FA Community Shield
| Sport | Futbol |
|---|---|
| Fundazzjoni | 1908 |
| Nru. ta' timijiet | 2 |
| Reġjun | |
| Ċampjin attwali | Manchester City |
| L-aktar rebħiet | Manchester United (19-il titlu) |
| Sit elettroniku | thefa.com |
L-FA Community Shield (magħrufa qabel bħala Charity Shield) hija logħba tal-futbol li tintlagħab kull sena bejn ir-rebbieħa tal-kampjonat Ingliż u dawk tal-FA Cup. F'każ li ċ-ċampjins tal-Premier League ikunu rebħu wkoll l-FA Cup, l-avversarju jkun it-tim li jkun ikklassifika fit-tieni post tal-kampjonat.
Il-finali ssir ġewwa Wembley Stadium, u ċ-ċampjins attwali huma Manchester City li fit-12 ta' Awwissu 2012 rebħu 3–2 lil Chelsea.
Werrej |
Storja [editja]
Il-Community Shield evolviet mix-Sheriff of London Charity Shield, kompetizzjoni li mill-1898 sal-1905 kienet tlaqqa' l-aqwa tim professjonali Ingliż kontra l-aqwa tim tad-dilettanti. L-isem ġej mill-fatt li l-introjtu minn din il-logħba jingħata b'karità lill-isptarijiet u karitajiet magħżula mill-klabbs parteċipanti, karatterisitka li għadha preżenti sal-ġurnata tal-lum.[1] Il-Football Association Charity Shield, kif kienet magħrufa dak iż-żmien, ġiet immudellata sabiex tieħu post tal-ewwel wara li l-ikbar klabbs tad-dilettanti ma waslux fi qbil mal-FA Ingliża. Il-format il-ġdid kien jinvolvi lir-rebbieħa tal-Ewwel Diviżjoni tal-Football League jaffrontaw lir-rebbieħa tas-Southern League, u l-ewwel logħba li ntlagħbet kienet fl-1908 bejn Manchester United u Queens Park Rangers. Il-partita ntemmet 1–1, u għalhekk kellha terġa' tintlagħab b'Manchester United joħorġu rebbieħa 4–0.
Matul is-snin il-format tal-kompetizzjoni nbidel diversi drabi. Fl-1913, ix-shield kienet missielta bejn formazzjoni tad-dilettanti u dik tal-professjonisti, waqt li fl-1921 il-kompetizzjoni rat ir-rebbieħa tal-Football League u l-FA Cup jaffrontaw lil xulxin. Il-format kompla jvarja fis-snin għoxrin, dejjem fuq il-linja ta' dilettanti kontra professjonisti, fosthom fl-1927 meta l-professjonisti kienu rappreżentati mid-detenturi tal-FA Cup, Cardiff City, u d-dilettanti minn Corinthian.
Fis-sena 1950, ix-shield rat jaffrontaw lit-tim nazzjonali Ingliż tat-Tazza tad-Dinja kontra tim tal-FA li kien dar il-Kanada dak is-sajf.[1] Anki fl-1961, is-sena tad-doppjetta domestika tat-Tottenham Hotspur, it-trofew ġie missielet bejn Tottenham u selezzjoni tal-FA imsejħa "Football Association XI".
Rebbieħa [editja]
Referenzi [editja]
- ^ a b (Ingliż) The Shield - A brief history. TheFA.com. Aċċess tal-URL: 19-09-2011.
Ħoloq esterni [editja]
- Sit uffiċjali fuq TheFA.com
- Lista tal-edizzjonijiet fuq RSSSF.com