Klabb tal-futbol

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Klabb tal-futbol hu l-isem kollettiv li jindika grupp ta' plejers li jiffurmaw tim u li l-għan tagħhom hu li jipprattikaw il-logħba tal-futbol. Fuq lat professjonistku, dan hu mmexxi fuq bażi mondjali mill-FIFA.

Fil-pajjiżi Anglosassoni, minħabba li t-terminu football hu wżat biex jindika numru ta' sports differenti, it-terminu "klabb tal-futbol" jista' jirreferi għal grupp li jipprattika sport differenti: futbol Ingliż, futbol Amerikan, arena football, futbol Awstraljan, futbol Kanadiż, futbol Galliku jew anki rugby.

Dan it-terminu hu ħafna drabi wżat fis-sinjifikat ta' soċjetà tal-futbol li jiddeskrivi l-organizzazzjoni kompleta tal-iskwadra, jiġifieri l-għaqda tal-atleti, l-amministrazzjoni u d-diriġenza.

L-iskwadra (jew soċjetà) tal-futbol hi magħmula minn diversi figuri professjonali li jsegwu ġerarkija preċiża ħafna.