L-Ewwel Diviżjoni tal-Football League

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
L-Ewwel Diviżjoni tal-Football League
Football League First Division.png
Sport Futbol
Fundazzjoni 1888
Abolita 2004
Nru. ta' timijiet 24
Reġjun Ingilterra
Wales
Ċampjin attwali Norwich City
(2003–04)
L-aktar rebħiet Liverpool
Promozzjoni għal Premier League
Relegazzjoni għal Tieni Diviżjoni tal-Football League

L-Ewwel Diviżjoni tal-Football League kienet l-ogħla diviżjoni tal-Football League bejn l-1993 u l-2004, u kumplessivament kienet l-ogħla diviżjoni tal-futbol Ingliż bejn l-1892 u l-1992.

Storja[editja]

Il-fundazzjoni tal-Football League saret fl-1888 mid-direttur tal-klabb ta' Aston Villa William McGregor. Oriġinarjament din kienet tikkonsisti minn diviżjoni waħda magħmula minn tnax-il klabb (Accrington, Aston Villa, Blackburn Rovers, Bolton Wanderers, Burnley, Derby County, Everton, Notts County, Preston North End, Stoke (issa Stoke City), West Bromwich Albion u Wolverhampton Wanderers), sempliċement magħrufa bħala The Football League. Meta fl-1892, dan il-kampjonat beda jaċċetta membri mill-Football Alliance, tal-ewwel kien maqsum f'żewġ diviżjonijiet; il-kampjonat oriġinarju ġie estiż (bl-aqwa żewġ klabbs tal-Alliance jingħaqdu) u ġie msemmi bl-isem il-ġdid ta' L-Ewwel Diviżjoni, waqt li l-kumplament tal-membri tal-Alliance ġew ammessi fit-Tieni Diviżjoni.

Għall-mitt sena ta' wara, l-Ewwel Diviżjoni kien bla ebda dubju l-aqwa kampjonat professjonali fil-futbol Ingliż. Wara, fl-1992 it-22 klabb li kienu jagħmlu parti mill-Ewwel Diviżjoni ddeċidew li jirriżenjaw mill-Football League u jiffurma l-FA Premier League. Hekk għamlu, u permezz ta' din it-tranżizzjoni l-istatus tagħhom bħala l-ikbar u l-aktar klabbs sinjuri fil-pajjiż aktar kiber, waqt li n-negozjati għad-drittijiet televiżivi saru jagħtu aktar profitt. Il-Football League kien sussegwentamant ri-organnizat, bit-Tieni, it-Tielet u r-Raba' Diviżjoni jiġu msemmija l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet rispettivament. B'hekk, l-Ewwel Diviżjoni, waqt li xorta baqgħet fl-ogħla livell tal-Football League, issa niżlet fit-tieni livell mis-sistema totali tal-kampjonat Ingliż, biex b'hekk l-aqwa timijiet wirtu s-sistema ta' logħba eliminatorji li toffri l-promozzjoni mit-Tieni Diviżjoni l-antika.

L-isem tal-Ewwel Diviżjoni tbiddel għal Football League Championship qabel il-bidu tal-istaġun 2004–05, għal raġunijiet kummerċjali. Madanakollu, din xorta tibqa' fit-tieni livell tal-futbol Ingliż.

Daqs[editja]

L-Ewwel Diviżjoni fil-bidu kienet tikkonsisti mit-tnax-il klabb fundatur; minn dakinhar din id-diviżjoni esperjenzat estenzjoni hekk kif il-futbol beda jsir aktar popolari waqt li l-kwalità tat-timijiet kiber ukoll. Kien hemm ukoll serje ta' tnaqqis lejn tmiem is-snin tmenin, però dawn ma tantx damu, kif inhu deskritt f'din it-tabella:

Nu. ta' klabbs Minn Sa
12 1888 1891
14 1891 1892
16 1892 1898
18 1898 1905
20 1905 1915
22 1919 1987
21 1987 1988
20 1988 1991
22 1991 1995
24† 1995 2004

† bħala d-diviżjoni fit-tieni livell tal-futbol Ingliż (mill-1995)

Ara wkoll[editja]