UEFA Champions League
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| UEFA Champions League | |
|---|---|
| Sport | Futbol |
| Fundazzjoni | 1955 (1992 fil-format il-ġdid) |
| Parteċipanti | 32 (Fażi tal-gruppi) 76 jew 77 (Total) |
| Nazzjon(ijiet) | Ewropa (UEFA) |
| L-aħħar rebbieħ | |
| L-aktar rebħiet | |
| Sit elettroniku | uefa.com |
|
Trofew jew rikonoxximent
|
|
Il-UEFA Champions League, li qabel kienet magħrufa bħala t-Tazza taċ-Ċampjins, hi kompetizzjoni tal-futbol li tiġi organizzata kull sena mill-UEFA u li ilha ssir mill-1992 (eżattament fl-1955 bil-format il-qadim) għall-aqwa timijiet fl-Ewropa. It-trofew hu kkunsidrat bħala l-aktar trofew prestiġjuż għal klabb f'dan l-isport. Il-UEFA Champions League hi separata mill-kompetizzjoni l-oħra tat-Tazza UEFA.
Il-kampjonat jinqasam f'fażijiet differenti. Il-format preżenti jikkonsisti minn tliet rawnds preliminarji lejn nofs Lulju. Is-sittax-il tim li joħorġu rebbieħa minn dawn il-preliminari jingħaqdu ma' sittax-il tim ieħor li jkun akkwista kwalifikazzjoni awtomatika fejn flimkien jieħdu sehem fil-fażi tal-gruppi. It-tmien timijiet rebbieħa tal-grupp flimkien ma' dawk li spiċċaw it-tieni jidħlu fil-fażi eliminatorja, li tispiċċa bil-finali f'Mejju. Fil-passat, kienu ċ-ċampjins tal-kampjonat nazzjonali biss li setgħu jkunu eleġibbli biex jipparteċipaw fil-kompetizjoni; madanakollu, din tbiddlet fl-1997 biex iħallu dawk li jispiċċaw fit-tieni post tal-aqwa kampjonati biex jissieħbu wkoll.
It-titlu ntrebaħ minn 21 tim differenti, 12 minn dawn rebħuh aktar minn darba. It-tim bl-akbar rebħiet hu t-tim Spanjol ta' Real Madrid li kiseb dan it-titlu għal disa' darbiet.
Id-detentur ta' din it-tazza hu Barcelona ta' Spanja li rebħu lil Manchester United bl-iskor ta' 2–0 fil-finali ġewwa Ruma, l-Italja, nhar is-27 ta' Mejju 2009.
Werrej |
[editja] Storja
Dan it-turnew ingħata l-bidu fl-1955, wara suġġeriment tal-ġurnalista sportiv Franċiż u l-editur tal-gazzetta L'Équipe Gabriel Hanot, bħala reazzjoni għal dak li kien intqal mill-istampa Brittanika fuq il-klabb ta' Wolverhampton Wanderers li kienu ċ-"Ċampjins tad-Dinja", wara sensiela ta' rebħiet f'partiti ta' ħbiberija kontra timijiet Ewropej fis-snin ħamsin. It-turnew kellu l-iskop ta' kompetizzjoni kontinentali bejn iċ-ċampjins tal-kampjonati nazzjonali tal-Ewropa, imsejjaħ it-Tazza taċ-Ċampjins.
Din il-kompetizzjoni bdiet fl-1955–56 taħt format ta' żewġ legs eliminatorji fejn it-timijiet jilgħabu żewġ partiti, waħda ġewwa darhom u waħda barra, u t-tim bl-ikbar riżultat totali jikkwalifika għar-rawnd suċċessiv tal-kompetizzjoni. Sal-1992, kienu biss it-timijiet rebbieħa tal-kampjonati nazzjonali li kellhom aċċess għal din il-kompetizzjoni, flimkien mad-detentur attwali tat-tazza. Fl-istaġun 1992–93, il-format tbiddel biex jikludi fażi tal-gruppi u l-isem tbiddel għal UEFA Champions League. Sar tibdil kbir ukoll fl-aċċess ta' timijiet għal din il-kompetizzjoni, hekk kif grazzi għal numru ta' rawnds ta' kwalifika u l-istruttura tal-gruppi kabbret l-elleġibilità ta' parteċipazzjoni. Fl-1997–98, il-parteċipazzjoni ġiet estiża biex tinkludi dawk li kklassifikaw fit-tieni post ta' xi kampjonati ta' ċerti pajjiżi skont il-lista tal-koeffiċjenti tal-UEFA. Is-sistema ta' kwalifika ġie ristrutturata sabiex iċ-ċampjins nazzjonali minn pajjiżi li huma l-isfel fil-klassifika tal-koeffiċjenti jieħdu sehem f'żewġ jew aktar rawnds ta' kwalifika, waqt li timijiet klassifikati fit-tieni post fil-kampjonat u li ġejjin minn pajjiżi pożizzjonati aktar fl-ogħli jidħlu fir-rawnds suċċessivi. Huma erba' timijiet mill-aqwa pajjiżi klassifikati, li jingħataw dritt għall-aċċess f'din il-kompetizzjoni.
Bejn l-1960 u l-2004, ir-rebbieħ tat-turnew kien jikkwalifika għat-Tazza Interkontinentali kontra r-rebbieħ tat-Tazza Libertadores tal-Amerika t'Isfel. Wara x-xoljiment ta' din il-kompetizzjoni, ir-rebbieħ jikkwalifika awtomatikament għat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs organizzata mill-FIFA flimkien mar-rebbieħa tal-turnej tal-konfederazzjonijiet l-oħra.
[editja] Format
[editja] Kwalifikazzjoni
Timijiet li jispiċċaw mill-ewwel sar-raba' post fl-aqwa kampjonati jikkwalifikaw għar-rawnd preliminarju tal-UEFA Champions League.
In-numru ta' postijiet fil-kompetizzjoni jiddependi fil-pożizzjoni rispettiva tal-assoċjazzjoni fit-tabella tal-koefiċċjenti tal-UEFA:
- assoċjazzjonijiet klassifikati mill-ewwel sat-tielet post għandhom erba' postijiet,
- assoċjazzjonijiet klassifikati mir-raba' sas-sitt post għandhom tliet postijiet,
- assoċjazzjonijiet klassifikati mis-seba' sal-ħmistax-il post għandhom żewġ postijiet,
- assoċjazzjonijiet klassifikati fis-sittax jew inqas għandhom post wieħed.
Il-pożizzjoni tal-assoċjazzjoni jiddependi wkoll minn f'liema fażi l-klabb oriġini jidħol fil-kompetizzjoni. Per eżempju, l-aqwa tliet assoċjazzjonijiet klassifikati, għandhom żewġ postijiet fil-fażi tal-gruppi (għaċ-ċampjins u t-tieni klassifikat) u t-tnejn l-oħra fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni (għat-tielet u r-raba' klassifikat), fejn min-naħa l-oħra l-assoċjazzjonijiet klassifikati fl-inqas pożizzjonijiet tal-klassifika għandhom biss post wieħed fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għaċ-ċampjins tal-kampjonat rispettiv. L-assoċjazzjonijiet li jinsabu fl-aqwa disa' postijiet fil-klassifika għandhom tal-anqas post wieħed garantit fil-fażi tal-gruppi.
Is-sitwazzjoni fuq id-detenur tat-Tazza għandha ma ġietx iċċarata. Lura fl-2005 seħħet kontroversja fejn il-klabb Ingliż ta' Liverpool, li kien għadu kemm ittrijonfa fl-edizzjoni preċedenti, spiċċa barra mill-ewwel erba' postijiet tal-Premier League. L-FA Ingliża tat id-dritt lil Everton, li kienu spiċċaw fir-raba' post, li jingħataw il-post finali Ingliż għall-UEFA Champions League 2005–06. Il-UEFA waslet fi qbil li ż-żewġ rivali ta' Merseyside jidħlu fil-kompetizzjoni. Liverpool bdew mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni waqt li Everton bdew mit-tielet. Ir-regoli attwali tal-UEFA hi li jekk ir-rebbieħ tal-UEFA Champions League jonqos li jasal fil-pożizzjonijiet allokati lil dik l-assoċjazzjoni għal post fl-Ewropa, dan jieħu post l-inqas tim klassifikat fil-kampjonat. It-tim li jkun ittieħed postu jikkwalifika għat-Tazza UEFA.
Fl-2005–06, Liverpool u Artmedia Bratislava tal-Islovakkja saru l-ewwel timijiet li waslu sal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League wara li lagħbu f'kull rawnd ta' kwalifikazzjoni. Fl-2008–09 ġara l-istess ħaġa għat-timijiet ta' BATE and Anorthosis Famagusta FC.
Kull klabb li jkun irid jipparteċipa fiċ-Champions League irid ikollu l-liċenzja mill-assoċjazzjoni nazzjonali biex jieħu sehem fil-kompetizzjoni. Biex tinkiseb din il-liċenzja, il-klabb irid jilħaq ċerti kriterji fuq l-istadju, l-infrastruttura u dawk finanzjarji.
[editja] Turnew
Dan it-turnew jibda b'fażi tal-gruppi ta' 32 tim, diviżi fi 8 gruppi. Timijiet li jiġu mill-istess pajjiż ma jiġux allokati fl-istess grupp. Kull tim jiltaqa' mat-timijiet l-oħra f'format imsejjaħ round-robin, b'logħbiet ġewwa u barra minn darhom. L-aqwa żewġ timijiet ikompli fil-kompetizzjoni, fir-rawnd tal-aħħar sittax li b'hekk tibda r-rawnd eliminatorju (b'eliminazzjoni diretta). Għal din il-fażi, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra t-tieni klassifikati fil-gruppi. Mill-kwarti tal-finali 'l quddiem, il-poloz jittellgħu bl-addoċċ, b'ebda riserva għat-timijiet li ġejjin mill-istess pajjiż.
Il-fażi tal-gruppi tintlagħab matul ix-xahar tal-ħarifa, waqt li l-fażi eliminatorja tibda waqt l-waqfa tax-xitwa. Il-partiti jintlagħbu bejn it-timijiet fuq bażi ta' partiti ġewwa u barra minn darhom, b'eċċezzjoni tal-finali. Din tal-aħħar tipikament tiġi ospitata ġimgħatejn f'Mejju.
[editja] Trofew
Il-forma attwali tat-trofew ġiet kummissjonata fl-1966 għal 10,000 Frank Żvizzeru u l-ewwel tim li rebaħ din it-tazza l-ġdida kien it-tim ta' Celtic, rebbieħ tal-finali tal-25 ta' Mejju 1967 f'Liżbona kontra l-Inter. Il-forma tiegħu ġiet approvata mis-segretarju ġenerali tal-UEFA, Hans Bangerter, fuq bażi ta' diversi proposti preżentati minn speċjalista minn Berna, Hans Stadelmann. Il-modifiki finali li saru fuqu, saru mill-inċiżitur Fred Bänninger wara 340 siegħa ta' ħidma mit-tifel ta' Stadelmann, Jürg. It-tazza għandha tul ta' 62 ċm u tiżen 7.5 kg. Jekk il-verżjonijiet tal-1973 u tal-1976 kienu sostanzjalment konformi mal-oriġinal tal-1966, dik tal-1994 kienet tvarja partikularment fil-ktiba Coupe des clubs champions européens li minn ktiba b'ittri żgħar saret waħda miktuba b'ittra kapitali, u fuq wara bdew jinkitbu r-riżultati tal-finali, waqt li t-trofew attwali, tal-2005, għandu inċiż fuq wara tiegħu l-ismijiet tal-timijiet kollha li rebħu din il-kompetizzjoni.
Mill-1997 bdiet id-drawwa li t-trofew oriġinali jgħaddi għas-sidnku tal-belt li tkun se tospita l-finali, biex b'hekk il-pubbliku jkun jista' jżur dan it-trofew xahar jew xahrejn qabel il-konfront deċiżiv.
[editja] Kopertura tal-medja
Din il-kompetizzjoni tattira numru kbir ta' telespettaturi, mhux biss mill-Ewropa, iżda wkoll minn madwar id-dinja kollha. Il-partiti jixxandru kull sena f'aktar minn 70 pajjiż f'aktar minn 40 lingwa, u xi partiti importanti jattiraw udjenza televiżiva ta' aktar minn 200 miljun, fejn hi kkunsidrata fost l-aktar avveniment sportiv segwit fuq it-televiżjoni.[1]
[editja] Rekords u statistika
[editja] Skont il-klabb
(Meta t-tabella tiġi rranġata skont is-snin mirbuħa jew mitlufa, it-tabella tiġi rranġa skont id-data tal-ewwel rebħa ta' kull klabb)
[editja] Skont il-pajjiż
[editja] L-aqwa skorers ta' kull żmien
Jinkludu l-logħob ta' kwalifika
Plejers miktuba b'tipa ħoxna għadhom attivi fil-kamp tal-futbol.
| Poż. | Pajjiż | Plejer | Gowls | Logħob | Gowls/Logħob | Debutt fl-Ewropa | Klabbs |
|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | Raúl González | 64[2] | 127 | 0.50 | 1995 | Real Madrid | |
| 2 | Ruud van Nistelrooy | 60 | 79 | 0.76 | 1997 | PSV Eindhoven, Manchester United, Real Madrid | |
| 7 | Thierry Henry | 59 | 117 | 0.50 | 1997 | Monaco, Arsenal, Barcelona | |
| 4 | Andriy Shevchenko | 56 | 103 | 0.54 | 1994 | Dynamo Kyiv, Milan, Chelsea, Milan | |
| 5 | Alfredo di Stéfano | 49 | 58 | 0.84 | 1955 | Real Madrid | |
| 6 | Eusébio | 47 | 64 | 0.73 | 1961 | Benfica | |
| 7 | Filippo Inzaghi | 46 | 75 | 0.61 | 1997 | Juventus, Milan | |
| 8 | Alessandro Del Piero | 44 | 83 | 0.53 | 1993 | Juventus | |
| … | Gerd Müller | 35 | 33 | 1.06 | 1996 | Bayern Munich |
[editja] L-aktar apparenzi ta' kull żmien
| Poż. | Pajjiż | Plejer | Logħob | Klabb |
|---|---|---|---|---|
| 1 | Thierry Henry | 130 | Monaco, Arsenal, Barcelona | |
| 2 | Ryan Giggs | 128 | Manchester United | |
| 3 | Raúl González | 128 | Real Madrid | |
| 4 | Roberto Carlos | 120 | Real Madrid, Fenerbahçe | |
| 5 | Paul Scholes | 115 | Manchester United |
[editja] Referenzi
- ^ World’s most watched TV sports events: 2006 Rank & Trends report (Ingliż), Initiative (Aċċessata nhar il-26-05-2007).
- ^ Leach, Matthew (25-11-2008). Raul tops European goal scoring charts and guides Real Madrid into the last 16 (Ingliż). The Daily Telegraph. Aċċessata nhar il-19-12-2008.
[editja] Ħoloq esterni
- (Ingliż) Sit uffiċjali
- (Ingliż) Riżultati ta' kull edizzjoni fuq RSSSF
- (Ingliż) Storja tat-Tazza Ewropea
|
||||||||||||||||||||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
|
||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||
