UEFA Europa League

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

(Riindirizzat minn Tazza UEFA)
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
UEFA Europa League
Soccerball current event.svg UEFA Europa League 2009-10
UEFAEuropaLeague.png
Sport Futbol
Fundazzjoni 1971 (2009 fil-format il-ġdid)
Parteċipanti 48 (Fażi tal-gruppi)
+8 klabbs li jingħaqdu wara l-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League[1]
160 (Total)
Nazzjon(ijiet) Ewropa (UEFA)
L-aħħar rebbieħ Bandiera tal-Ukrajna Shakhtar Donetsk
L-aktar rebħiet Bandiera tal-Italja Juventus
Bandiera tal-Italja Internazionale
Bandiera tal-Ingilterra Liverpool
(3 darbiet)

Il-UEFA Europa League hi tieni l-ikbar kompetizzjoni Ewropea għall-klabbs tal-futbol wara l-UEFA Champions League. Din hi kompetizzjoni annwali għall-klabbs Ewropej organizzata mill-Unjoni Ewropea tal-Assoċjazzjonijiet tal-Futbol (UEFA). Il-klabbs jikkwalifikaw għal din il-kompetizzjoni bbażat skont il-prestazzjoni tagħhom fil-kampjonat nazzjonali u t-tazzi nazzjonali.

Preċedentament imsejħa bħala t-Tazza UEFA, il-kompetizzjoni, minn Ġunju tal-2009, għall-istaġun tal-futbol 2009-10 bdiet tissejjaħ Europa League,[2][3] wara li saret bidla fil-format. Għal raġunijiet ta' żammm ta' rekords min-naħa tal-UEFA, l-Europa League u t-Tazza UEFA huma kkunsidrati bħala l-istess kompetizzjoni, bil-bdil fl-isem ikun sempliċement bidla fit-titlu tal-marka.

Il-kompetizzjoni bdiet fl-1971 u postha ħaditu t-Tazza tal-Fieri. Għall-fini ta' rekords, il-UEFA tirrikonoxxi t-Tazza tal-Fieri bħala predeċessur dirett tat-Tazza UEFA. Fl-1999, it-Tazza tat-Tazez Ewropej ġiet abolita u mwaħħda mat-Tazza UEFA. Għall-kompetizzjoni tal-2005–06 ġiet miżjuda l-fażi tal-gruppi għal qabel l-istadju eliminatorju. Il-format il-ġdid tal-2009 se jara t-twaħħid tat-Tazza Intertoto li se jipproduċi format aktar estensiv, b'fażi tal-gruppi ikbar u tibdil fil-kriterji ta' kwalifikazzjoni.

L-Ukreni ta' Shakhtar Donetsk huma attwalment iċ-ċampjins renjanti tal-kompetizzjoni wara li fil-finali tal-20 ta' Mejju 2009 għelbu lil Bremen, fl-aħħar finali taħt l-imsejħa kompetizzjoni Tazza UEFA.

Werrej

[editja] Storja

Il-logo tat-Tazza UEFA bejn l-2004 u l-2009.

It-Tazza UEFA intlagħbet għall-ewwel darba fl-istaġun 1971–72, bit-tim Ingliż ta' Tottenham Hotspur ikun l-ewwel rebbieħ. Ir-regola ta' 'klabb wieħed għal kull belt', li ntirtet mit-Tazza tal-Fieri, ġiet abolita fl-1975. Il-klabb Ingliż ta' Everton spiċċa r-raba' fil-kampjonat Ingliż u b'hekk seta' jikkwalifika, imma ċċaħdu minn din l-opportunità hekk kif ir-rivali lokali ta' Liverpool kienu wkoll ikkwalifikaw meta spiċċaw it-tieni. Everton appellaw li r-regola kienet inġusta u l-UEFA qablu li jdwaru din id-deċiżjoni.

Il-kompetizzjoni kien tradizzjonalment miftuħa għat-tieni klassifikati fil-kampjonati domestiċi, imma l-kompetizzjoni fl-1999 ġiet magħquda mal-kompetizzjoni preċedenti tal-UEFA, it-Tazza tat-Tazez Ewropej. Minn dakinhar, ir-rebbieħa tat-tazez nazzjonali daħlu wkoll fit-Tazza UEFA. Barra minn hekk, il-klabbs eliminati fit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League u t-timijiet li jispiċċaw fit-tielet post tal-fażi tal-gruppi jkomplu jikkompetu fit-Tazza UEFA. Ammessi f'din il-kompetizzjoni huma wkoll tliet rappreżentanti tal-Fair Play, ħdax-il rebbieħ tat-Tazza Intertoto, u r-rebbieħa ta' xi kompetizzjonijet tal-League Cup.

Ir-rebbieħa jżommu t-trofew għal sena qabel ma jerġgħu jagħtuh lill-UEFA. Wara li jirritornawh lura, il-klabb jirċievi replika tat-trofew oriġinali fi skala ta' erba' kwinti. Ir-regoli jgħidu wkoll li t-trofew oriġinali jingħata lil kwalunkwe klabb li jirbaħ it-Tazza UEFA għal tliet darbiet wara xulxin jew ħames darbiet fl-istorja, minkejja li mill-2008 din għadha ma seħħitx.

Erba' timijiet rebħu t-Tazza UEFA flimkien mal-kampjonat nazzjonali u t-tazza nazzjonali fl-istess sena, b'dawn ikunu IFK Göteborg fl-1982, Galatasaray fl-2000, Porto fl-2003 u CSKA Moscow fl-2005. Din il-kisba hi magħrufa bħala tripletta li Galatasaray biss irnexxielhom ikompluha bis-Supertazza Ewropea. Aktar minn hekk Ajax u Galatasaray huma l-uniċi żewġ timijiet li rebħu t-tazza mingħajr ma tilfu matul il-kompetizzjoni u kif ukoll Espanyol, li minkejja li spiċċaw finalisti telleifa, waslu sal-finali mingħajr ma jsofru telfa.

Mill-istaġun 2009–10 'il quddiem, il-kompetizzjoni ġiet rinominata għal UEFA Europa League.[2][3] Il-kompetizzjoni se titwaħħad mat-Tazza Intertoto, kompetizzjoni tat-tielet livell tal-UEFA.

[editja] Trofew

It-trofew, li jiżen 15-il kg, mingħajr il-mankijiet, huwa poġġut fuq bażi ta' rħama safra. Ġie iddisinjat u maħdum mil-laboratorji Bertoni ta' Milan għall-finali tal-1972 għal spiża ta' 23,000 Ewro. It-trofew juri kif mill-bażi tal-irħama joħorġu grupp ta' plejers li jidhru li qed jisfidaw lil xulxin biex jilħqu l-ballun. Fil-fatt, dawn isostnu t-tazza ottagonali li tirrafigura l-emblema tal-UEFA.

[editja] Format

Il-format attwali tal-kompetizzjoni ġie adottat għall-istaġun 2004–05. Il-bidla maġġuri kienet l-introduzzjoni ta' fażi tal-gruppi u żewġ rawnds ta' kwalifika minflok waħda. Aktar tibdiliet saru għall-istaġun 2006–07 minħabba li saru tibdiliet fil-format tat-Tazza Intertoto. Mill-bidu tal-istaġun 2009–10, il-UEFA iddeċidiet li tbiddel għal format ta' tnax-il grupp ta' erba' timijiet fit-tieni rawnd minflok il-format preċedenti ta' tmien gruppi u ħames timijiet.[4]

[editja] Formati storiċi

Il-kompetizzjoni kienet tradizzjonalment turnew ta' eliminazzjoni diretta. Kull konfront kien jintlagħab fuq bażi ta' żewġ partiti, fosthom il-finali wkoll. Mill-1998, il-finali bdiet tintlagħab fuq partita waħda, imma l-konfronti l-oħra baqgħu fuq żewġ partiti.

Qabel l-istaġun 2004–05, it-turnew kien jikkonsisti minn rawnd wieħed ta' kwalifikazzjoni, segwit minn serje ta' rawnds eliminatorji. Is-sittax-il tellief fit-tielet rawnd ta' kwalifika għaċ-Champions League kienu jidħlu fl-ewwel rawnd; aktar tard fil-kors tat-turnew, mat-tim li jkunu salvaw fil-fażijiet suċċessivi jingħaqdu magħhom it-timijiet li jkunu temmew il-fażi tal-gruppi taċ-Champions League fit-tielet post.

Qabel ir-riforma tal-2009, it-Tazza UEFA kienet tibda b'żewġ rawnds ta' kwalifika li jsiru f'Lulju u Awwissu. Parteċipanti li jagħmlu parti mill-assoċjazzjonijiet klassifikati mit-18-il post 'l isfel jidħlu fl-ewel rawnd, waqt li għat-tieni rawnd jipparteċipaw timijiet mill-assoċjazzjonijiet ta' bejn id-9 u t-18-il post. Barra minn hekk, tliet postijiet fl-ewwel rawnd kienu jkunu riservati għar-rebbieħa tal-Fair Play u ħdax-il post fit-tieni rawnd ikunu riservati għar-rebbieħa tat-Tazza Intertoto.

Ir-rebbieħa tar-rawnds ta' kwalifika jissieħbu ma' timijiet mill-assoċjazzjonijiet klassifikati mill-1 sat-13-il post. Barra minn hekk, it-telliefa tat-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League jidħlu wkoll f'din il-fażi, waqt li post ieħor jiġi riservat għaċ-ċampjins attwali tal-kompetizzjoni. F'dan l-istadju jkun hemm 80 tim.

Wara l-ewwel rawnd, l-40 tim li jibqgħu fil-kompetizzjoni jiġu mqassmin fi tmien gruppi ta' ħamsa. B'differenza mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, il-fażi tal-gruppi tat-Tazza UEFA tintlagħab fuq format ta' kollha kontra kulħadd, fejn kull klabb jilgħab żewġ partiti ġewwa daru u tnejn oħra barra minn daru. L-aqwa tliet timijiet ta' kull grupp jipprosegwu għar-rawnd segwenti, fejn magħhom jingħaqdu t-timijiet li jkunu kklassifikaw fit-tielet post fil-gruppi rispettivi tagħhom fil-UEFA Champions League.

Wara l-fażi tal-gruppi jkun hemm il-waqfa tax-xitwa. Minn dan il-punt, il-fażi eliminatorja tkompli b'konfronti abbażi ta' żewġ partiti li jwasslu għall-finali, li tintlagħab fuq grawnd newtrali li jilħaq il-kriterji tal-UEFA għal stadju ta' erba' stilel.

[editja] Riforma għall-istaġun 2009–10

Mill-istaġun 2009–2010, il-kompetizzjoni ħadet isem ġdid u ssemmiet bħala l-UEFA Europa League.[2]

Format ġdid għall-UEFA Europa League se jiġi introdott għal ċiklu ta' tliet snin, li jibda mill-istaġun 2009–2010. L-ikbar bidla se tkun fażi tal-gruppi bi tnax-il grupp ta' erba' timijiet, minflok tmien gruppi ta' ħamsa.

Anke l-kwalifikazzjoni se titbiddel b'mod sinjifikanti. L-assoċjazzjonijiet ikklassifikati bejn is-7 u d-9 post fil-koeffiċjenti tal-UEFA jibgħatu r-rebbieħa tat-tazza nazzjonali u tliet timijiet oħra għall-kwalifika tal-UEFA Europa League, waqt li l-pajjiżi l-oħra jibgħatu r-rebbieħ tat-tazza nazzjonali u żewġ timijiet oħra, minbarra l-Liechtenstein, l-Andorra u San Marino li minflok se jibgħatu biss r-rebbieħ tat-tazza nazzjonali. Ħafna drabi, it-timijiet l-oħra jkunu l-aqwa timijiet f'kull kampjonat domestiku wara dawk li jkunu kkwalifikaw għall-UEFA Champions League; madanakollu, Franza u l-Ingilterra jidhru li se jkomplu jużaw post minnhom għar-rebbieħ tal-League Cup. Aktar minn hekk, tliet postijiet fl-ewwel mill-erba' rawnds ta' kwalifikazzjoni huma xorta riservati għar-rebbieħa tal-Fair Play. Għall-istaġun inwagurali 2009–2010 dawn il-postijiet se jmorru għal Rosenborg tan-Norveġja, Randers tad-Danimarka u Motherwell tal-iSkozja.

Ġeneralment, aktar mal-assoċjazzjoni tkun għolja fil-koeffiċjenti tal-UEFA, il-klabbs mill-istess assoċjazzjoni jidħlu f'fażi aktar tardiva tal-fażi ta' kwalifika, madanakollu kull tim minbarra ċ-ċampjin kurrenti jrid jilgħab mill-inqas f'rawnd wieħed ta' kwalifika. Barra mit-timijiet imsemmija, 15-il tim ieħor tellief fit-tieni rawnd ta' kwalifika għall-UEFA Champions League jidħlu fir-raba' u l-aħħar stadju ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, preċedentament magħrfuha bħala l-ewwel rawnd, u l-10 telliefa tat-tielet rawnd ta' kwalifika taċ-Champions League jidħlu direttament fil-fażi tal-gruppi tal-Europa League. It-12-il rebbieħ u 12-il tim klassifikat fit-tieni post jipproċedi għar-rawnd eliminatorju, flimkien ma' tmien timijiet oħra li temmew l-impenji tagħhom fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League fit-tielet post. Il-finalista tellief tat-tazza domestika huwa xorta intitolat li jidħol għall-UEFA Europa League jekk ir-rebbieħ tal-istess tazza jkun ikkwalifika għall-UEFA Champions League.[5]

[editja] Finali

Ir-rebbieħ rebaħ wara l-ħin supplementari
* Ir-rebbieħ rebaħ wara l-għoti tal-penalties
# Ir-rebbieħ rebaħ wara l-gowl tad-deheb
Tipa ħoxna Tindika r-rebbieħ f'finali abbażi ta' żewġ legs

Għall-ewwel 25 sena tal-kompetizzjoni, il-finali kienet kontestata fuq żewġ partiti, li jintlagħbu fil-grawnds rispettivi tat-timijiet. Fl-1998, it-tim Taljan ta' Internazionale għeleb lil Lazio fl-ewwel finali li saret fuq bażi ta' konfront wieħed fuq grawnd newtrali, fil-Parc des Princes ta' Pariġi.[6] Tottenham Hotspur rebħu l-finali inawgurali tal-kompetizzjoni fl-1972 meta rebħu lil Wolverhampton Wanderers bi skor aggregat ta' 3–2.[7]

[editja] 1972–1977: Finali doppja

Staġun Pajjiż Tim ġewwa daru Riżultat Tim barra minn daru Pajjiż Stadju Lokalità
1971–72 Flag of England.svg ENG Wolverhampton Wanderers 1–2 Tottenham Hotspur Flag of England.svg ENG Molineux Wolverhampton, Ingilterra
Flag of England.svg ENG Tottenham Hotspur 1–1 Wolverhampton Wanderers Flag of England.svg ENG White Hart Lane Londra, Ingilterra
Tottenham Hotspur rebħu bi skor aggregat ta' 3–2
1972–73 Flag of England.svg ENG Liverpool 3–0 Borussia Mönchengladbach Flag of Germany.svg FRG Anfield Liverpool, Ingilterra
Flag of Germany.svg FRG Borussia Mönchengladbach 2–0 Liverpool Flag of England.svg ENG Bökelbergstadion Mönchengladbach, Ġermanja tal-Punent
Liverpool rebħu bi skor aggregat ta' 3–2
1973–74 Flag of England.svg ENG Tottenham Hotspur 2–2 Feyenoord Rotterdam Flag of the Netherlands.svg NED White Hart Lane Londra, Ingilterra
Flag of the Netherlands.svg NED Feyenoord 2–0 Tottenham Hotspur Flag of England.svg ENG De Kuip Rotterdam, Olanda
Feyenoord rebħu bi skor aggregat ta' 4–2
1974–75 Flag of Germany.svg FRG Borussia Mönchengladbach 0–0 Twente Flag of the Netherlands.svg NED Rheinstadion Düsseldorf, Ġermanja tal-Punent
Flag of the Netherlands.svg NED Twente 1–5 Borussia Mönchengladbach Flag of Germany.svg FRG Diekman Stadion Enschede, Olanda
Borussia Mönchengladbach rebħu bi skor aggregat ta' 5–1
1975–76 Flag of England.svg ENG Liverpool 3–2 Club Brugge Flag of Belgium (civil).svg BEL Anfield Liverpool, Ingilterra
Flag of Belgium (civil).svg BEL Club Brugge 1–1 Liverpool Flag of England.svg ENG Olympiastadion Bruges, Belġju
Liverpool rebħu bi skor aggregat ta' 4–3
1976–77 Flag of Italy.svg ITA Juventus 1–0 Athletic Bilbao Flag of Spain 1945 1977.svg ESP Stadio Comunale Turin, Italja
Flag of Spain 1945 1977.svg ESP Athletic Bilbao 2–1 Juventus Flag of Italy.svg ITA San Mamés Bilbao, Spanja
Skor aggregat ta' 2–2, Juventus rebħu bir-regola tal-gowls barra minn darhom
1977–78 Flag of France.svg FRA Bastia 0–0 PSV Flag of the Netherlands.svg NED Stade Armand Cesari Bastia, Franza
Flag of the Netherlands.svg NED PSV 3–0 Bastia Flag of France.svg FRA Philips Stadion Eindhoven, Olanda
PSV rebħu bi skor aggregat ta' 3–0
1978–79 Flag of SFR Yugoslavia.svg YUG Red Star Belgrad 1–1 Borussia Mönchengladbach Flag of Germany.svg FRG Stadion Crvena Zvezda Belgrad, Jugożlavja
Flag of Germany.svg FRG Borussia Mönchengladbach 1–0 Red Star Belgrad Flag of SFR Yugoslavia.svg YUG Rheinstadion Düsseldorf, Ġermanja tal-Punent
Borussia Mönchengladbach rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1979–80 Flag of Germany.svg FRG Borussia Mönchengladbach 3–2 Eintracht Frankfurt Flag of Germany.svg FRG Bökelbergstadion Mönchengladbach, Ġermanja tal-Punent
Flag of Germany.svg FRG Eintracht Frankfurt 1–0 Borussia Mönchengladbach Flag of Germany.svg FRG Waldstadion Frankfurt, Ġermanja tal-Punent
Skor aggregat ta' 3–3, Eintracht Frankfurt rebħu bir-regola tal-gowls barra minn darhom
1980–81 Flag of England.svg ENG Ipswich Town 3–0 AZ Flag of the Netherlands.svg NED Portman Road Ipswich, Ingilterra
Flag of the Netherlands.svg NED AZ 4–2 Ipswich Town Flag of England.svg ENG Olympisch Stadion Amsterdam, Olanda
Ipswich Town rebħu bi skor aggregat ta' 5–4
1981–82 Flag of Sweden.svg SWE IFK Göteborg 1–0 Hamburg Flag of Germany.svg FRG Nya Ullevi Gothenburg, Żvezja
Flag of Germany.svg FRG Hamburg 0–3 IFK Göteborg Flag of Sweden.svg SWE Volksparkstadion Hamburg, Ġermanja tal-Punent
IFK Göteborg rebħu bi skor aggregat ta' 4–0
1982–83 Flag of Belgium (civil).svg BEL Anderlecht 1–0 Benfica Flag of Portugal.svg POR Heysel Stadium Brussell, Belġju
Flag of Portugal.svg POR Benfica 1–1 Anderlecht Flag of Belgium (civil).svg BEL Estádio da Luz Liżbona, Portugall
Anderlecht rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1983–84 Flag of Belgium (civil).svg BEL Anderlecht 1–1 Tottenham Hotspur Flag of England.svg ENG Constant Vanden Stock Brussell, Belġju
Flag of England.svg ENG Tottenham Hotspur 1–1 Anderlecht Flag of Belgium (civil).svg BEL White Hart Lane Londra, Ingilterra
Skor aggregat ta' 2–2, Tottenham Hotspur rebħu 4–3 wara l-għoti tal-penalties *
1984–85 Flag of Hungary (1957-1989).png HUN Videoton 0–3 Real Madrid Flag of Spain.svg ESP Stadion Sóstói Székesfehérvár, Ungerija
Flag of Spain.svg ESP Real Madrid 0–1 Videoton Flag of Hungary.svg HUN Santiago Bernabéu Madrid, Spanja
Real Madrid rebħu bi skor aggregat ta' 3–1
1985–86 Flag of Spain.svg ESP Real Madrid 5–1 Köln Flag of Germany.svg FRG Santiago Bernabéu Madrid, Spanja
Flag of Germany.svg FRG Köln 2–0 Real Madrid Flag of Spain.svg ESP Olympiastadion Berlin tal-Lvant, Ġermanja tal-Punent
Real Madrid rebħu bi skor aggregat ta' 5–3
1986–87 Flag of Sweden.svg SWE IFK Göteborg 1–0 Dundee United Flag of Scotland.svg SCO Nya Ullevi Gothenburg, Żvezja
Flag of Scotland.svg SCO Dundee United 1–1 IFK Göteborg Flag of Sweden.svg SWE Tannadice Park Dundee, Scotland
IFK Göteborg rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1987–88 Flag of Spain.svg ESP Espanyol 3–0 Bayer Leverkusen Flag of Germany.svg FRG Estadi de Sarrià Barċellona, Spanja
Flag of Germany.svg FRG Bayer Leverkusen 3–0 Espanyol Flag of Spain.svg ESP Ulrich Haberland Stadion Leverkusen, Ġermanja tal-Punent
Skor aggregat ta' 3–3, Bayer Leverkusen rebħu 3–2 wara l-għoti tal-penalties *
1988–89 Flag of Italy.svg ITA Napoli 2–1 VfB Stuttgart Flag of Germany.svg FRG Stadio San Paolo Napli, Italja
Flag of Germany.svg FRG VfB Stuttgart 3–3 Napoli Flag of Italy.svg ITA Neckarstadion Stuttgart, Ġermanja tal-Punent
Napoli rebħu bi skor aggregat ta' 5–4
1989–90 Flag of Italy.svg ITA Juventus 3–1 Fiorentina Flag of Italy.svg ITA Stadio Comunale Turin, Italja
Flag of Italy.svg ITA Fiorentina 0–0 Juventus Flag of Italy.svg ITA Stadio Partenio Avellino, Italja
Juventus rebħu bi skor aggregat ta' 3–1
1990–91 Flag of Italy.svg ITA Internazionale 2–0 Roma Flag of Italy.svg ITA San Siro Milan, Italja
Flag of Italy.svg ITA Roma 1–0 Internazionale Flag of Italy.svg ITA Stadio Olimpico Ruma, Italja
Internazionale rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1991–92 Flag of Italy.svg ITA Torino 2–2 Ajax Flag of the Netherlands.svg NED Stadio delle Alpi Turin, Italja
Flag of the Netherlands.svg NED Ajax 0–0 Torino Flag of Italy.svg ITA Olympisch Stadion Amsterdam, Olanda
Skor aggregat ta' 2–2, Ajax rebħu bir-regola tal-gowls barra minn darhom
1992–93 Flag of Germany.svg GER Borussia Dortmund 1–3 Juventus Flag of Italy.svg ITA Westfalenstadion Dortmund, Ġermanja
Flag of Italy.svg ITA Juventus 3–0 Borussia Dortmund Flag of Germany.svg GER Stadio delle Alpi Turin, Italja
Juventus rebħu bi skor aggregat ta' 6–1
1993–94 Flag of Austria.svg AUT Casino Salzburg 0–1 Internazionale Flag of Italy.svg ITA Ernst-Happel-Stadion Vjenna, Austria
Flag of Italy.svg ITA Internazionale 1–0 Casino Salzburg Flag of Austria.svg AUT San Siro Milan, Italja
Internazionale rebħu bi skor aggregat ta' 2–0
1994–95 Flag of Italy.svg ITA Parma 1–0 Juventus Flag of Italy.svg ITA Stadio Ennio Tardini Parma, Italja
Flag of Italy.svg ITA Juventus 1–1 Parma Flag of Italy.svg ITA San Siro Milan, Italja
Parma rebħu bi skor aggregat ta' 2–1
1995–96 Flag of Germany.svg GER Bayern Munich 2–0 Bordeaux Flag of France.svg FRA Olympiastadion Munich, Ġermanja
Flag of France.svg FRA Bordeaux 1–3 Bayern Munich Flag of Germany.svg GER Parc Lescure Bordeaux, Franza
Bayern Munich rebħu bi skor aggregat ta' 5–1
1996–97 Flag of Germany.svg GER Schalke 04 1–0 Internazionale Flag of Italy.svg ITA Parkstadion Gelsenkirchen, Ġermanja
Flag of Italy.svg ITA Internazionale 1–0 Schalke 04 Flag of Germany.svg GER San Siro Milan, Italja
Skor aggregat ta' 1–1, Schalke 04 rebħu 4–1 wara l-għoti tal-penalties *

[editja] 1998–preżent: Finali unika

[editja] Tazza UEFA

Staġun Pajjiż Rebbieħ Riżultat Finalista tellief Pajjiż Stadju Lokalità
1997–98 Flag of Italy.svg ITA Internazionale 3–0 Lazio Flag of Italy.svg ITA Parc des Princes Pariġi, Franza
1998–99 Flag of Italy.svg ITA Parma 3–0 Marseille Flag of France.svg FRA Stadju Luzhniki Moska, Russja
1999–2000 Flag of Turkey.svg TUR Galatasaray İstanbul  *0–0 * Arsenal Flag of England.svg ENG Parken Stadium Kopenħagen, Danimarka
2000–01 Flag of England.svg ENG Liverpool  #5–4 # Alavés Flag of Spain.svg ESP Westfalenstadion Dortmund, Ġermanja
2001–02 Flag of the Netherlands.svg NED Feyenoord 3–2 Borussia Dortmund Flag of Germany.svg GER De Kuip Rotterdam, Olanda
2002–03 Flag of Portugal.svg POR Porto  †3–2 † Celtic Flag of Scotland.svg SCO Estadio Olímpico de Sevilla Sevilla, Spanja
2003–04 Flag of Spain.svg ESP Valencia 2–0 Marseille Flag of France.svg FRA Nya Ullevi Gothenburg, Żvezja
2004–05 Flag of Russia.svg RUS CSKA Moscow 3–1 Sporting CP Flag of Portugal.svg POR Estádio José Alvalade Liżbona, Portugall
2005–06 Flag of Spain.svg ESP Sevilla 4–0 Middlesbrough Flag of England.svg ENG Philips Stadion Eindhoven, Olanda
2006–07 Flag of Spain.svg ESP Sevilla  *2–2 * Espanyol Flag of Spain.svg ESP Hampden Park Glasgow, Skozja
2007–08 Flag of Russia.svg RUS Zenit Saint Petersburg 2–0 Rangers Flag of Scotland.svg SCO City of Manchester Stadium Manchester, Ingilterra
2008–09 Flag of Ukraine.svg UKR Shakhtar Donetsk  †2–1 † Werder Bremen Flag of Germany.svg GER Stadju Şükrü Saracoğlu Istanbul, Turkija

[editja] UEFA Europa League

Staġun Pajjiż Rebbieħ Riżultat Finalista tellief Pajjiż Stadju Lokalità
2009–10 Sin bandera.svg ? Sin bandera.svg ? HSH Nordbank Arena Amburgu, Ġermanja
2010–11 Sin bandera.svg ? Sin bandera.svg ? Aviva Stadium Dublin, Irlanda
2011–12 Sin bandera.svg ? Sin bandera.svg ? Lia Manoliu Arena Bukarest, Rumanija

[editja] Rebbieħa

[editja] Skont il-klabb

Il-logo tat-Tazza UEFA qabel l-2004.
Tim Rebħiet Finali mitlufa Snin tar-rebħiet Snin tat-telfiet
Bandiera tal-Italja Juventus 3 1 1977, 1990, 1993 1995
Bandiera tal-Italja Internazionale 3 1 1991, 1994, 1998 1997
Bandiera tal-Ingilterra Liverpool 3 0 1973, 1976, 2001
Bandiera tal-Ġermanja Borussia Mönchengladbach 2 2 1975, 1979 1973, 1980
Bandiera tal-Ingilterra Tottenham Hotspur 2 1 1972, 1984 1974
Bandiera ta' Spanja Real Madrid 2 0 1985, 1986
Bandiera tal-Żvezja IFK Göteborg 2 0 1982, 1987
Bandiera tal-Italja Parma 2 0 1995, 1999
Bandiera tal-Olanda Feyenoord 2 0 1974, 2002
Bandiera ta' Spanja Sevilla 2 0 2006, 2007
Bandiera tal-Belġju Anderlecht 1 1 1983 1984
Bandiera tal-Olanda PSV 1 0 1978
Bandiera tal-Ġermanja Eintracht Frankfurt 1 0 1980
Bandiera tal-Ingilterra Ipswich Town 1 0 1981
Bandiera tal-Ġermanja Bayer Leverkusen 1 0 1988
Bandiera tal-Italja Napoli 1 0 1989
Bandiera tal-Olanda Ajax 1 0 1992
Bandiera tal-Ġermanja Bayern Munich 1 0 1996
Bandiera tal-Ġermanja Schalke 04 1 0 1997
Bandiera tat-Turkija Galatasaray 1 0 2000
Bandiera tal-Portugall Porto 1 0 2003
Bandiera ta' Spanja Valencia 1 0 2004
Bandiera tar-Russja CSKA Moscow 1 0 2005
Bandiera tar-Russja Zenit St. Petersburg 1 0 2008
Bandiera tal-Ukrajna Shakhtar Donetsk 1 0 2009
Bandiera tal-Ġermanja Borussia Dortmund 0 2 1993, 2002
Bandiera ta' Franza Marseille 0 2 1999, 2004
Bandiera ta' Spanja Espanyol 0 2 1988, 2007
Bandiera tal-Ingilterra Wolverhampton Wanderers 0 1 1972
Bandiera tal-Olanda Twente 0 1 1975
Bandiera tal-Belġju Club Brugge 0 1 1976
Bandiera ta' Spanja Athletic Bilbao 0 1 1977
Bandiera ta' Franza Bastia 0 1 1978
Bandiera tas-Serbja Red Star Belgrade 0 1 1979
Bandiera tal-Olanda AZ 0 1 1981
Bandiera tal-Ġermanja Hamburg 0 1 1982
Bandiera tal-Portugall Benfica 0 1 1983
Bandiera tal-Ungerija Videoton 0 1 1985
Bandiera tal-Ġermanja Köln 0 1 1986
Bandiera tal-Iskozja Dundee United 0 1 1987
Bandiera tal-Ġermanja VfB Stuttgart 0 1 1989
Bandiera tal-Italja Fiorentina 0 1 1990
Bandiera tal-Italja Roma 0 1 1991
Bandiera tal-Italja Torino 0 1 1992
Bandiera tal-Awstrija Austria Salzburg 0 1 1994
Bandiera ta' Franza Bordeaux 0 1 1996
Bandiera tal-Italja Lazio 0 1 1998
Bandiera tal-Ingilterra Arsenal 0 1 2000
Bandiera ta' Spanja Alavés 0 1 2001
Bandiera tal-Iskozja Celtic 0 1 2003
Bandiera tal-Portugall Sporting CP 0 1 2005
Bandiera tal-Ingilterra Middlesbrough 0 1 2006
Bandiera tal-Iskozja Rangers 0 1 2008
Bandiera tal-Ġermanja Werder Bremen 0 1 2009

[editja] Skont il-pajjiż

Pajjiż Rebħiet Finali mitlufa
Bandiera tal-Italja Italja 9 6
Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja 6 8
Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 6 4
Bandiera ta' Spanja Spanja 5 4
Bandiera tal-Olanda Olanda 4 2
Bandiera tar-Russja Russja 2 0
Bandiera tal-Żvezja Żvezja 2 0
Bandiera tal-Belġju Belġju 1 2
Bandiera tal-Portugall Portugall 1 2
Bandiera tat-Turkija Turkija 1 0
Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna 1 0
Bandiera ta' Franza Franza 0 4
Bandiera tal-Iskozja Skozja 0 3
Bandiera tal-Awstrija Awstrija 0 1
Bandiera tal-Jugożlavja Jugożlavja 0 1
Bandiera tal-Ungerija Ungerija 0 1

[editja] Referenzi

  1. ^ L-aqwa tliet timijiet f'kull grupp javvanzaw għar-rawnd ta' l-aħħar 32, fejn hemmhekk jingħaqdu magħhom mit-tmien timijiet li kklassifikaw fit-tielet post fil-fażi tal-gruppi taċ-Champions League.
  2. ^ a b c Uefa Cup gets new name in revamp (Ingliż). bbc.co.uk. Aċċessata nhar il-26-09-2008.
  3. ^ a b UEFA Cup to become UEFA Europa League (Ingliż). uefa.com. Aċċessata nhar il-26-09-2008.
  4. ^ Mark Chaplin (01-12-2007). Champions League changes agreed (Ingliż). uefa.com. Aċċessata nhar il-19-07-2009.
  5. ^ Format tal-kompetizzjoni 2009/10, UEFA.com
  6. ^ 2009 final: Istanbul (Ingliż). UEFA (31-05-2008). Aċċessata nhar il-09-07-2008.
  7. ^ Spurs keep Wolves at bay (Ingliż). UEFA (02-01-2006). Aċċessata nhar il-29-06-2008.

[editja] Ħoloq esterni