Football League
Il-Football League hi kompetizzjoni f'forma ta' kampjonat li fiha jieħdu sehem klabbs professjonali tal-futbol fl-Ingilterra u fil-Galles, u hi l-eqdem kompetizzjoni ta' dan it-tip fil-futbol mondjali. Mill-1992 kellha 72 tim diviżi fi tliet diviżjonijiet, li huma preżentament magħrufa bħala:
Fattur ċentrali ta' dawn il-kampjonati hi l-promozzjoni u r-relegazzjoni. L-ewwel żewġ timijiet tal-Football League Championship jikkwaliikaw awtomatikament għal Premier League, flimkien mar-rebbieħ tal-play-off tal-erba' l-aqwa klassifikati. L-aħħar tnejn tal-Football League 2 jiġu relegati fil-Conference, il-livell l-aktar għoli fil-lvell tad-dilettanti fl-Ingilterra.
Werrej |
Ħarsa ġenerali[editja]
Il-Football League tikkonsisti minn 72 klabb tal-futbol professjonista mill-Ingilterra u Wales. Torganizza wkoll żewġ kompetizzjonijiet eliminatorji. Il-Football League ġie fundat fl-1888 minn William McGregor, oriġinarjament bi tnax-il tim. Hekk kif żdiedu d-diviżjonijiet, kien hemm aktar klabbs, u sal-1950 il-kampjonat kellu 92 klabb. Minħabba konsiderazzjonijiet finanzjari ġabu xi ftit tal-problemi fl-1992 meta, biex ikabbru aktar il-qligħ, il-membri l-kbar tal-Football Leaguq infirdu minn din il-kompetizzjoi biex għamlu kompetizzjoni ġdida, l-FA Premier League, li kienet imsejħa Premier League fl-2007. Il-Football League ma baqax jinkludi l-20 klabb li ngħaqdu ma' dan il-grupp, alavolja r-relegazzjoni u l-promozzjoni bejn il-Football League u l-Premier League għadha ssir. Total ta' 130 tim lagħbu fil-Football League [1] sal-2007 (inklużi dawk fil-Premier League, minħabba li l-klabbs iridu jgħaddu mill-Football league qabel ma jaslu f'din id-diviżjoni għolja.
Storja[editja]
Il-Football League ġiet fundata fit-22 ta' Marzu 1888 u l-ewwel kampjonat sar fit-8 ta' Settembru. Kien hemm tnax-il klabb li ħadu sehem f'din l-ewwel edizzjoni u huma magħruf bħala l-"membri fundatarji".
Fl-1892 il-Football League ġie diviż f'żewġ diviżjonijiet, fejn assorba r-rivalità tal-Football Alliance: b'hekk ġew fundati l-Ewwel Diviżjoni u t-Tieni Diviżjoni. It-Tielet Diviżjoni bdiet issir wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, fl-1920, biex issir l-amissjoni ta' xi timijiet tas-Southern League. Is-sena ta' wara ġew ammessi timijiet oħr mit-Tramuntanta tal-Ingilterra u għal xi snin kienet diviża f'fażi għan-naħa tat-Tramuntana u għal dik tan-Nofsinhar. Wara l-introduzzjoni tal-Fourth Division fl-1958 ġab unfikazzjoni tat-Third Division.
Mill-1983 l-isem tal-Football League hu assoċċjat ma' sponsor minħabba motivi pubbliċitarji, però r-rivoluzzjoni vera tas-sistemà intera tal-futbol fl-Ingilterra saret fl-1992. Wara li nkisbu d-dritti televiżivi u s-sitwazzjoni ekonomika tjiebet, xi timijiet tal-Ewwel Diviżjoni heddew li joħorġu mill-Football League biex jiffurmaw kampjonat awtonomu, il-Premier League. Filfatt hekk kien ġara, imma mhux biss għat-timijiet il-kbar: kienu ġew segwiti minn timijiet oħra tal-Ewwel Diviżjoni. F'dik is-sena l-pożizzjoni tal-Football League saret aktar dgħajfa, fejn ġabret biss it-tliet diviżjonijiet inferjuri tal-futbol professjonista. L-istruttura tal-futbol Ingliż ġiet modifikata, bl-eliminazzjoni tar-Raba' Diviżjoni:
- Premier League: diviżjoni waħda tal-ewwel serje
- Football League: tliet diviżjonijiet, mit-tieni sar-raba' serje.
Titli[editja]
| Klabb | Titli tal-kampjonat 1889-1992 |
Titli tal-Premier League 1993-2007 |
Titli fl-aqwa serje |
Titli tal-Football League 1993-2007 |
Titli tal-Football League 1889-2000 |
|---|---|---|---|---|---|
| Liverpool |
|
|
|
|
|
| Manchester United |
|
|
|
|
|
| Arsenal |
|
|
|
|
|
| Everton |
|
|
|
|
|
| Aston Villa |
|
|
|
|
|
| Sunderland |
|
|
|
|
|
| Newcastle United |
|
|
|
|
|
| Sheffield Wednesday |
|
|
|
|
|
| Huddersfield Town |
|
|
|
|
|
| Leeds United |
|
|
|
|
|
| Wolverhampton Wanderers |
|
|
|
|
|
| Blackburn Rovers |
|
|
|
|
|
| Chelsea |
|
|
|
|
|
| Burnley |
|
|
|
|
|
| Manchester City |
|
|
|
|
|
| Portsmouth |
|
|
|
|
|
| Derby County |
|
|
|
|
|
| Preston North End |
|
|
|
|
|
| Tottenham Hotspur |
|
|
|
|
|
| Nottingham Forest |
|
|
|
|
|
| Ipswich Town |
|
|
|
|
|
| Sheffield United |
|
|
|
|
|
| West Bromwich Albion |
|
|
|
|
|
| Bolton Wanderers |
|
|
|
|
|
| Charlton Athletic |
|
|
|
|
|
| Crystal Palace |
|
|
|
|
|
| Fulham |
|
|
|
|
|
| Middlesbrough |
|
|
|
|
|
| Norwich City |
|
|
|
|
|
| Reading |
|
|
|
|
|