[4]

sal-aħħar tas-snin disgħin, il-klabb kien fost l-iktar klabbs sinjuri fid-dinja, bl-akbar introjtu minn kwalunkwe klabb tal-futbol ieħor,[5] u kurrentament jinsab fl-ewwel post bħala l-iktar klabb sportiv sinjur, b'valur ta' £897 miljun (1,333 miljun / $1.8 biljun) sa Mejju 2008.[6] Manchester United kien membru fundatarju tal-organizzazzjoni G-14 fejn din kienet tgħaqqad l-aqwa klabbs tal-futbol Ewropej.

Sir Alex Ferguson hu l-kowċ preżenti fejn ilu f'din il-kariga mis-6 ta' Novembru 1986. Il-kaptan tat-tim hu Gary Neville li ħa post Roy Keane wara t-tluq ta' dan tal-aħħar f'Novembru 2005.[7]

Werrej

[editja] Storja

[editja] Snin tal-bidu (1878–1945)

It-tim ta' Manchester United fil-bidu tal-istaġun 1905-06 fejn spiċċaw fit-tieni post tat-Tieni Diviżjoni u ġew promossi

Il-klabb ġie ffurmat fl-1878 bħala Newton Heath L&YR F.C. minn grupp ta' ħaddiema fl-istazzjon ferrovjali ta' Lancashire u Yorkshire fi Newton Heath. Il-flokkijiet tat-tim kienu strixxi ħodor u kulur id-deheb. Kienu jilgħabu fi grawnd żgħir f'North Road, ħdejn il-bini futur tal-istazzjoni ferrovjali ta' Manchester Piccadilly, qabel ma mxew għal Bank Street fil-belt ta' Clayton fl-1893. Huma daħlu fil-Football League fis-sena ta' qabel u bdew isiru kumpanija aktar indipendenti, fejn appuntaw segretarju tal-klabb u neħħew is-suffiss "L&YR" mill-isem tagħhom biex saru magħrufa biss bħala Newton Heath F.C.. Wara ftit snin, fl-1902, il-klabb kien kważi falla, b'dejn ta' aktar minn £2500. F'punt minnhom, il-grawnd tagħhom ta' Bank Street kien magħluq minn ekònomu.[8]

Wara li kellu jagħlaq għal xi ftit taż-żmien, il-klabb irċieva investment minn J. H. Davies, id-direttur ta' Manchester Breweries li reġa' ta l-ħajja lit-tim.[9] Kien deċiż f'waħda mil-laqgħat tal-klabb li riedu bidla fl-isem tat-tim biex jirrifletti l-bidu ġdid li ngħataw. Manchester Central u Manchester Celtic kienu fost l-ismijiet suġġeriti, qabel ma' Louis Rocca, immigrant mill-Italja, qal "Sinjuri, għaliex ma nsejħux lilna nfusna Manchester United?"[8][10] L-isem intlaqat minn dawk preżenti u fis-26 ta' April 1902, Manchester United sar l-isem uffiċjali. Davies, li kien iċ-ċermen, iddeċieda wkoll li jitbiddlu l-kuluri tal-klabb, fejn jabbandunaw l-aħdar u d-deheb ta' Newton Heath, u għażlu l-aħmar u l-abjad bħala l-kuluri l-ġodda.

Ernst Magnall ġie appuntat bħala s-segretarju tal-klabb wara li James West irriżenja minn kowċ fit-28 ta' Settembru 1902. Magnall kien qed jipprova jtella' l-klabb għall-First Division, imma t-tim spiċċa fil-ħames post tas-Second Division. Magnall iddeċieda li kien neċessarju li jġibu wċuħ ġodda fil-klabb, u ffirma plejers bħall-gowler Harry Moger, id-difensur Dick Duckworth u l-attakkant John Picken, imma l-ikbar impatt kien ta' Charlie Roberts fejn kien sewa rekord ta' £750 minn Grimsby Town, u għenhom biex jispiċċaw fit-tielet post tal-istaġun 1903–04; punt biss mill-promozzjoni tat-tieni post.

Huma kisbu l-ewwel promozzjoni taħt l-isem il-ġdid tagħhom, fejn spiċċaw it-tieni fl-istaġun 1905-06. Fl-1908 huma rebħu l-ewwel titlu tal-kampjonat. Manchester City kienu taħt investigazzjoni wara li kienu qed iħallsu lil xi plejers aktar mill-ammont stabilit mir-regoli tal-FA. Huma ġew immultati £250 u tmintax-il plejer ġew sospiżi milli jilgħabu għalihom aktar. United ħadu vantaġġ tas-sitwazzjoni, fejn kisbu lil Billy Meredith u Sandy Turnbull, fost oħrajn. Billi kienu taħt sospiża, kien fl-istaġun 1907–08 li għamlu l-ewwel impatt propju għall-isfida għat-titlu. Huma hekk irnexxielhom jagħmlu fejn bdew b'rebħa ta' 2–1 fuq Sheffield United, fejn għamlu għaxar rebħiet konsekuttivi. Minkejja li lejn l-aħħar tal-istaġun il-forma tagħhom naqset, huma kisbu t-titlu, disa' punti fuq ir-rivali Aston Villa.

L-istaġun ta' wara ra lil Manchester United jiksbu l-ewwel Charity Shield[11] u kif ukoll l-ewwel titlu tal-FA Cup, fejn kien il-bidu ta' rekord ta' rebħiet ta' titli tal-FA Cup matul is-snin. Hekk kif kienu fl-ewwel staġun bħala rebbieħa, Turnbull u Meredith kienu instrumentali matul l-istaġun, fejn Turnbull skorja l-gowl rebbieħ tal-finali tal-FA Cup. Il-klabb kellu jistenna sentejn oħra sakemm jirbaħ trofew ieħor, fejn rebħu l-First Division għat-tieni darba fl-istaġun 1910–11. F'dak iż-żmien huma mxew għall-grawnd il-ġdid ta' Old Trafford. L-ewwel logħba f'Old Trafford kienet telfa ta' 4–3 kontra Liverpool nhar id-19 ta' Frar 1910, wara li kienu minn fuq 3–0. Huma ma rebħu l-ebda trofew fl-istaġun 1911–1912, li mhux biss wera li kien l-aħħar staġun taħt Magnall, imma wkoll kienet l-aħħar darba li l-klabb rebħu l-First Division għal 41 sena, l-ikbar żmien li huma damu ma jirbħu l-kampjonat fl-istorja kollha.

Għall-għaxar snin li jmiss, il-klabb ma tantx gawda minn riżultati tajbin fejn kien ġie relegat għal darb'oħra għal Division Two fl-1922. Ġew promossi għal darb'oħra fl-1925, imma batew biex ikunu fl-ewwel nofs tal-klassifika, u ġew relegati fl-1931. Fit-tmien snin qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, huma laħqu l-agħar pożizzjoni permezz tal-għoxrin fid-Division Two fl-1934. Huma ġew promossi u relegati għal darb'oħra qabel ma ġew promossi fl-istaġun ta' qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Huma ġew garantiti post fl-aqwa diviżjoni wara li spiċċaw fl-erbatax-il post fl-istaġun 1938–39.

[editja] Is-snin ta' Busby (1945–1969)

Is-sena 1945 rat lil Matt Busby isir il-kowċ il-ġdid tat-tim ta' Old Trafford. Hu ħares lejn ix-xogħol il-ġdid tiegħu billi nsista li hu jkollu jagħżel it-tim tiegħu, jagħżel liema plejers jixtri u jiddiriġi s-sessjonijiet ta' taħriġ. Hu kien diġà tilef iċ-ċans mat-tim ta' Liverpool FC, minħabba li l-klabb ra li dawn ix-xogħlijiet kienu għad-diretturi biss, imma United iddeċidew li jieħdu ċans bl-ideat innovattivi ta' Busby. L-ewwel xiri ta' Busby ma kienx plejer, imma assistent ġdid li kien Jimmy Murphy. Ir-riskji li l-klabb ħadu f'Busby ħadu l-frott hekk kif spiċċaw it-tieni fl-1947, 1948 u l-1949 u rebħu l-FA Cup tal-1948, grazzi wkoll għall-plejers bħal Stan Pearson, Jack Rowley u Charlie Mitten (Rowley u Pearson skurjaw fil-finali tal-1948), kif ukoll għall-plejer Allenby Chilton.

Charlie Mitten mar il-Kolombja biex ifittex salarju aħjar, imma t-tim ta' Manchester rebħu t-titlu tal-Ewwel Diviżjoni fl-1952. Busby kien jaf li timijiet tal-futbol kellhom bżonn aktar minn plejers esperjenzati biss fit-tim, u għalhekk hu adotta l-politika li jġib plejers mit-tim taż-żgħar meta kien possibli. Għall-ewwel, plejers żgħar bħal Roger Byrne, Bill Foulkes, Mark Jones u Dennis Viollet, ħadu ħin biex jieħdu post fit-tim, fejn it-tim laħaq it-tmien post fl-1953, imma t-tim rebaħ il-kampjonat fl-1956 b'tim ta' età medja ta' 22 sema, fejn skurjaw 103 gowls. Dan kien wieħed mill-aqwa żminijiet fl-istorja tal-klabb. It-tim immexxi minn Busby kien magħruf bħala l-Busby Babes, fejn il-plejer l-aktar importanti kien Duncan Edwards. Il-plejer minn Dudley iddebutta f'età ta' sittax-il sena fl-1953. Kien ingħad li Edwards seta' jilgħab f'kull pożizzjoni tal-grawnd, u ħafna li rawh sostnew li hu kien l-aqwa plejer ta' dejjem. L-istaġun ta' wara, 1956-57, huma rebħu l-kampjonat u laħqu l-finali tal-FA Cup, fejn tilfu kontra Aston Villa. Huma saru l-ewwel tim Ingliż li kkompetew fit-Tazza taċ-Ċampjins, u laħqu s-semi-finali, fejn ġew eliminati minn Real Madrid. Fit-triq għas-semi-finali, United għamlu rekord tal-ikbar rebħa f'kull kompetizzjoni, fejn rebħu liċ-ċampjins Belġjani Anderlecht 10–0 f'Maine Road.

Plakka f'Old Trafford bħala unur għall-plejers li mietu fid-diżastru tal-ajru ta' Munich

L-istaġun ta' wara ġrat traġedja, fejn l-ajruplan li kien qed iġorr lit-tim lura għad-dar wara partita mit-Tazza taċ-Ċampjins ikkraxxja meta kien se jitlaq wara waqfa fi Munich, fil-Ġermanja. Id-diżastru tal-ajru ta' Munich fis-6 ta' Frar 1958 ra t-telf tal-ħajja ta' tmien plejers - Geoff Bent, Roger Byrne, Eddie Colman, Duncan Edwards, Mark Jones, David Pegg, Tommy Taylor u Liam "Billy" Whelan - u ħmistax-il passiġier ieħor, fosthom l-uffiċjali tal-klabb Walter Crickmer, Bert Whalley u Tom Curry.[12] Il-gowler ta' United Harry Gregg irnexxielu jiġi f'sensih wara l-kraxx, u bil-biża' li l-ajruplan jisplodi f'temp ta' ftit sekondi, hu qabad lil Bobby Charlton – li kien iddebutta ma' Manchester United inqas minn tmintax-il xahar qabel – u lil Dennis Viollet u ġabhom fis-sigur. Seba' plejers ta' United mietu fil-post, filwaqt li Duncan Edwards miet l-isptar. Johnny Berry salva wkoll mill-aċċident, però minħabba uġiegħ li kellu fl-aċċident, il-karriera tal-futbol tiegħu kellha tmiem kmieni. Matt Busby ma tantx ingħata tama mit-tobba ta' Munich, imma rkupra b'miraklu u ħareġ wara xahrejn l-isptar.

Kien hemm għajdut li l-klabb kien se jirtira mill-kompetizzjonijiet, imma Jimmy Murphy ħa post Busby waqt li dan kien qed jirkupra mill-uġigħ, il-klabb kompla jilgħab. Minkejja l-aċċident, huma laħqu l-finali tal-FA Cup għal darb'oħra, fejn tilfu kontra Bolton Wanderers. Fl-aħħar tal-istaġun, il-UEFA offriet lill-FA l-opportunità li tibgħat kemm lil United u liċ-ċampjins eventwali, Wolverhampton Wanderers, għat-Tazza taċ-Ċampjins 1958–59 bħala tribut għall-vittmi, imma l-FA ma aċċettatx. United irnexxielhom jiksbu t-tieni post fl-istaġun ta' wara; post mhux ħażin fejn wieħed jikkonsidra li disa' plejers tal-ewwel tim kienu mietu fid-diżastru ta' Munich.

Busby reġa' bena t-tim fis-sittinijiet, fejn xtara plejers bħal Denis Law u Pat Crerand, waqt li jagħti kas lill-plejers tal-ġenerazzjoni l-ġdida. Fost l-iktar famuż ta' dan il-grupp il-ġdid hu l-plejer minn Belfast taħt l-isem ta' George Best. Best kellu atletiżmu li rari tarah, imma l-aqwa ħaġa ta' użu għal Best kien il-kontroll li kellu fuq il-ballun. Il-veloċità tiegħu kienet tippermettilu li jgħaddi qalb id-difiża, f'kull spazju li kienet tħalli d-difiża opposta. It-tim rebaħ l-FA Cup fl-1963, minkejja li spiċċaw fid-dsatax-il post tal-First Division. Ir-rebħ tal-FA Cup ta stimulu lit-tim u b'hekk irnexxielu jispiċċa fit-tieni post fl-1964, u rebaħ il-kampjonat fl-1965 u l-1967. United rebħu t-Tazza taċ-Ċampjins fl-1968, fejn rebħu lit-tim ta' Eusébio SL Benfica 4–1 fil-finali, u b'hekk sar l-ewwel tim Ingliż li rebaħ il-kompetizzjoni. It-tim ta' United kien notabbli għax kellu tliet Futbolers tas-Sena Ewropej: Bobby Charlton, Denis Law u George Best. Matt Busby irriżenja minn kowċ fl-1969 u postu ħaddu l-plejer li kien jilgħab ma' United, Wilf McGuinness.

[editja] 1969–1986

United batew taħt Wilf McGuinness fl-istaġun 1969–70, fejn spiċċaw fit-tmien post, u wara bidu fqir tal-istaġun ta' wara, McGuinness irritorna bħala kowċ tat-tim tar-riservi. Busby reġa' ħa postu, minkejja li għal sitt xhur biss. Ir-riżultati tjiebu, imma finalment hu ħalla l-klabb għall-aħħar darba fis-sajf tal-1971. F'dak iż-żmien, United tilfu numru ta' plejers ta' kwalità bħal Nobby Stiles u Pat Crerand.

Minkejja li kienu qed jippruvaw biex ilaħqu lil Jock Stein, kowċ rebbieħ tat-Tazza taċ-Ċampjins ma' Celtic FC, għal post ta' kowċ – Stein aċċetta b'kuntatt verbali biex jingħaqad ma' United, imma mar lura mid-deċiżjoni fl-aħħar minuta – Frank O'Farrell ġie appuntat bħala s-suċċessur ta' Busby. Madanakollu, bħal McGuinness, O'Farrell dam biss tmintax-il xahar fil-bankina ta' United, fejn l-unika differenza bejn dawn it-tnejn kien li O'Farrell irreaġixxa għall-prestazzjoni fqira tat-tim billi ġab talent ġdid bħal Martin Buchan minn Aberdeen għal somma ta' £125,000. Tommy Docherty sar kowċ fl-aħħar tal-1972. Docherty, jew "the Doc" salva lil United mir-relegazzjoni imma United ġew relegati fl-1974, fejn Best, Law u Charlton kienu ħallew lil klabb. Denis Law mexa għal Manchester City fis-sajf tal-1973, u spiċċa biex jiskorja l-gowl li ħafna nies jgħidu li rrelega lil United, u pulitament irrifjuta li jiċċelebra l-gowl ma' sħabu. Plejers bħal Lou Macari, Stewart Houston u Brian Greenhoff inxtraw biex jieħdu post Best, Law u Charlton, imma ħadda ma seta' jagħmel l-istess prestazzjoni li kienu qabel dawn it-tieta.

It-tim rebaħ il-promozzjoni, fejn Steve Coppell iddebutta lejn l-aħħar tal-istaġun, wara li ngħaqad mingħanda Tranmere Rovers, u laħaq il-finali tal-FA Cup 1976, imma tilfu kontra Southampton. Huma laħqu l-finali għal darb'oħra fl-1977, fejn rebħu lil Liverpool 2–1. Minkejja dan is-suċċess u l-popularità fost il-benjamini, Docherty kien imkeċċi wara l-finali wara li kien misjub li kellu affari mal-mara tal-psikoterapista.

Daxe Sexton ħa post Docherty fis-sajf tal-1977 u għamel lit-tim jilgħab f'format difensiv. Dan l-istil ma tantx intgħoġob mill-benjamini, li kienu mdorrijin bl-attakki tal-futbol preferiti minn Docherty u Busby. Xiri mportanti taħt Sexton jinkluu Joe Jordan, Gordon McQueen, Gary Bailey u Ray Wilins, imma t-tim ta' United mibnija mid-difiża naqset li taqbeż l-oskurita ta' nofs il-klassifika, fejn spiċċat darba fl-ewwel żewġ postijiet, u laħqet finali waħda tal-FA Cup, b'telfa kontra Arsenal. Sexton kien ġie mkeċċi fl-1981, minkejja li kien għadu kemm rebaħ l-aħħar seba' partiti.

Postu ttieħed minn Ron Atkinson, li l-attitudni estroverta tiegħu ġiet riflessa fit-timijiet li mexxa. Hu mal-ewwel kiser ir-rekord Brittaniku meta xtara lil Bryan Robson mit-tim li kien qabel miegħu, West Brom. Robson sar magħruf fil-futur bħala fost l-aqwa midfilders minn żmien Duncan Edwards. It-tim ta' Atkinson kellu plejers ġodda bħal Jesper Olsen, Paul McGrath u Gordon Strachan fejn kienu jilgħabu flimkien ma' plejers tat-tim taż-żgħar bħal Norman Whiteside u Mark Hughes. United rebħu l-FA Cup darbtejn fi tliet snin, fl-1983 u l-1985 u kienu favoriti li jirbħu l-kampjonat tal-istaġun 1985–86 wara li rebħu l-ewwel għaxar partiti, fejn fetħ vantaġġ ta' għaxar punti f'ras il-klassifika sa Ottubru. Il-forma tat-tim naqset u United spiċċaw ir-raba'. Il-forma fqira tat-tim kompliet l-istaġun ta' wara, u United kienu kważi fiż-żoni tar-relegazzjoni u fil-bidu ta' Novembru 1986, Atkinson kien imkeċċi.

[editja] L-era ta' Ferguson, qabel it-Treble (1986–1999)

Alex Ferguson

Alex Ferguson wasal minn Aberdeen biex ħa post Atkinson u ggwida l-klabb għall-ħdax-il post fil-kampjonat. Fl-istaġun ta' wara (1987–88), United spiċċaw it-tieni, b'Brian McClair jispiċċa l-ewwel plejer ta' Manchester United wara George Best li skorja għoxrin gowl fi staġun.

Madanakollu, United sofrew fiż-żewġ staġuni ta' wara, b'ħafna mill-plejers il-ġodda ta' Ferguson ma jilħqux l-aspettattivi tal-benjamini. Kien hemm għajdut li Alex Ferguson kien se jiġi mneħħi minn kowċ fil-bidu tal-1990, imma gowl minn Mark Robins taw lil United rebħa minima ta' 1–0 fit-tielet rawnd tal-FA Cup kontra Nottingham Forest. Din żammet l-istaġun ħaj u t-tim wasal biex rebaħ il-kompetizzjoni meta għelbu lil Crystal Palace f'ripetizzjoni tal-finali.

It-tim rebaħ it-Tazza taz-Tazez Ewropej 1990-91 meta rebħu lit-tim rebbieħ tal-kampjonat Spanjol, Barcelona, imma s-sena ta' wara fallew li jirbħu l-kampjonat meta tilfuh fl-aħħar jiem tiegħu kontra r-rivali Leeds United.

Il-wasla ta' Eric Cantona f'Novembru tal-1992 flimkien mal-plejers preżenti bħal Gary Pallister, Denis Irwin, Paul Ince u Ryan Giggs, huma spiċċa rebbieħa tal-kampjonat 1992-93 għall-ewwel darba mill-1967. Huma rebħu żewġ trofej (il-kampjonat u l-FA Cup) għall-ewwel darba fl-istaġun ta' wara, bl-għajnuna ta' Roy Keane li kien għadu kemm ittrasferixxa minn Nottingham Forest, biex wara sar il-kaptan tat-tim. Fl-istess sena l-klabb sofra l-mewt ta' Sir Matt Busby li miet fl-20 ta' Jannar 1994.

Fl-1994–95, Cantona rċieva sospensjoni ta' tmien xhur wara li qabeż fuq il-folla u aggredixxa lil Matthew Simmons, benjamin tal-Crystal Palace. Huma spiċċaw pari fl-aħħar partita u tilfu l-finali tal-FA Cup kontra Everton FC, biex ħallew lil United fit-tieni post tal-kampjonat u telliefa fil-finali tal-FA Cup. Ferguson irrabja lill-benjamini meta kien biegħ plejers importanti u kien bena t-tim fuq plejers żgħar bħal David Beckham, Gary Neville, Phil Neville u Paul Scholes. Il-plejers il-ġodda saru wkoll parti mit-tim nazzjonali tal-Ingilterra u b'sorpriża rebħu l-kampjonat u l-FA Cup 1995-96. Dan kien l-ewwel darba li tim Ingliż rebaħ żewġ trofej darbtejn, u dan it-tragward kien imsejjaħ id-"Double Double".[13]

Huma rebħu l-kampjonat 1996–97 u Cantona ħabbar it-tmiem tal-karriera f'età ta' 30 sena. Huma bdew l-istaġun ta' wara b'nota tajba imma spiċċaw t-tieni fil-kampjonat wara l-Arsenal.

[editja] It-Treble (1998–1999)

L-istaġun 1998–99 jibqa' fost l-aqwa staġun għal Manchester United fejn huma rnexxielhom jirbħu l-famuża Treble meta rebħu l-kampjonat Ingliż, l-FA Cup u l-UEFA Champions League.[14] Huma l-uniku klabb Ingliż li rnexxielu jasal sa dan it-tragward. Wara staġun intens, Manchester United rebħu l-kampjonat fl-aħħar ġurnata b'rebħa ta' 2–1 fuq Tottenham Hotspur, waqt li Arsenal rebħu 1–0 kontra Aston Villa.[15] Ir-rebħa tal-kampjonat kienet biss l-ewwel parti tat-Treble, deskritta minn Ferguson bħala l-itqal waħda. Fil-finali tal-FA Cup, United rebħu 2–0 kontra Newcastle United b'gowls ta' Teddy Sheringham u Paul Scholes.[16] Fl-aħħar partita tal-istaġun, il-finali taċ-Champions League tal-1999 huma rebħu lil Bayern Munich, fejn din il-partita hi kkunsidrata bħala waħda mill-iktar finali drammatika ta' kull żmien meta sal-ħin miżjud tat-tieni taqsima huma rnexxielhom jiskorjaw darbtejn biex rebħu l-partita 2–1.[14] Manchester United wara dan it-titlu rnexxielhom jirbħu t-Tazza Interkontinentali wara li rebħu 1–0 lil Palmeiras f'Tokjo permezz ta' gowl mill-Irlandiż Roy Keane.[17]

[editja] Wara t-Treble (1999–preżent)

United rebħu l-kampjonat Ingliż fl-2000 u fl-2001 imma spiċċaw barra mill-finali taċ-Champions League ta' dawn is-snin. Fl-2000, Manchester United saru parti mill-grupp Ewropew tal-G-14.[18] Ferguson adotta tattiċi aktar difensivi biex għamel lil United diffiċli biex jitilfu fl-Ewropa imma fil-kampjonat nazzjonali tal-2001–02 spiċċaw fit-tielet post. Huma kisbu l-kampjonat fl-istaġun ta' wara. Huma bdew id-difiża tal-kampjonat fis-sena ta' wara fuq nota tajba, imma l-forma tagħhom maret lura sinjifikament meta Rio Ferdinand rċieva sospensjoni ta' tmien xhur minħabba li naqas għal test tad-doping. Huma rebħu l-FA Cup 2004 meta rnexxielhom jeliminaw lil Arsenal (ir-rebbieħa eventwali tal-kampjonat) u fil-finali rebħu lil Millwall.

L-istaġun 2004–05 kien karatterizzat b'nuqqas ta' gowls skurjati, prinċipalment minħabba ż-żmien li dam barra Ruud van Nistelrooy u United spiċċaw mingħajr trofew u fit-tielet post tal-kampjonat. Dik is-sena wkoll huma tilfu l-finali tal-FA Cup b'telfa bil-penalties kontra Arsenal wara partita ta' 120 minuta mingħajr gowl. Barra mill-grawnd, l-istorja prinċipali kienet il-possibilità li l-klabb ikun miħud minn xi ħadd u fl-aħħar tal-istaġun, Malcolm Glazer akkwista l-kontroll tal-interessi tal-klabb.

United bdew l-istaġun 2005–06 b'nota mhux daqshekk tajba, bil-midfilder Roy Keane iħalli l-klabb biex ingħaqad ma' Celtic wara pubblikament ikkritika sħabu tat-tim, u t-tim naqas li jikkwalifika għall-fażi tal-aħħar sittax għall-ewwel darba f'iktar minn għaxar snin wara telfa kontra t-tim Portugiż ta' SL Benfica. L-istaġun ukoll kien karatterizzat minn żmien barra għall-plejers importanti bħal Gabriel Heinze, Alan Smith, Ryan Giggs u Paul Scholes. Huma spiċċaw it-tieni post fil-kampjonat u rebbieħa fil-League Cup kontra Wigan Athletic bl-iskor ta' 4–0. United, grazzi għar-rebħa kontra Charlton Athletic 4–0, fl-aħħar partita tal-istaġun irnexxielhom jkomplu post fiċ-Champions League. Fl-aħħar tal-istaġun 2005–06, Ruud van Nistelrooy ħalla l-klabb biex ingħaqad ma' Real Madrid.[19]

L-istaġun 2006–07 ra lil United li rritornaw bl-istil ta' attakk fil-futbol li kien wkoll komuni fis-suċċessi tat-tim lejn id-disgħijiet. Huma rnexxielhom jiskurjaw 20 gowl iktar fi 32 partita minn Chelsea, li kklassifika fit-tieni post. F'Jannar 2007, United ġabu lill-plejer Henrik Larrsson b'self għal xahrejn mit-tim Żvediż ta' Helsingborgs. Il-plejer lagħab rwol importanti għall-kwalifikazzjoni għas-semi-finali taċ-Champions League b'xewqat għat-tieni Treble; madanakollu huma spiċċaw eliminati mit-tim ta' AC Milan b'riżultat aggregat ta' 3–5.[20]

Bħala komemorazzjoni tal-ħamsin anniversarju mid-dħul fil-kompetizzjoni Ewropea ta' Manchester United u kif ukoll il-ħamsin anniversarju mit-Trattat ta' Ruma, Manchester United lagħbu partita ta' esebizzjoni kontra l-aqwa ħdax-il plejer fl-Ewropa skont Marcello Lippi (European XI) f'Old Trafford nhar it-13 ta' Marzu 2007. Huma rebħu l-partita 4–3 b'żewġ gowls ta' Wayne Rooney, u gowl kull wieħed għal Wes Brown u Cristiano Ronaldo.[21]

Erba' snin wara l-aħħar kampjonat, United reġgħu ħadu t-titlu tal-Premier League nhar is-6 ta' Mejju 2007, wara li Chelsea spiċċaw f'pari kontra Arsenal, biex ħallew lil Chelsea seba' punti wara r-"Red Devils" b'żewġ partiti oħra x'jintlagħbu. Madanakollu huma ma rnexxiehomx jiksbu r-raba' doppjetta meta fil-finali tal-FA Cup huma tilfu 1–0 kontra Chelsea fil-grawnd il-ġdid ta' Wembley.

Fil-11 ta' Mejju 2008, United reġgħu kisbu t-titlu tal-Premier League b'rebħa kontra Wigan Athletic. Chelsea rnexxielhom jispiċċaw biss pari kontra Bolton Wanderers, u b'hekk United spiċċaw żewġ punti fuq it-tieni klassifikat. Il-klabb laħaq ukoll il-finali tal-UEFA Champions League għat-tielet darba fl-istorja tagħhom, fejn fit-triq għall-finali elimina lil timijiet bħal Barcelona u Roma. Fil-21 ta' Mejju 2008, United irnexxielhom ikomplu d-Double Ewropew meta rebħu lil Chelsea fil-finali tal-UEFA Champions League 2007–2008 fl-Istadju Luzhniki ta' Moska. Wara pari ta' 1–1 fil-ħin normali u anki wara l-ħin supplelementari, il-penalties kienu d-differenza bejn iż-żewġ timijiet fejn Manchester United rebħu 6–5. B'din ir-rebħa, huma kisbu t-tielet trofew tat-Tazza taċ-Ċampjins u żammew ir-rekord li qatt ma tilfu finali Ewropea ta' kalibru. B'kumbinazzjoni, dan l-istaġun immarka l-100 sena minn meta Manchester United rebħu l-ewwel titlu tal-kampjonat nazzjonali, 50 sena wara d-diżastru tal-ajru ta' Munich, u 40 sena wara r-rebħ tal-ewwel Tazza taċ-Ċampjins għal Manchester United.

Nhar il-21 ta' Diċembru 2008, United żiedu unur ieħor, dak ta' ċampjins mondjali wara r-rebħ fil-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2008, meta grazzi għal gowl ta' Wayne Rooney irnexxielhom jegħlbu lill-Ekwadorjani ta' LDU Quito bl-iskor ta' 1–0 ġewwa l-Ġappun. Xahrejn wara huma żiedu qalb it-trofej mirbuħa l-League Cup 2009, wara li għelbu lil Tottenham Hotspur 4–1 bil-penalties.[22] Nhar is-16 ta' Mejju, United rebħu l-ħdax-il titlu tal-Premier League (it-tmintax-il kampjonat totali), fejn saru l-ewwel tim li qatt rebaħ tliet staġuni tal-Premier League tliet darbiet konsekuttivi, wara pari ta' mingħajr gowls ġewwa darhoma kontra Arsenal.[23]

[editja] Kuluri u l-emblema tal-klabb

Matul iż-żmien bħala Newton Heath, il-flokkijiet tal-klabb meta kienu jilgħabu ġewwa darhom kienu sofor u ħodor; dan il-flokk kien reġa' ġie wżat fis-snin disgħin bħala l-flokk għal meta kienu jilgħabu barra minn darhom. Fl-1902, flimkien mal-bidla fl-isem għal Manchester United, il-klabb biddel il-kuluri għal flokkijiet ħomor, xorts bojod u kalzetti suwed, li sar l-istandàrd għal ħafna mill-uniformi tar-"Red Devils" li segwew. L-unika eċċezzjoni għal din hi l-uniformi li t-tim libes fil-finali tal-FA Cup 1909 kontra Bristol City, fejn it-tim libes flokk abjad b'għonq kulur aħmar. Dan id-disinn reġa' beda jintużax fis-snin għoxrin qabel ma' United reġgħu marru għal flokkijiet kollha ħomor.

Il-kuluri ta' barra mid-dar huma ħafna drabi flokkijiet bojod b'xorts suwed u kalzetti bojod, imma kuluri oħra kienu wżati, fosthom flokk bl-istrixxi djagonali blu u bojod mill-1903 sal-1916, uniformi kollha sweda fl-1994 u fl-2003 u blu skur bi strixxi orizzontali tal-fidda fis-sena 2000. Waħda mill-iktar uniformi, għal logħob ta' barra mid-dar, li tibqa' famuża minkejja l-perjodu qasir ta' użu hi dik kollha griża 1995–96. Din l-uniformi ma baqgħetx użata minħabba li biha Manchester United naqsu li jirbħu partita waħda. Wara tmiem l-ewwel taqsima matul partita kontra Southampton, meta United kienu minn taħt 3–0, huma biddlu għat-tielet flokk li kien jikkonsisti mill-kuluri blu u abjad, imma eventwalment tilfu 3–1. Skont il-plejers, l-uniformi griża ma kinitx viżibbli biżżejjed u dan kien ir-riżultat tar-riżultati foqra.[24][25]

It-tielet flokk ta' United hu tradizzjonalment kollu blu bħala tifkira tar-rebħa tat-Tazza taċ-Ċampjins 1968. Xi eċċezzjonijiet kienu jinkludu uniformi safra ċara fil-bidu tas-snin sebgħin, flokk bi strixxi blu u bojod mill-1996, li kien ukoll fost il-favoriti tal-benjamini, u flokk abjad bi strixxi żgħar suwed u ħomor mill-2004. United użaw ukoll bħala t-tielet flokk, dak li oriġinarjament kienu wżati bħala flokkijiet għal waqt it-taħriġ fil-passat, fejn adottaw uniformi kollha sewda fl-istaġun 1998–99 u flokk blu skur b'naħat maruni fl-2001 għal logħbiet kontra Southampton u PSV Eindhoven.

L-emblema wżata bejn l-1973 u l-1998

Kurrentament, l-uniformi ta' Manchester United hu flokk aħmar bi strixxa vertikali bajda li hi maqsuma fi tnejn. L-istrixxa hi mżejna bl-ittri MUFC fil-parti t'isfel tal-istrixxa u fil-parti ta' fuq insibu l-arma tax-xitan mill-emblema tal-klabb. Il-logos tan-Nike u tal-AIG huma wkoll bojod. Fin-naħa xellugija tal-parti t'isfel tal-flokk insibu l-kliem "The Red Devils" li huma miktuba bl-abjad, fuq sfond tax-xitan mill-emblema tal-klabb. L-emblema tal-klabb tinsab fuq in-naħa xellugija tal-flokk fuq tarka. It-tielet flokk hu blu bl-ispalel u l-burduri tal-kmiem ta' kulur aħmar, is-swoosh tan-Nike hu abjad u hu pożizzjonat fil-lemin tas-sider, waqt li l-logo tal-AIG hu abjad bi sfond aħmar. L-emblema hi fuq ix-xellug tal-flokk imdawra bl-aħmar.[26]

L-emblema tal-Manchester United kien modifikat f'diversi okkażjonijiet, minkejja li l-bażi baqgħet dejjem l-istess. Id-distinv ġej mill-emblema tal-belt ta' Manchester u x-xitan għandu l-oriġini mil-laqam tat-tim "Red Devils", li kien addottat fil-bidu tas-snin sittin wara li Matt Busby semgħa jissejħu hekk lill-komponenti tal-iskwadra tar-rugby ta' Salford, karaterizzat mill-flokkijiet ħomor.[27] Lejn it-tmiem tas-sittinijiet, ix-xitan beda jkun inkluż f'diversi xarpi, qabel ma kien inkorporat fil-logo uffiċjali matul is-snin sebgħom. Fl-1998, l-emblema reġgħet ġiet disinjata, fejn din id-darba tneħħew il-kliem "Football Club",[28] imma l-bidla ma kinitx aċċettata minn xi partitarji li saħqu li din il-bidla kienet biss minħabba n-naħa finanzjarja tal-logħba.

[editja] Stadju

Old Trafford

Meta l-klabb ta' Newton Heath kien fundat, it-tim lagħab il-partiti interni tiegħu f'kamp ta' North Road f'Newton Heath. Però, it-timijiet viżitaturi gergru frekwentament fuq l-istat tal-grawnd.[8] Barra minn hekk, il-kmamar fejn kienu jbidlu ma tantx kienu wkoll ta' min jiftaħar bihom, fejn kienu jinsabu għaxar minuti 'l bogħod fil-pub Three Crowns f'Oldham Road.

Il-klabb baqa' fil-grawnd North Road għal ħmistax-il sena mill-1878 u l-1893, sena wara li daħlu fil-Football League, qabel ma marru għall-istadju l-ġdid f'Bank Street qrib Clayton. Fl-1902, il-klabb marru qrib il-falliment u l-grawnd ta' Bank Street kien magħluq minħabba fl-insolvenzà tiegħu. Il-klabb kien salvat fl-aħħar minuta mill-kaptan Harry Stafford, li rnexxielu jiġbor flus biżżejjed biex iħallas lill-partita tal-klabb barra minn darhom kontra Bristol City u sab grawnd temporanju qrib Harpurhey għal partita interna ta' wara kontra Blackpool.[29]

Sitt ġimgħat qabel l-ewwel titlu tal-FA Cup għal United f'April 1909, Old Trafford kien imsejjaħ bħala d-dar ta' Manchester United, wara li xtraw l-art għal madwar £60,000. L-arkitett Archibald Leitch kien mikri mill-president ta' United John Henry Davies, u ngħata baġitt ta' £30,000 għall-kostruzzjoni. Pjanijiet oriġinali indikaw li l-istadju kellu jkollu kapaċità ta' madwar 100,000, imma dan ġie mnaqqas għal 77,000. Minkejja dan, attendenza rekord ta' 76,962 kienet rikordjata, li hi aktar milli l-istadju kurrenti jżomm fih. Il-partita inawgurali ntlagħbte fid-19 ta' Frar 1910 kontra Liverpool FC, u rriżultat f'rebħa ta' 4–3 għall-viżitaturi

Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fil-11 ta' Marzu 1941, bumbardament qered parti kbira tal-istadju. Sakemm ir-rikostruzzjoni kienet qed issir fl-1949, Manchester United lagħbu l-logħob tagħhom f'Maine Road, l-istadju ta' Manchester City.

Hu stmat li se jkun żvilupp ieħor fl-istadju, speċjalment fis-South Stand, fejn hu mistenni li dan ikollu spiża ta' madwar £114 miljun. Il-kapaċità proġettata tal-istadju kompluta hi stmata li se tkun madwar 96,000, aktar mill-Wembley Stadium il-ġdid.[30]

[editja] Skwadra kurrenti u staff

[editja] L-ewwel tim

Sas-16 ta' Jannar 2009 skont sorsi kombinati fuq is-sit uffiċjali.[31][32]
N. Poż. Plejer
1 Bandiera tal-Olanda G Edwin van der Sar
2 Bandiera tal-Ingilterra D Gary Neville (kaptan)
3 Bandiera ta' Franza D Patrice Evra
4 Bandiera tal-Ingilterra M Owen Hargreaves
5 Bandiera tal-Ingilterra D Rio Ferdinand
6 Bandiera tal-Ingilterra D Wes Brown
7 Bandiera tal-Portugall M Cristiano Ronaldo
8 Bandiera tal-Brażil M Anderson
9 Bandiera tal-Bulgarija A Dimitar Berbatov
10 Bandiera tal-Ingilterra A Wayne Rooney
11 Bandiera tal-Galles M Ryan Giggs (viċi-kaptan)
12 Bandiera tal-Ingilterra G Ben Foster
13 Bandiera tal-Korea t'Isfel M Park Ji-Sung
14 Bandiera tas-Serbja M Zoran Tošić
15 Bandiera tas-Serbja D Nemanja Vidić
16 Bandiera tal-Ingilterra M Michael Carrick
17 Bandiera tal-Portugall M Nani
18 Bandiera tal-Ingilterra M Paul Scholes
19 Bandiera tal-Ingilterra A Danny Welbeck
N. Poż. Plejer
20 Bandiera tal-Brażil D Fábio da Silva
21 Bandiera tal-Brażil D Rafael da Silva
22 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda D John O'Shea
23 Bandiera tal-Irlanda ta' Fuq D Jonny Evans
24 Bandiera tal-Iskozja M Darren Fletcher
28 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda M Darron Gibson
29 Bandiera tal-Polonja G Tomasz Kuszczak
30 Bandiera tal-Ingilterra M Lee Martin
32 Bandiera tal-Arġentina A Carlos Tévez
33 Bandiera tal-Ingilterra M Sam Hewson
34 Bandiera tal-Brażil M Rodrigo Possebon
35 Bandiera tal-Ingilterra M Tom Cleverley
38 Bandiera tal-Ġermanja G Ron-Robert Zieler
39 Bandiera tal-Ingilterra D James Chester
40 Bandiera tal-Ingilterra G Ben Amos
41 Bandiera tal-Italja A Federico Macheda
42 Bandiera tal-Ingilterra D Richard Eckersley
43 Bandiera tal-Italja M Davide Petrucci
45 Bandiera tal-Ingilterra D Febian Brandy
–– Bandiera tal-Ingilterra G Tom Heaton

[editja] Plejers barra f'self

N. Poż. Plejer
25 Bandiera tal-Ingilterra D Danny Simpson (ma' Blackburn Rovers sat-30 ta' Ġunju 2009)
26 Bandiera tal-Angola A Manucho (ma' Hull City sat-30 ta' Ġunju 2009)
31 Bandiera tal-Ingilterra A Fraizer Campbell (ma' Tottenham Hotspur sat-30 ta' Ġunju 2009)
N. Poż. Plejer
36 Bandiera tal-Iskozja M David Gray (ma' Plymouth Argyle sat-30 ta' Ġunju 2009)
37 Bandiera tal-Irlanda ta' Fuq D Craig Cathcart (ma' Plymouth Argyle sat-30 ta' Ġunju 2009)

[editja] Staff tekniku

Isem Rwol
Bandiera tal-Iskozja Sir Alex Ferguson Kowċ
Bandiera tal-Ingilterra Mike Phelan Assistent Kowċ
Bandiera tal-Ingilterra René Meulensteen Kowċ tal-Ewwel Tim
Bandiera tan-Norveġja Ole Gunnar Solskjær Kowċ tat-Tim tar-Riservi
Bandiera tal-Ingilterra Eric Steele Kowċ tal-Gowlers
Bandiera tal-Ingilterra Dr. Steve McNally Tabib tal-Klabb
Bandiera tal-Ingilterra Rob Swire Fiżjoterapista tal-Ewwel Tim

[editja] Plejers

[editja] Kaptani

Perjodu Isem Nota
1878–1896 Mhux magħruf
1896–1903 Bandiera tal-Ingilterra Harry Stafford Kaptan ta' Newton Heath u l-ewwel kaptan ta' Manchester United
1903–1904 Mhux magħruf
1904–1907 Bandiera tal-Iskozja Jack Peddie
1907–1913 Bandiera tal-Ingilterra Charlie Roberts
1913–1919 Bandiera tal-Ingilterra George Stacey
1919–1922 Bandiera tal-Ingilterra George Hunter
1922–1928 Bandiera tal-Ingilterra Frank Barson
1928–1932 Bandiera tal-Ingilterra Jack Wilson
1932–1936 Bandiera tal-Ingilterra Hugh McLenahan
1936–1939 Bandiera tal-Iskozja Jimmy Brown
1939–1946 Ħadd L-ebda futbol ma kien jintlagħab matul it-Tieni Gwerra Dinjija
1946–1953 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Johnny Carey L-ewwel kaptan wara l-gwerra u l-ewwel wieħed barra mir-Renju Unit
1953–1954 Bandiera tal-Ingilterra Allenby Chilton Kaptan għal staġun wara li Johnny Carey irtira
1954–1958 Bandiera tal-Ingilterra Roger Byrne Miet fid-diżastru tal-ajru ta' Munich fl-1958
1958–1962 Bandiera tal-Ingilterra Bill Foulkes
1962–1967 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Noel Cantwell
1967–1973 Bandiera tal-Ingilterra Bobby Charlton
1973–1979 Bandiera tal-Iskozja Martin Buchan
1979–1982 Bandiera tal-Irlanda ta' Fuq Sammy McIlroy L-ewwel u l-aħħar kaptan mill-Irlanda ta' Fuq
1982–1994 Bandiera tal-Ingilterra Bryan Robson Il-plejer bl-aktar apparenzi bħala kaptan
1994–1996 Bandiera tal-Ingilterra Steve Bruce
1996–1997 Bandiera ta' Franza Eric Cantona L-ewwel kaptan minn barra mill-gżejjer Brittaniċi
1997–2005 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Roy Keane Il-kaptan li rebaħ l-aktar trofej
2005–preżent Bandiera tal-Ingilterra Gary Neville L-ewwel kaptan li twieled fi Greater Manchester minn żmien Roger Byrne

[editja] Rekords tal-plejers

Dati korretti sal-31 ta' Jannar 2009 u skont is-sit uffiċjali tal-istatistika.[33] Plejers b'tipa ħoxna għadhom jilgħabu ma' Manchester United.

[editja] L-aktar apparenzi

# Isem Karriera Apparenzi Gowls
1 Bandiera tal-Galles Ryan Giggs 1991–preżent 803 148
2 Bandiera tal-Ingilterra Bobby Charlton 1956–1973 758 249
3 Bandiera tal-Ingilterra Bill Foulkes 1952–1970 688 9
4 Bandiera tal-Ingilterra Paul Scholes 1994 – preżent 603 142
5 Bandiera tal-Ingilterra Gary Neville 1992–preżent 569 7
6 Bandiera tal-Ingilterra Alex Stepney 1966–1978 539 2
7 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Tony Dunne 1960–1973 535 2
8 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Denis Irwin 1990–2002 529 33
9 Bandiera tal-Ingilterra Joe Spence 1919–1933 510 168
10 Bandiera tal-Iskozja Arthur Albiston 1974–1988 485 7

[editja] L-aktar gowls

# Isem Karriera Apparenza Gowls Gowls/Parita
1 Bandiera tal-Ingilterra Bobby Charlton 1956–1973 758 2497 0.328
2 Bandiera tal-Iskozja Denis Law 1962–1973 404 237 0.587
3 Bandiera tal-Ingilterra Jack Rowley 1937–1955 424 211 0.498
4= Bandiera tal-Ingilterra Dennis Viollet 1953–1962 293 179 0.611
4= Bandiera tal-Irlanda ta' Fuq George Best 1963–1974 470 179 0.381
6 Bandiera tal-Ingilterra Joe Spence 1919–1933 510 168 0.329
7 Bandiera tal-Galles Mark Hughes 1983–1986
1988–1995
467 163 0.349
8 Bandiera tal-Olanda Ruud van Nistelrooy 2001–2006 219 150 0.685
9 Bandiera tal-Ingilterra Stan Pearson 1937–1954 343 148 0.431
10 Bandiera tal-Galles Ryan Giggs 1991–preżent 803 148 0.184

[editja] Rebbieħa tal-unuri

[editja] Ballun tad-Deheb

Il-plejers segwenti rebħu l-Ballun tad-Deheb waqt li kienu qed jilgħabu ma' Manchester United:

[editja] Żarbuna tad-Deheb

Il-plejers segwenti rebħu ż-Żarbuna tad-Deheb waqt li kienu qed jilgħabu ma' Manchester United:

[editja] Plejer tas-Sena tal-UEFA

Il-plejers segwenti rebħu l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-UEFA waqt li kienu qed jilgħabu ma' Manchester United:

[editja] Plejer tas-Sena tal-FIFA

Il-plejers segwenti rebħu l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA waqt li kienu qed jilgħabu ma' Manchester United:

[editja] Kowċis

Dati aġġornati sal-aħħar partita li ntlagħbet fit-24 ta' Frar 2009. Logħob kompetittiv biss hu kkunsidrat.

Isem Nazzjon Minn Sa L R P T GF GK  %R
A. H. Albut Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 1892 1900
James West Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 1900 Settembru 1903 113 46 20 47 159 147 40.71
Ernest Mangnall Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 10 ta' Ottubru 1903 21 ta' Awissu 1912 373 202 76 95 700 476 54.16
T. J. Wallworth 9 ta' Settembru 1912 20 ta' Ottubru 1912 6 3 2 1 11 7 50.00
John Bentley Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 28 ta' Ottubru 1912 28 ta' Diċembru 1914 82 36 16 30 127 110 43.90
Jack Robson Bandiera tal-Iskozja Skozja 28 ta' Diċembru 1914 31 ta' Ottubru 1921 139 41 42 56 183 207 29.50
John Chapman Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 31 ta' Ottubru 1921 8 ta' Ottubru 1926 221 86 58 77 287 274 38.91
Lal Hilditch Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 8 ta' Ottubru 1926 13 ta' April 1927 33 10 10 13 38 47 30.30
Herbert Bamlett Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 13 ta' April 1927 9 ta' Novembru 1931 183 57 42 84 280 374 31.15
Walter Crickmer Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 9 ta' Novembru 1931 1 ta' Awissu 1932 43 17 8 18 72 86 39.53
Scott Duncan Bandiera tal-Iskozja Skozja 1 ta' Awissu 1932 9 ta' Novembru 1937 235 92 53 90 371 362 39.53
Walter Crickmer Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 9 ta' Novembru 1937 15 ta' Frar 1947 76 30 24 22 131 112 39.47
Matt Busby Bandiera tal-Iskozja Skozja 15 ta' Frar 1947 15 ta' Awissu 1969 1,120 565 263 292 2,286 1,536 50.45
Jimmy Murphy Bandiera tal-Galles Galles Frar 1958 Ġunju 1958 22 5 7 10 27 42 22.73
Wilf McGuinness Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 11 ta' Awissu 1969 29 ta' Diċembru 1970 87 32 32 23 127 111 36.78
Matt Busby Bandiera tal-Iskozja Skozja 29 ta' Diċembru 1970 8 ta' Ġunju 1971 21 11 3 7 38 30 52.38
Frank O'Farrell Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda 8 ta' Ġunju 1971 19 ta' Diċembru 1972 81 30 24 27 115 111 37.04
Tommy Docherty Bandiera tal-Iskozja Skozja 22 ta' Diċembru 1972 4 ta' Lulju 1977 228 107 56 65 333 252 46.93
Dave Sexton Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 14 ta' Lulju 1977 30 ta' April 1981 201 81 64 56 290 240 40.30
Ron Atkinson Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 9 ta' Ġunju 1981 4 ta' Novembru 1986 292 146 76 67 461 266 50.00
Alex Ferguson Bandiera tal-Iskozja Skozja 6 ta' Novembru 1986 Preżent 1,255 732 298 225 2,266 1,124 58.33

[editja] Rivalità

L-ikbar rivalità ta' Manchester United diffiċli tiġi definita. Tradizzjonalment, l-ikbar rivali kienu Liverpool, Manchester City u Leeds United,[34] għalkemm Arsenal ġabu rivalità kbira f'dawn l-aħħar snin.[35] Preżentament, il-partitarji jaraw lil Liverpool bħala l-ikbar rivali, minħabba s-suċċessi li dawn iż-żewġ timijiet kisbu fl-istorja tagħhom,[36] waqt li ħafna jsostnu li l-ikbar rivalità tinsab bejn il-klabb tal-istess belt, Manchester City. Ir-rivalità bejn Unitd u Liverpool bdiet lejn is-sittinijiet meta ż-żewġ klabbs kienu fost l-aqwa fl-Ingilterra, u kienu jikkompetu ma' xulxin kull sena. Ma' Manchester City, ir-rivalità tmur lura lejn l-era ta' Newton Heath, lejn l-1890, u baqgħet b'saħħitha hekk kif iż-żewġ timijiet kienu dejjem fl-istess diviżjoni għal ħafna mis-snin.

Ir-rivalità ma' Leeds United bdiet lejn is-sittinijiet meta Leeds ħarġu bħala tim qawwi, u kompliet ir-rivalità lejn is-sebgħinijiet u t-tmenijiet fejn Leeds kien irnexxielhom jisirqu t-titlu lil United fl-1992. Ma' Arsenal, ir-rivalità bdiet aktar fl-aħħar snin fejn iż-żewġ timijiet qed ikunu f'kompetizzjoni diretta għal rebħ ta' diversi trofej.

[editja] Unuri

It-trofej tat-Tripletta ta' United fl-1999, mix-xellug: Premier League, Champions League u FA Cup

[editja] Kompetizzjonijiet domestiċi

L-Ewwel Diviżjoni: 7
1907–08, 1910–11, 1951–52, 1955–56, 1956–57, 1964–65, 1966–67
It-Tieni Diviżjoni: 2
1935–36, 1974–75
Premier League: 10
1992–93, 1993–94, 1995–96, 1996–97, 1998–99, 1999–2000, 2000–01, 2002–03, 2006–07, 2007–08, 2008–09
1909, 1948, 1963, 1977, 1983, 1985, 1990, 1994, 1996, 1999, 2004
1992, 2006, 2009
Charity Shield: 9
1908, 1911, 1952, 1956, 1957, 1965[37], 1967[38], 1977[37], 1983, 1990[37]
Community Shield: 7
1993, 1994, 1996, 1997, 2003, 2007, 2008

[editja] Kompetizzjonijiet internazzjonali

1968, 1999, 2008
1991
1991
1999, 2008

[editja] Trofej oħra

2006

L-uniku trofew prinċipali li Manchester United naqsu li jirbħu s'issa hi t-Tazza UEFA.[39]

[editja] Referenzi

  1. ^ Manchester United Football Club publikatur=Premier League (Ingliż).
  2. ^ United moving down south as fanbase reaches 333 million (Ingliż), Daily Mail, 15-12-2007.
  3. ^ European Football Statistics (Ingliż). Aċċessata nhar il-24-06-2006.
  4. ^ Manchester United win 11th FA Cup (Ingliż). Aċċessata nhar il-12-08-2007.
  5. ^ United tops global rich list (Ingliż), premierleague.com, 11-01-2008 (Aċċessata nhar il-11-01-2008).
  6. ^ The Most Valuable Soccer Teams (Ingliż), Forbes, 2008-04-30 (Aċċessata nhar il-2008-05-02).
  7. ^ Neville appointed Manchester United Captain (Ingliż), reddiff.com, 03-12-2005.
  8. ^ a b c 1878-1915: From Newton Heath to Old Trafford in The Official Illustrated History of Manchester United , 2006. pġ14
  9. ^ Manchester United FC (Ingliż). Talk Football. Aċċessata nhar il-09-03-2008.
  10. ^ Kliem tradotti minn: "Gentlemen, why don't we call ourselves Manchester United?"
  11. ^ 1908 Charity Shield (Ingliż). footballsite.co.uk. Aċċessata nhar il-12-08-2007.
  12. ^ Munich Air Disaster (Ingliż). BBC News. Aċċessata nhar il-12-08-2007.
  13. ^ Cantona crown's United's season of Double delight (Ingliż), The Telegraph (Aċċessata nhar il-2006-12-11).
  14. ^ a b United crowned kings of Europe (Ingliż). BBC News. Aċċessata nhar il-11-08-2008.
  15. ^ Man United stands alone (Ingliż). Sports Illustrated. Aċċessata nhar il-11-08-2008.
  16. ^ Two down, one to go (Ingliż). Sports Illustrated. Aċċessata nhar il-11-08-2008.
  17. ^ Other News in Soccer in 1999 (Ingliż). Aċċessata nhar il-11-08-2008.
  18. ^ G-14's members (Ingliż). G14.com. Aċċessata nhar il-12-09-2006.
  19. ^ Ruud accuses Ferguson of betrayal (Ingliż), BBC Sport, 07-09-2006 (Aċċessata nhar il-11-12-2006).
  20. ^ Caroline Cheese (02-05-2007). AC Milan 3-0 Man Utd (Agg: 5-3) (Ingliż). BBC Sport. Aċċessata nhar il-28-05-2007.
  21. ^ Manchester United 4-3 Europe XI (Ingliż), ManUtd.com, 13-03-2007.
  22. ^ McNulty, Phil. Man Utd 0-0 Tottenham (aet) (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 01-03-2009 (Aċċessata nhar il-01-03-2009).
  23. ^ McNulty, Phil. Man Utd 0-0 Arsenal (Ingliż), BBC Sport, British Broadcasting Corporation, 16-05-2009 (Aċċessata nhar il-16-05-2009).
  24. ^ Grey day for Manchester United (Ingliż). BBC.co.uk. Aċċessata nhar il-28-05-2007.
  25. ^ Anthony Thomas (03-01-2007). Excuses, excuses, excuses (Ingliż). Black-and-amber.co.uk. Aċċessata nhar il-28-05-2007.
  26. ^ History of Man Utd's Kit (Ingliż). historicalkits.co.uk. Aċċessata nhar il-12-08-2007.
  27. ^ A to Z of Manchester United - R (Ingliż). ManUtdZone.com. Aċċessata nhar il-03-08-2007.
  28. ^ Manchester United kits (Ingliż). prideofmanchester.com. Aċċessata nhar il-2007-05-28.
  29. ^ 1878-1915: From Newton Heath to Old Trafford in The Official Illustrated History of Manchester United , 2006. pġ. 15
  30. ^ Old Trafford 1909-2006 (Ingliż). ManUtdZone.com. Aċċessata nhar il-08-07-2008.
  31. ^ First Team (Ingliż). ManUtd.com (2007). Aċċessata nhar il-28-05-2007.
  32. ^ Ben Hibbs. Reds confirm squad numbers (Ingliż), Manchester United, 10-08-2007 (Aċċessata nhar il-2007-08-10).
  33. ^ The Website of Dreams (Ingliż). StretfordEnd.co.uk. Aċċessata nhar il-20-08-2008.
  34. ^ Bitter rivals do battle (Ingliż). Daily Telegraph. Aċċessata nhar il-06-05-2008.
  35. ^ United's rivalries (Ingliż). Manchester Evening News. Aċċessata nhar il-23-12-2007.
  36. ^ Liverpool v Manchester United preview (Ingliż). Sky Sports. Aċċessata nhar il-23-12-2007.
  37. ^ a b c Titlu maqsum flimkien ma' Liverpool
  38. ^ Titlu maqsum flimkien ma' Tottenham Hotspur
  39. ^ Trophy Room (Ingliż). ManUtd.com (2007). Aċċessata nhar il-28-05-2007.

[editja] Ħoloq esterni

Commons-logo.svg
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali relatati ma':