UEFA Champions League 2010–11
| Dettalji tal-kompetizzjoni |
| Dati |
29 ta' Ġunju 2010 – 28 ta' Mejju 2011 |
| Parteċipanti |
32 (fażi tal-gruppi)
76 (fażi ta' kwalifika) (minn konfederazzjoni waħda) |
| Pożizzjonijiet finali |
Rebbieħ  |
Barcelona (ir-4 titlu) |
It-Tieni post  |
Manchester United |
| Statistika tal-kompetizzjoni |
| Partiti |
122 |
| Gowls skorjati |
344 (2.82 kull logħba) |
| L-aqwa skorer(s) |
Lionel Messi (12-il gowl) |
| L-aqwa plejer |
Lionel Messi |
|
|
Il-UEFA Champions League 2010–11 kienet s-56 staġun tal-UEFA Champions League, l-ogħla kompetizzjoni tal-futbol għall-klabbs fl-Ewropa. Il-finali saret ġewwa Wembley Stadium f'Londra fit-28 ta' Mejju 2011, fejn Barcelona għelbu lil Manchester United 3–1. Internazionale kienu d-difensuri tat-titlu, però ġew eliminati minn Schalke 04 fil-kwarti tal-finali.
Allokazzjoni tat-timijiet[editja]
Total ta' 76 tim minn 52 assoċjazzjoni tal-UEFA (minbarra l-Liechtenstein li ma torganzza l-ebda kampjonat domesitku) ħadu sehem fiċ-Champions League 2010–11. Il-pajjiżi huma allokati postijiet skont il-koefiċċjenti tal-UEFA 2009, li tieħu l-prestazzjoni fil-kompetizzjonijiet Ewropej bejn l-2004–05 u 2008–09.
| Pożizzjoni tal-assoċjazzjonijiet |
Numru ta' timijiet parteċipanti |
| 1–3 |
4 |
| 4–6 |
3 |
| 7–15 |
2 |
| 16–53 (eskluża l-Liechtenstein) |
1 |
Distribuzzjoni[editja]
Minħabba li r-rebbieħa tal-edizzjoni preċedenti, Inter, kisbu post fil-fażi tal-gruppi grazzi għall-post fil-kampjonat domestiku, il-post għaċ-ċampjin renjanti fil-fażi tal-gruppi baqa' vojt. Sabiex jikkumpensa dan:
- Iċ-ċampjin tal-assoċjazzjoni 13 (l-Iskozja) ġie promoss mit-tielet fażi ta' kwalifikazzjoni għall-fażi tal-gruppi.
- Iċ-ċampjin tal-assoċjazzjoni 16 (id-Danimarka) ġie promoss mit-tieni fażi ta' kwalifikazzjoni għat-tielet waħda.
- Iċ-ċampjins tal-assoċjazzjonijiet 48 u 49 (il-Gżejjer Faroe u l-Lussemburgu) ġew promossi mill-ewwel fażi ta' kwalifikazzjoni għat-tieni waħda.
|
Timijiet li daħlu f'dan ir-rawnd |
Timijiet li avvanzaw mir-rawnd preċedenti |
L-ewwel rawnd ta' kwalifika
(4 timijiet) |
- 4 ċampjins mill-assoċjazzjonijiet 50–53
|
|
It-tieni rawnd ta' kwalifika
(34 tim) |
- 32 ċampjin mill-assoċjazzjonijiet 17–49 (minbarra l-Liechtenstein)
|
- 2 rebbieħa mill-ewwel rawnd ta' kwalifika
|
| It-tielet rawnd ta' kwalifika |
Ċampjins
(20 tim) |
- 3 ċampjins mill-assoċjazzjonijiet 14–16
|
- 17-il rebbieħ mit-tieni rawnd ta' kwalifika
|
Mhux ċampjins
(10 timijiet) |
- 9 klassifikati fit-tieni post mill-assoċjazzjonijiet 7–15
- 1 klassifikat fit-tielet post mill-assoċjazzjoni 6
|
|
| Rawnd tal-play-off |
Ċampjins
(10 timijiet) |
|
- 10 rebbieħa mit-tieni rawnd ta' kwalifika għaċ-ċampjins
|
Mhux ċampjins
(10 timijiet) |
- 2 klassifikati fit-tielet post mill-assoċjazzjonijiet 4 u 5
- 3 klassifikati fir-raba' post mill-assoċjazzjonijiet 1–3
|
- 5 rebbieħa mit-tielet rawnd ta' kwalifika għal dak li mhumiex ċampjins
|
Fażi tal-gruppi
(32 tim) |
- 13-il ċampjin mill-assoċjazzjonijiet 1–13
- 6 klassifikati fit-tieni post mill-assoċjazzjonijiet 1–6
- 3 klassifikati fit-tielet post mill-assoċjazzjonijiet 1–3
|
- 5 rebbieħa mir-rawnd tal-play-off għaċ-ċampjins
- 5 rebbieħa mir-rawnd tal-play-off għal dak li mhumiex ċampjins
|
Fażi eliminatorja
(16-il tim) |
|
- 8 rebbieħa tal-gruppi fil-fażi tal-gruppi
- 8 klassifikati fit-tieni post fil-fażi tal-gruppi
|
D Detentur tat-titlu
It-tlugħ tal-poloz kollha saru fil-kwartieri ġenerali tal-UEFA f'Nyon, l-Iżvizzera, sakemm mhuwiex indikat mod ieħor.
| Fażi |
Rawnd |
Data tat-tlugħ tal-poloz |
L-ewwel leg |
It-tieni leg |
| Kwalifikazzjoni |
L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni |
21 ta' Ġunju 2010 |
29–30 ta' Ġunju 2010 |
6–7 ta' Lulju 2010 |
| It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni |
13–14 ta' Lulju 2010 |
20–21 ta' Lulju 2010 |
| It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni |
16 ta' Lulju 2010 |
27–28 ta' Lulju 2010 |
3–4 ta' Awwissu 2010 |
| Play-off |
Rawnd tal-play-off |
6 ta' Awwissu 2010 |
17–18 ta' Awwissu 2010 |
24–25 ta' Awwissu 2010 |
| Fażi tal-gruppi |
Ġurnata 1 |
26 ta' Awwissu 2010
(Monako) |
14–15 ta' Settembru 2010 |
| Ġurnata 2 |
28–29 ta' Settembru 2010 |
| Ġurnata 3 |
19–20 ta' Ottubru 2010 |
| Ġurnata 4 |
2–3 ta' Novembru 2010 |
| Ġurnata 5 |
23–24 ta' Novembru 2010 |
| Ġurnata 6 |
7–8 ta' Diċembru 2010 |
| Fażi eliminatorja |
L-Aħħar sittax |
17 ta' Diċembru 2010 |
15–16 u 22–23 ta' Frar 2011 |
8–9 u 15–16 ta' Marzu 2011 |
| Kwarti tal-finali |
18 ta' Marzu 2011 |
5–6 ta' April 2011 |
12–13 ta' April 2011 |
| Semifinali |
26–27 ta' April 2011 |
3–4 ta' Mejju 2011 |
| Finali |
28 ta' Mejju 2010 f'Wembley Stadium, Londra |
Fażi ta' kwalifikazzjoni[editja]
L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni[editja]
L-ewwel legs intlagħbu fid-29 u fit-30 ta' Ġunju, u t-tieni legs intlagħbu fis-6 u fis-7 ta' Lulju 2010. Madanakollu, l-ewwel logħba tal-kompetizzjoni (FC Santa Coloma vs. Birkirkara – 29 ta' Ġunju) ġiet imħassra minħabba li l-kundizzjonijiet tal-grawnd ma kienux adattati.[1]
- Noti
-
Nota 1: Posposta minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tal-grawnd ikkawżati mill-ħafna xita li għamlet. FC Santa Coloma issuġġerew grawnd alternattiv, però l-UEFA tat lil Birkirkara rebħa ta' 3–0 fl-1 ta' Lulju.[2]
It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni[editja]
L-ewwel legs saru fit-13 u l-14 ta' Lulju, u t-tieni legs saru fl-20 u l-21 ta' Lulju 2010.
It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni[editja]
It-tielet rawnd ta' kwalifika kien maqsum f'żewġ sezzjonijiet: wieħed għaċ-ċampjins u l-ieħor għal dawk li mhumiex. It-timijiet telliefa miż-żewġ sezzjonijiet jidħlu fir-rawnd tal-play-off tal-UEFA Europa League 2010–11. L-ewwel legs intlagħbu fis-27 u t-28 ta' Lulju, u t-tieni legs intlagħbu fit-3 u l-4 ta' Awwissu 2010.
L-ewwel legs saru fis-17 u t-18 ta' Awwissu, u t-tieni legs saru fl-24 u fil-25 ta' Awwissu 2010. It-timijiet telliefa miż-żewġ sezzjonijiet taċ-ċampjins u dawk li mhumiex ċampjins jidħlu direttament fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League 2010–11.
Fażi tal-gruppi[editja]
Fażi eliminatorja[editja]
Fil-fażi eliminatorja, timijet jilgħabu kontra xulxin fuq bażi ta' żewġ logħbiet ġewwa u barra minn darhom, minbarra l-partita finali li se tintlagħab f'Wembley Stadium f'Londra. It-tlugħ tal-poloz għar-rawnd tal-aħħar sittax saret fis-17 ta' Diċembru, 2010, ġewwa l-kwartieri ġenerali tal-UEFA f'Nyon, l-Iżvizzera.
L-aħħar sittax[editja]
L-ewwel legs intlagħbu fil-15, 16, 22 u 23 ta' Frar, u t-tieni legs intlagħbu fit-8, 9, 15 u 16 ta' Marzu, 2011.
Kwarti tal-finali[editja]
L-ewwel legs intlagħbu fil-5 u s-6 ta' April, u t-tieni legs intlagħbu fit-12 u t-13 ta' April, 2011.
L-ewwel legs intlagħbu fis-26 u s-27 ta' April, u t-tieni legs intlagħbu fit-3 u l-4 ta' Mejju, 2011.
Il-finali tal-UEFA Champions League 2011 saret nhar t-28 ta' Mejju 2011 ġewwa Wembley Stadium, f'Londra, l-Ingilterra.
L-aqwa skorers[editja]
L-aqwa skorers għall-istaġun 2010–11 tal-UEFA Champions League (esklużi r-rawnds ta' kwalifikazzjoni) huma: