Chelsea FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Chelsea FC
Fundazzjoni 14 ta' Marzu 1905
Stadju Stamford Bridge
Londra
Ingilterra
(Kapaċità: 42,055[1])
Proprjetarju Bandiera tar-Russja Roman Abramovich
Ċermen Bandiera tal-iStati Uniti Bruce Buck
Kowċ Bandiera tal-Italja Carlo Ancelotti
Kampjonat Premier League
Kit left arm adidas chelsea home 0809.png
Komma x-xellugija
Kit body adidas chelsea home 0809.png
Flokk
Kit right arm adidas chelsea home 0809.png
Komma l-leminija
Kit shorts white stripes.png
Xorts
Kalzetti
Kuluri interni
Kit left arm shoulder stripes white stripes half.png
Komma x-xellugija
Kit body shoulder stripes white stripes.png
Flokk
Kit right arm shoulder stripes white stripes half.png
Komma l-leminija
Kit shorts white stripes.png
Xorts
Kit socks 3 stripes white.png
Kalzetti
Kuluri esterni
Kit left arm shoulder stripes blue stripes half.png
Komma x-xellugija
Kit body shoulder stripes blue stripes.png
Flokk
Kit right arm shoulder stripes blue stripes half.png
Komma l-leminija
Kit shorts blue stripes.png
Xorts
Kalzetti
It-tielet kuluri

Chelsea Football Club hu klabb tal-futbol Ingliż, li hu bbażat fil-punent ta' Londra. Iffundat fl-1905, huma jilagħbu fil-Premier League Ingliż fejn qattgħu l-biċċa l-kbira ta' żmien f'din l-ogħla diviżjoni. Huma kellhom żewġ perjodi ta' suċċess: l-ewwel wieħed bejn l-1960 u l-1970, u t-tieni wieħed lejn it-tmiem tal-1990 sal-ġurnata tal-lum. Chelsea rebħu l-kampjonat Ingliż tliet darbiet, l-FA Cup erba' darbiet, il-League Cup erba' darbiet u Tazza tat-Tazez Ewropej darbtejn.[2]

Il-grawnd ta' Chelsea hu Stamford Bridge[3] li jesa' 42,055 persuni u li jinsab f'Fulham, fil-punent ta' Londra, fejn lagħbu fih mill-fundazzjoni tat-tim. Fl-2003, il-klabb kien mixtri mill-billjunarju Russu Roman Abramovich.[4]

Werrej

[editja] Storja

L-ewwel tim ta' Chelsea f'Settembru 1905

Chelsea kien fundat fl-14 ta' Marzu 1905 fil-pub The Rising Sun (li llum iġib l-isem ta' The Buther's Hook), faċċata tad-daħla prinċipali tal-grawnd ta' Fulham Road, u kienu amessi fil-Football League ftit wara. L-ewwel snin tal-klabb ma tantx raw ħafna suċċessi; l-iktar qrib li waslu biex jirbħu trofew maġġuri kienet il-finali tal-FA Cup fl-1915, fejn tilfu kontra Sheffield United. Chelsea iggwadanjaw reputazzjoni li jixtru plejers ta' isem kbir[5] u li jesprimu futbol divertenti, imma fis-snin bejn iż-żewġ gwere ftit ħallew impatt fuq il-futbol Ingliż.

Fl-1952 kien nominat bħala kowċ l-eks-attakkant tat-tim nazzjonali Ingliż Ted Drake, li beda jimmodernizza l-klabb. Din il-modernizzazzjoni kienet se ssir kemm ġewwa u anki barra l-grawnd. Fost il-provvedimenti li għamel kienet li jneħħi l-logo storiku li kien juri pensjonant ta' Chelsea mill-programm tal-partita, b'mod li ma jibqax aktar użat il-laqam storiku Pensioners ("pensjonati") u jkun sostitwit minn ljun rampanti (Lion Rampant Regardant). Minn dakinhar il-plejers ta' Chelsea bdew jiġu magħrufa bħala The Blues. Barra minn hekk, Drake tejjeb il-moda ta' taħriġ fejn introduċa sessjonijiet ta' eżerċitazzjonijiet bil-ballun, li kien taħriġ rari f'dak iż-żmien fl-Ingilterra, u wassal lill-klabb għall-ewwel rebħa maġġuri – il-kampjonat nazzjonali – fl-1954–55. L-istaġuni segwenti ra l-kreazzjoni tat-Tazza taċ-Ċampjins mill-UEFA, imma t-tim ta' Chelsea kienu persważi mill-Football League u l-FA biex jirtiraw mill-kompetizzjoni qabel ma kienet diġà bdiet.[6]

Is-snin sittin ra l-bidu tat-talent ġuvni ta' Chelsea taħt il-gwida ta' Tommy Docherty. It-tim minn Londra ġġieled għall-unuri matul id-deċennju, u ħafna minnhom waslu qrib ħafna tat-tragward. Fl-istaġun 1964–65, fil-fatt, kienu qedgħin fil-ġirja għat-treble li kienet tinvolvi l-kampjonat, l-FA Cup u l-League Cup, fejn rebħu biss dan it-trofew tal-aħħar.[7] Fi tliet staġuni l-iskwadra kienet megħluba fi tliet semi-finali oħra u kienu finalisti telliefa tal-FA Cup. Fl-1970, Chelsea rebħu l-FA Cup fejn rebħu 2–1 lil Leeds United. Sena wara huma kisbu l-ewwel trofew Ewropew, it-Tazza tat-Tazez Ewropej f'Ateni, fejn rebħu f'ripetizzjoni tal-partita lit-tim ta' Real Madrid.

L-aħħar tas-snin sebgħin u l-bidu tas-snin tmenin kien perjodu mimli avvenimenti għat-tim ta' Chelsea. Proġett ambizzjuż ta' ristrutturazzjoni ta' Stamford Bridge hedded l-istabilità finanzjarja tal-klabb,[8] fejn ġew minjugħa diversi plejers importanti u din ipprovokat ir-relegazzjoni. Problemi oħra kienu kawżati mill-element tal-hooligans li kompla matul dak id-deċennju.[9] It-tim ta' Chelsea, li kienu fl-inqas punt tal-fortuni, kien akkwistat minn Ken Bates għal ċifra nominali ta' £1, anki jekk il-proprjetà legali fuq Stamford Bridge kienet mibjugħha lill-iżviluppaturi mmobiljarji, bir-riskju konkret għall-klabb li jħalli l-proprju stadju.[10] Fuq il-grawnd l-iskwadra marret daqxejn aħjar, fejn reqet viċin għall-ewwel darba għar-relegazzjoni fit-Third Division, imma fl-1983 il-kowċ John Neal kien irnexxielu li jgħaqqad skwadra ta' livell minimu ta' żborsament. Chelsea rebħu s-Second Division fl-1983–84 u stabilixxew lilhom infushom fl-aqwa serje, qabel ma kienu retroċessi għal darb'oħra fl-1988. Reġgħu għamlu r-ritorn fl-aqwa diviżjoni immedjatament wara li rebħu s-Second Division 1988–89.

Wara battalja legali kbira Bates reġa' għaqqad il-proprjetà legali mal-klabb fl-1992, fejn laħqu ftehim mal-iżviluppaturi finanzjarji, li kienu fallew minħabba waqgħa fis-suq.[11] Il-forma ta' Chelsea fil-Premier League il-ġdid ma kienx konvinċenti, minkejja li laħqu l-finali tal-FA Cup tal-1994. Kellu jkun Ruud Gullit, rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb fl-1987, li bħala plejer-kowċ biddel il-fortuni tal-klabb. L-Olandiż żied mal-iskwadra diversi plejers internazzjonali, partikularment Gianfranco Zola. Il-klabb irnexxielu jirbaħ l-FA Cup tal-1997 u jerġa' jsir wieħed mill-aqwa timijiet fil-futbol Ingliż bħalma kien darba. Post Gullit ħadu Gianluca Vialli, li, ukoll bħala plejer-kowċ, wassal lit-tim għar-rebħ fil-League Cup u fit-Tazza tat-Tazez Ewropej fl-1998, fl-FA Cup fis-sena 2000 u fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League 1999–00. Wara l-eżoneru tiegħu minfloku wasal Taljan ieħor, Claudio Ranier, li wassal lil Chelsea fil-finali tal-FA Cup tal-2002 u għall-kwalifikazzjoni għaċ-Champions League fl-2002–03.

F'Ġunju 2003 Bates biegħ il-klabb għal ċifra ta' 60 miljun sterlina għall-biljunarju Russu Roman Abramovich, fejn kompla l-bejgħ tal-aktar klabb Ingliż li jiswa minn kull żmien.[12] Il-proprjetarju l-ġdid ħallas parti kbira mid-dejn ta' £80 miljun tal-klabb, u aktar minn £100 miljun kienu minfuqa għal plejers ġodda. It-tim ta' Ranier ma kiseb l-ebda trofew, u postu ħadu l-kowċ Portugiż José Mourinho, li kien għadu kemm rebaħ iċ-Champions League ma' Porto.

Chelsea laħqet għall-ewwel darba il-finali tal-UEFA Champions League 2008.

Fl-2005, fis-sena taċ-ċentinarju tal-klabb, il-Blues rebħu l-Premiership wara nixfa ta' ħamsin sena mill-aħħar titlu nazzjonali, fi staġun rekord (l-inqas numru ta' gowls li laqqat minn fost it-timijiet l-oħra, l-aktar numru ta' rebħiet u l-aktar numru ta' punti miksuba).[13] Mas-suċċess fil-kampjonat kien hemm ukoll ir-rebħa fil-League Cup kontra l-Liverpool bl-iskor ta' 3–2. Fl-2005–06 Chelsea ikkonfermaw lilhom infushom bħala Ċampjins tal-Ingilterra, fejn ugwaljaw ir-rekord ta' 29 rebħa stabbilit fl-istaġun preċedenti. Saret ukoll il-ħames skwadra Ingliża li rebħu t-tieni titlu konsekuttiv wara t-Tieni Gwerra Dinjija u l-ewwel klabb minn Londra li għamel dan wara l-Arsenal lura fl-1933–34.[14] Fis-sena ta' wara, Chelsea rebħu l-FA Cup u l-League Cup.[15][16] imma spiċċaw it-tieni wara Manchester United fil-Premier League.

Fl-20 ta' Settembru 2007, fil-bidu tal-istaġun 2007–08, José Mourinho ħalla lil Chelsea fuq "ftehim kollettiv" u postu ħadu mid-Direttur tal-Futbol Avram Grant.[17][18] Grant wassal lill-iskwadra għat-tieni post fil-kampjonat, għall-finali tal-League Cup li tilfuha kontra Tottenham Hotspur u għall-finali tal-UEFA Champions League, l-ewwel waħda fl-istorja tal-klabb f'din il-kompetizzjoni. Il-partita spiċċat però b'rebħa għal Manchester United permezz tal-għoti tal-penalties. Tliet ijiem wara Grant abbanduna l-bankina ta' Chelsea wara li l-iskadenza tal-kuntratt[19] u kien sostitwit minn Luiz Felipe Scolari fl-1 ta' Lulju 2008.[20]

[editja] Emblema

Mill-fundazzjoni tal-klabb, Chelsea kellha erba' emblemi prinċipali, minkejja li kollha sarulhom xi varjazzjonijiet minuri. Fl-1905, Chelsea adottaw l-ewwel emblema bl-immaġini ta' pensjonant ta' Chelsea (suldat Brittaniku), li għenet fil-laqam ta' "pensioners", u baqgħet tintuża' sa nofs seklu wara, minkejja li qatt ma dehret fuq il-flokkijiet. Bħala parti mill-modernizzazzjoni tal-klabb fi żmien Ted Drake mill-1952 'il quddiem, hu insista li l-emblema preżenta tintneħħa u minflok isir waħda ġdida.[21] Għal sena kienet adottata emblema temporanja u sempliċi li kienet tikkonsisti biss mill-inizzjali C.F.C. Fl-1953, l-emblema tbiddlet għal iljun blu iħares lura u f'idejh iżomm bastun, li damet sa tliet deċennji ta' wara. mal-iljun u l-bastun kien hemm ukoll tliet wardiet li kienu jirrapreżentaw lill-Ingilterra u żewġ blalen tal-futbol. Din kienet l-ewwel darba li l-emblema tal-klabb dehret fuq il-flokkijiet, minħabba li l-politika li tpoġġi l-emblema tal-klabb fuq il-flokkijiet kienet adottata biss fil-bidu tas-snin sittin.[21]

Fl-1986, bi proprejatrji ġodda fil-klabb, l-emblema ta' Chelsea reġgħet inbiddlet bħala parti ta' attentat ieħor ta' modernizzazzjoni. Din kienet tikkonsisti minn iljun, b'kulur isfar u mhux blu, bilqiegħda fuq l-inizzjali C.F.C. Din damet għad-dsatax-il sena ta' wara, b'xi modifiki bħal kuluri differenti. Bi proprejatri ġodda u ċ-ċentinarju tal-klabb li kien qed joqrod, bil-kombinazzjoni ta' xi rikjesi min-naħa tal-partitarji biex tiġi restawrata l-emblema tradizzjonali tal-klabb, kien deċiż li din terġa' tinbidel fl-2004. Din kienet adottata għall-bidu tal-istaġun 2005–06 u kien jimmarka r-ritorn tad-disinn il-qadim tal-iljun blu bil-bastun. Bħal emblemi oħra, din ukoll dehret f'kuluri diversi, fosthom l-abjad u kulur id-deheb.

[editja] Kuluri soċjali

Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
Il-kuluri tad-dar ta' Chelsea, li kienu wżati mill-1905 sal-1912.

Chelsea minn dejjem libbsu flokkijiet blu, minkejja li għall-bidu huma adottaw kulur aktar ċar mill-verżjoni kurrenti, u b'differenza mill-ġurnata tal-lum huma kienu jilbsu xorts bojod u b'kalzetti blu skuri. Il-flokkijiet blu ċari ma tantx damu, u minflok il-kulur sar blu rjali madwar l-1912.[22] Meta Tommy Dochert sar kowċ fil-bidu tas-snin sittin hu biddel għal darb'oħra l-uniformi, fejn żied xorts blu (li għadhom jintużaw sal-lum) u kalzetti bojod, biex b'hekk ikun jista' jagħmel il-kuluri tal-klabb aktar distiniti hekk kif l-ebda klabb maġġuri ma kellu din il-kombinazzjoni; din l-uniformi ntlibset fl-istaġun 1964-65.[23]

Il-kuluri tradizzjoni ta' Chelsea għal logħob barra mid-dar huma kollha sofor jew bojod b'linja bluna, imma, bħal xi timijiet oħra, huma kellhom ukoll oħrajn li ma tantx kienu komuni. L-ewwel uniformi għal barra minn darhom kienet tikkonsisti minn ta' faxxi suwed u bojod u għal logħba waħda fis-snin sittin, it-tim libes bi strixxi blu u suwed fi stil ta' Inter Milan, għal darb'oħra fi żmien Docherty. Uniformijiet oħra jinkludu uniformi ħadra menta fis-snin tmenin, u b'kaxex ħomor u bojod fil-bidu tas-snin disgħin.[24]

Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
Kuluri tat-tim
It-tielet uniformi ta' Chelsea fl-istaġun 07/08.

L-uniformi tal-istaġun 2007–08 ta' Chelsea għal logħob barra minn darhom tikkonsisti minn flokk "isfar elettriku" b'linji suwed ħoxnin li jiffurmaw kaxex separati fuq il-flokk. It-tliet strixxi tal-adidas huma suwed, li jkomplu sejrin fuq l-id. Hi milbusa flimkien ma' xorts u kalzetti suwed, imma f'ċerti każijiet jintlibsu xorts u/jew kalzetti "sofor elettriku". L-emblema tal-flokk hi f'kulur "isfar elettriku" u iswed, minflok is-soltu blu, abjad, aħmar u kulur id-deheb. Għall-istaġun 2007–08, hemm ukoll it-tielet uniformi, li hi kollha bajda b'linji bluni u suwed.

L-uniformi ta' Chelsae bħalissa hi magħmula mill-Adidas, li għandu kuntratt li joffri l-uniformi tal-klabb mill-2006 sal-2001. L-isponsor tal-uniformi kurrenti hu Samsung.[25]

[editja] Stadju

[editja] Skwadra kurrenti

[editja] L-ewwel tim

N. Poż. Plejer
1 Bandiera tar-Repubblika Ċeka G Petr Čech
2 Bandiera tas-Serbja D Branislav Ivanović
3 Bandiera tal-Ingilterra D Ashley Cole
5 Bandiera tal-Gana M Michael Essien
6 Bandiera tal-Portugall D Ricardo Carvalho
8 Bandiera tal-Ingilterra M Frank Lampard (viċi-kaptan)
9 Bandiera tal-Arġentina A Franco Di Santo
10 Bandiera tal-Ingilterra M Joe Cole
11 Bandiera tal-Kosta tal-Avorju A Didier Drogba
12 Bandiera tan-Niġerja M Mikel John Obi
13 Bandiera tal-Ġermanja M Michael Ballack
15 Bandiera ta' Franza M Florent Malouda
17 Bandiera tal-Portugall D José Bosingwa
19 Bandiera tal-Portugall D Paulo Ferreira
20 Bandiera tal-Portugall M Deco
N. Poż. Plejer
21 Bandiera tal-Kosta tal-Avorju A Salomon Kalou
23 Bandiera tal-Italja G Carlo Cudicini
26 Bandiera tal-Ingilterra D John Terry (kaptan)
27 Bandiera tal-Brażil M Mineiro
33 Bandiera tal-Brażil D Alex
35 Bandiera tal-Brażil D Juliano Belletti
39 Bandiera ta' Franza A Nicolas Anelka
40 Bandiera tal-Portugall G Henrique Hilário
42 Bandiera tal-Ingilterra D Michael Mancienne
43 Bandiera tas-Slovakkja A Miroslav Stoch
44 Bandiera tal-Ingilterra M Michael Woods
46 Bandiera tal-Ingilterra M Jimmy Smith
47 Bandiera tal-Ingilterra M Lee Sawyer
48 Bandiera ta' Franza A Gaël Kakuta

[editja] Plejers barra f'self

N. Poż. Plejer
14 Bandiera tal-Peru A Claudio Pizarro (ma' Werder Bremen)
16 Bandiera tal-Ingilterra D Scott Sinclair (ma' Birmingham City)

[editja] Plejer tas-sena (1967–2008)

Sena Rebbieħ
1967 Bandiera tal-Ingilterra Peter Bonetti
1968 Bandiera tal-Iskozja Charlie Cooke
1969 Bandiera tal-Ingilterra David Webb
1970 Bandiera tal-Ingilterra John Hollins
1971 Bandiera tal-Ingilterra John Hollins
1972 Bandiera tal-Ingilterra David Webb
1973 Bandiera tal-Ingilterra Peter Osgood
1974 Bandiera tal-Ingilterra Gary Locke
1975 Bandiera tal-Iskozja Charlie Cooke
1976 Bandiera tal-Ingilterra Ray Wilkins
1977 Bandiera tal-Ingilterra Ray Wilkins
1978 Bandiera tal-Ingilterra Micky Droy
1979 Bandiera tal-Ingilterra Tommy Langley
1980 Bandiera tal-Ingilterra Clive Walker
1981 Bandiera tal-Jugożlavja Petar Borota
1982 Bandiera tal-Ingilterra Mike Fillery
1983 Bandiera tal-Galles Joey Jones
1984 Bandiera tal-Iskozja Pat Nevin
1985 Bandiera tal-Iskozja David Speedie
1986 Bandiera tal-Galles Eddie Niedzwiecki
1987 Bandiera tal-Iskozja Pat Nevin
 
Sena Rebbieħ
1988 Bandiera tal-Ingilterra Tony Dorigo
1989 Bandiera tal-Ingilterra Graham Roberts
1990 Bandiera tal-Olanda Ken Monkou
1991 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Andy Townsend
1992 Bandiera tal-Ingilterra Paul Elliott
1993 Bandiera tal-Ġamajka Frank Sinclair
1994 Bandiera tal-Iskozja Steve Clarke
1995 Bandiera tan-Norveġja Erland Johnsen
1996 Bandiera tal-Olanda Ruud Gullit
1997 Bandiera tal-Galles Mark Hughes
1998 Bandiera tal-Ingilterra Dennis Wise
1999 Bandiera tal-Italja Gianfranco Zola
2000 Bandiera tal-Ingilterra Dennis Wise
2001 Bandiera tal-Ingilterra John Terry
2002 Bandiera tal-Italja Carlo Cudicini
2003 Bandiera tal-Italja Gianfranco Zola
2004 Bandiera tal-Ingilterra Frank Lampard
2005 Bandiera tal-Ingilterra Frank Lampard
2006 Bandiera tal-Ingilterra John Terry
2007 Bandiera tal-Gana Michael Essien
2008 Bandiera tal-Ingilterra Joe Cole

[editja] Kowċis prominenti

[editja] Rivalità

Chelsea għandha rivalità kbira mat-tim tal-Fulham minħabba raġunijiet storiċi u loġistiċi. Il-"Cottagers", fil-fatt, huma t-tim tad-distrett ta' Fulham li jikkonfinaw proprju ma' dak ta' Chelsea. Barra minn hekk Stamford Bridge jinsab fid-distrett ta' Fulham.

Rivalità oħra jinkludu dawk kontra l-Arsenal u kontra t-Tottenham. Timijiet oħra ta' Londra, bħall-Millwal u West Ham ma tantx jissimpatizzaw lill-kuġini bluni.

Fuq livell nazzjonali, il-Leeds United hi forsi waħda mill-klabbs l-inqas simpatiċi mal-benjamini ta' Chelsea. Din ir-rivalità kibret mill-finali diskussa tal-FA Cup mirbuħa minn Chelsea. F'dawn l-aħħar snin, Sir Alex Ferguson (kowċ ta' Manchester United) u José Mourinho welldu oppożizzjoni sinjifikattiva bejn iż-żewġ klabbs.

Fuq ambitu kontinetali, mill-2004 iċ-Champions League offriet xenarju prestiġuż għall-isfidi kontra l-Ispanjoli ta' Barcelona, li ħallew effetti fl-ambjenti rispettivi. Anki mal-Liverpool ta' Rafa Benìtez żdiedet rivalità mill-ikbar ma' Chelsea, l-aktar fl-isfida doppja fis-semi-finali taċ-Champions League li raw lir-"Reds" jittrijunfaw dejjem.

Fl-isfida doppja taċ-Champions League kontra l-Barcelona fl-istaġuni 2004–05 u 2005–06, Chelsea rebħu lill-Ispanjoli wara partita emozzjonanti fi Stamford Bridge, fejn hemmhekk twieldet ir-rivalità bejn iż-żewġ klabbs. F'dik l-edizzjoni Chelsea kienu kkwalifikaw. Fis-sena ta' wara, dejjem fiċ-Champions League, Chelsea ħarġu bħala telliefa kontra l-Katalani. Il-protagonista assolut tal-isfida kien Ronaldinho, li kien awtur ta' gowl mill-isbaħ fit-tieni konfront.

[editja] Unuri

[editja] Kompetizzjonijiet domestiċi

First Division: 1
1954–55
Premier League: 2
2004–05, 2005–06
1983–84, 1988–89
1970, 1997, 2000, 2007
1965, 1998, 2005, 2007
1955, 2000, 2005
1986, 1990

[editja] Kompetizzjonijiet internazzjonali

1970–1971, 1997–1998
1998

[editja] Biblijografija

  • Clive Batty. A Serious Case of the Blues: Chelsea in the 80s. Vision Sports Publishing Ltd, 2004. ISBN 1-905326-02-5
  • Clive Batty. The Chelsea Miscellany. Vision Sports Publishing Ltd, 2005. ISBN 0-9546428-9-9
  • Clive Batty. Kings of the King's Road: The Great Chelsea Team of the 60s and 70s. Vision Sports Publishing Ltd, 2004. ISBN 0-9546428-1-3
  • Scott Cheshire; Levy, Michael. Chelsea Home Programme Guide 1946-1998. Scott Cheshire and Michael Levy. ISBN 0-9533917-0-1
  • Glanvill Glanvill. Chelsea FC: The Official Biography - The Definitive Story of the First 100 Years. Headline Book Publishing Ltd, 2006. ISBN 0-7553-1466-2
  • Rob Hadgraft. Chelsea: Champions of England 1954-55. Desert Island Books Limited, 2004. ISBN 1-874287-77-5
  • Harry Harris. Chelsea's Century. Blake Publishing, 2005. ISBN 1-84454-110-X
  • John Ingledew. And Now Are You Going to Believe Us: Twenty-five Years Behind the Scenes at Chelsea FC. John Blake Publishing Ltd, 2006. ISBN 1-84454-247-5
  • Tony Matthews. Who's Who of Chelsea. Mainstream Publishing, 2005. ISBN 1-84596-010-6
  • Brian Mears. Chelsea: A 100-year History. Chelsea: A 100-year History, 2004. ISBN 1-84018-823-5
  • Brian Mears. Chelsea: Football Under the Blue Flag. Chelsea: A 100-year History, 2002. ISBN 1-84018-658-5
  • Leo Moynihan. Chelsea's Cult Heroes. Know the Score Books, 2005. ISBN 1-905449-00-3

[editja] Referenzi

  1. ^ Stadium Layout (Ingliż). chelseafc.com. Aċċessata nhar il-21-08-2008.
  2. ^ Trophy Cabinet (Ingliż). chelseafc.com. Aċċessata nhar 25 ta' Jannar, 2007.
  3. ^ Stadium Layout (Ingliż). chelseafc.com. Aċċessata nhar 21 ta' Jannar, 2007.
  4. ^ Russian businessman buys Chelsea (Ingliż), BBC, 02-07-2003 (Aċċessata nhar il-11-02-2007).
  5. ^ Brian Glanville. Little sign of change for Chelsea and their impossible dreams (Ingliż), timesonline.co.uk, 10-01-2004 (Aċċessata nhar il-02-05-2008).
  6. ^ Brian Glanville. The great Chelsea surrender (Ingliż), timesonline.co.uk, 27-04-2005 (Aċċessata nhar il-05-05-2008).
  7. ^ Glanvill, Rick, Chelsea FC: The Official Biography - The Definitive Story of the First 100 Years , 2006. pġ. 196 ISBN 0-7553-1466-2
  8. ^ Glanvill, Chelsea FC: The Official Biography , 2006. pġ. 84–87
  9. ^ Glanvill, Chelsea FC: The Official Biography , 2006. pġ. 143–157
  10. ^ Glanvill, Chelsea FC: The Official Biography , 2006. pġ. 89–90
  11. ^ Glanvill, Chelsea FC: The Official Biography , 2006. pġ. 90–91
  12. ^ Steve Rosenberg. Chasing 'Mr Chelski' (Ingliż), BBC, 24-08-2003 (Aċċessata nhar il-05-05-2008).
  13. ^ Mourinho proud of battling finish (Ingliż), BBC, 13-05-2005 (Aċċessata nhar il-05-05-2008).
  14. ^ Matt Barlow. Terry Eyes Back-to-Back Titles (Ingliż), Sporting Life (Aċċessata nhar il-22-05-2008).
  15. ^ Mitchell, Kevin. Something old, new and Blue (Ingliż), The Observer, 20-05-2007 (Aċċessata nhar il-20-05-2007).
  16. ^ Chelsea 2-1 Arsenal (Ingliż), BBC, 25-02-2007 (Aċċessata nhar il-05-05-2007).
  17. ^ Mourinho makes shock Chelsea exit (Ingliż), BBC Sport, 20-09-2007 (Aċċessata nhar il-05-05-2008).
  18. ^ Chelsea name Grant as new manager (Ingliż), BBC Sport, 20-09-2007 (Aċċessata nhar il-21-09-2007).
  19. ^ Grant leaves Chelsea (Ingliż), Chelseafc.com, 24-05-2008 (Aċċessata nhar il-30-05-2008).
  20. ^ Scolari is new Chlesea manager (Ingliż). chelseafc.com. Aċċessata nhar il-11-06-2008.
  21. ^ a b Club Badges (Ingliż). chelseafc.com. Aċċessata nhar 21 ta' Jannar, 2007.
  22. ^ Glanvill, Rick, Chelsea Football Club: The Official History in Pictures , 2006. ISBN 0-7553-1467-0 pġ. 212
  23. ^ Mears, Brian, Chelsea: Football Under the Blue Flag , 2002. pġ. 42 ISBN 1-84018-658-5
  24. ^ Kull uniformi hi diskussjoni fuq is-sit uffiċjali tal-klabb Kits (Ingliż). chelseafc.com. Aċċessata nhar il-01-01-2007.
  25. ^ Ashling O'Connor. Clubs to cash in on mobile advertising (Ingliż), The Times, 02-05-2005 (Aċċessata nhar il-01-01-2007).

[editja] Ħoloq esterni

Commons-logo.svg
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali relatati ma':