Wayne Rooney

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Wayne Rooney Football pictogram.svg
W Rooney.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Wayne Mark Rooney
Twelid 24 ta' Ottubru 1985 (1985-10-24) (età 24)
Liverpool
Pajjiż Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra
Tul 1.78 m
Rwol Attakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 10
Klabbs ġovanili
1996–2002 Everton
Klabbs professjonali
Snin Klabb Preż (Gwl)*
2002–2004
2004–
Everton
Manchester United
067 (15)
157 (65)   
Tim nazzjonali
2003– Ingilterra 052 (24)

Aġġornament: 07:35, 20 Ġunju 2009 (UTC)
* Preżenzi (Gowls)

Wayne Rooney (Liverpool, 24 ta' Ottubru 1985) hu plejer tal-futbol Ingliż li attwalment jilgħab tal-Premier League Ingliż Manchester United u mat-tim nazzjonali Ingliż.

Werrej

[editja] Bijografija

Rooney hu l-ewwel wild ta' Thomas Wayne u Jeanette Marie Rooney (née Morrey). Hu trabba fi Croxteth flimkien ma' ħutu iżgħar minnu, Graeme u John, u t-tliet li huma kienu jattendu fl-Iskola De La Salle. Wayne trabba jagħti s-sosten tiegħu lill-klabb ta' Everton FC, u l-aktar player li kien jammira kien Duncan Ferguson.[1]

[editja] Karriera

[editja] Everton FC

Everton kisbu lil Wayne Rooney fl-età ta' għaxar snin, wara li kien impressjona ma' Liverpool Schoolboys u Dynamo Brownwings. Fid-19 ta' Ottubru 2002, ħamest ijiem wara għeluq is-sbatax-il sena, Rooney skorja l-gowl tar-rebħa kontra ċ-ċampjins renjanti Arsenal; barra milli din ir-rebħa għal Everton wasslet it-tmiem għat-tletin partita mingħajr telfa li kienu qed iżommu l-Gunners, Rooney sar l-iżgħar plejer li skorja fl-istorja tal-Premier League, rekord li ġie megħlub darbtejn s'issa minn James Milner u attwalment minn James Vaughan.

Fi tmiem l-istaġun 2003–04, Rooney, li kien stqarr l-inabilità ta' Everton biex jisfidaw għal post fl-Ewropa, għamel rikjesta ta' trasferiment li Everton irrifjutawha jekk is-somma kellha tkun inqas minn £50 miljun. F'Awwissu 2004, l-aġent ta' Rooney irrifjuta kuntratt ta' tliet snin bi £12,000 kull ġimgħa li kien offrielu l-klabb, biex b'hekk ħalla lil Manchester United u Newcastle United jikkompetu għall-firma tiegħu. The Times irrapurtat li Newcastle kienu qrib l-akkwist ta' Rooney, kif kien ikkonfermat stess mill-aġent ta' Rooney, però Manchester United irnexxielhom fl-aħħar tax-xahar jiksbu l-firma tal-plejer għal somma ta' £31 miljun.[2] Dan it-trasferiment immarka l-iktar trasferiment għoli għal żagħżugħ, hekk kif Rooney kien għadu xi ġimgħat 'il bogħod milli jagħlaq id-dsatax-il sena meta sar it-trasferiment.

[editja] Manchester United

Rooney għamel id-debutt ma' United fit-28 ta' Settembru 2004 f'rebħa ta' 6–2 fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra Fenerbahçe SK, fejn skorja tripletta u pprovda assist.[3] Sena wara, hu ġie mkeċċi fil-pari ta' mingħajr gowls fil-partita taċ-Champions League kontra Villarreal CF fi Spanja nhar l-14 ta' Settembru 2005, wara li sarkastikament applawda lir-referi Kim Milton Nielsen.[4] L-ewwel trofew ma' united wasal fil-League Cup 2006, u hu ġie msemmi wkoll bħala l-plejer tal-partita wara li skorja darbtejn fir-rebħa ta' 4-0 fuq Wigan Athetlic.

Rooney ġie mkeċċi fil-partita tat-Turnew ta' Amsterdam kontra FC Porto fl-4 ta' Awwissu 2006 wara li laqat lid-difensur ta' Porto Pepe bil-minkeb. Hu ġie sospiż għal tliet partiti mill-FA Ingliża wara rapport ta' 23 paġna mir-referi Ruud Bossen li spjega d-deċiżjoni tiegħu.[5] Rooney kiteb ittra ta' protesta lill-FA, fejn stqarr fuq in-nuqqas ta' kastig li ngħata lejn plejers oħra li ġew imkeċċija fil-logħob ta' ħbiberija.

Matul l-ewwel nofs tal-istaġun 2006–07, Rooney temm sensiela ta' għaxar partiti mingħajr gowl meta skorja tripletta kontra Bolton Wanderers, u x-xahar ta' wara iffirma estenzjoni tal-kuntratt għal sentejn oħrajn li b'hekk se jżommu ma' United sal-2012. Sa tmiem April, b'kombinazzjoni ta' żewġ gowls fl-iskor aggregat ta' 8–3 fil-kwarti tal-finali kontra AS Roma[6] u tnejn oħra fir-rebħa fl-ewwel leg ta' 3–2 fis-semifinali kontra AC Milan,[7] wassal in-numru ta' gowls ta' Rooney f'kull kompetizzjoni.

United ħabbru qabel il-bidu tal-istaġun li Rooney kien se jieħu l-flokk numru 10 li kien vakant wara li Ruud van Nistlerooy kien telaq għal Real Madrid sena qabel. Hu ġie ppreżentat bil-flokk f'konferenza stampa fit-28 ta' Ġunju 2007 mill-attaknt veteran ta' United Denis Law, li kien libes dan il-flokk matul iż-żmien mal-klabb.[8]

Rooney jiġi assistit wara li kiser saqajh

Fit-12 ta' Awwissu 2007, Rooney kiser il-metatarsu xellugi fil-partita tal-ftuħ tal-kampjonat il-ġdid kontra Reading. Wara li dam għal sitt ġimgħat barra mil-logħob, hu rritorna għar-rebħa ta' United fil-UEFA Champions League kontra Roma fit-2 ta' Ottubru, fejn kien hu li skorja l-unika gowl tal-partita. Madanakollu, madwar biss xahar mir-ritorn tiegħu, Rooney weġġa' l-irkoppa matul sessjoni ta' taħriġ fid-9 ta' Novembru, u tilef ġimgħatejn oħra. Ir-ritorn lura wasal fit-3 ta' Diċembru kontra Fulham, fejn lagħab sebħgin minuta. Rooney tilef total ta' għaxar partiti u temm l-istaġun 2007-08 bi tmintax-il gowl, hekk kif United kisbu kemm il-Premiership u anki ċ-Champions League. Rooney skorja tliet gowls fil-kampanja rebbieħa ta' United tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2008, fejn mhux biss spiċċa bħala l-aqwa skorer tat-turnew imma wkoll ingħata l-unur tal-Ballun tad-Deheb bħala l-aqwa plejer matul it-turnew.

Nhar l-14 ta' Jannar 2009, wara li skorja l-gowl rebbieħ wara biss 54 sekonda tal-partita kontra Wigan Athletic, ħareġ barra imweġġa wara tmien minuti. Wara madwar erba' ġimgħat, Rooney irritorna għal-logħob fil-partita kontra Fulham, fejn daħal bħala sostitut għal Berbatov fejn skorja t-tielet u l-aħħar gowl tal-konfront fir-rebħa ta' 3–0.

[editja] Internazzjonali

Wayne Rooney bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż

Rooney sar l-iżgħar plejer li qatt lagħab għall-Ingilterra meta għamel l-ewwel apparenza f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Awstralja fit-12 ta' Frar 2003 fl-età ta' sbatax-il sena, l-istess età fejn sar l-iżgħar plejer li qatt skorja gowl għas-selezzjoni Ingliża. Iż-żagżugħ ta' Arsenal Theo Walcott kiser ir-rekord tal-apparenza ta' Rooney b'36 ġurnata f'Ġunju 2006.

L-ewwel turnew li ħa sehem fih kien l-Euro 2004, fejn sar l-iżgħar plejer li skorja fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni meta skorja doppjetta kontra l-Iżvizzera fis-17 ta' Ġunju 2004; madanakollu, dan ir-rekord inkiser biss erbat ijiem wara grazzi għall-Iżvizzeru Johan Vonlanthen. Rooney weġġa' fil-kwarti tal-finali kontra l-Portugall hekk kif l-Ingilterra ġew eliminati bl-għoti tal-penalties.

Wara li weġġa' saqajh f'partita tal-Premier League f'April 2006, Rooney kien jinsab fi sfida biex ikun b'saħħtu biex jilgħab fit-Tazza tad-Dinja 2006. Rooney irnexxielu jkun preżenti fil-partita kontra t-Trinidad u Tobago u dik segwenti kontra l-Iżvezja. Madanakollu, ma rnexxielhux iħalli l-marka bħalma ħalla fit-turnew preċedenti hekk kif ma skorja l-ebda gowl, waqt li l-Ingilterra spiċċaw barra mill-kompetizzjoni, għal darb'oħra minħabba l-għoti tal-penalties.

Rooney, fl-aħħar partita tal-kampanja Ingliża fit-Tazza tad-Dinja 2006 kontra l-Portugall spiċċa mkeċċi wara 62 minuta logħob wara li tela' fuq id-difensur Portugiż Ricardo Carvalho, hekk kif it-tnejn kienu qed jiġġieldu għall-possessjoni tal-ballun. Din ġabet kontroversja sħiħa minħabba l-involviment ta' sieħbu fit-tim ta' United Cristiano Ronaldo li pprotesta bil-miftuħ, waqt li r-referi Horacio Elizondo innega li kien influwenzat mill-atteġġjament ta' Ronaldo.

[editja] Ħajja personali

Rooney iltaqa' ma' martu, Coleen Rooney (née McLoughlin), waqt li t-tnejn li huma kienu fl-aħħar sena ta' skola sekondarja. Huma żżewġu fit-12 ta' Ġunju 2008 wara sitt snin għerusija, li matulhom Rooney ammetta li kien sfrutta l-prostituzzjoni f'Liverpool fl-2004.[9] Hu għandu tattoo bil-kliem "Just Enough Education To Perform", minn titlu ta' album tal-grupp favorit tiegħu, Stereophonics, li daqqew ukoll matul ir-riċeviment tat-tieġ.

Il-familja Rooney tgħix f'villa fir-raħal ta' Prestbury li tiswa' £4.25 miljun, li nbniet minn kumpanija posseduta minn Dawn Ward, il-mara tal-attakant veteran ta' Sheffield United Ashley Ward.

[editja] Statistika

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Kontinentali Oħrajn[10] Total
App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls
Everton 2002–03 33 6 1 0 3 2 0 0 37 8
2003–04 34 9 3 0 3 0 0 0 40 9
Total 67 15 4 0 6 2 0 0 77 17
Manchester United 2004–05 29 11 6 3 2 0 6 3 0 0 43 17
2005–06 36 16 3 0 4 2 5 1 0 0 48 19
2006–07 35 14 7 5 1 0 12 4 0 0 55 23
2007–08 27 12 4 2 0 0 11 4 1 0 43 18
2008–09 30 12 2 1 1 0 13 4 3 3 49 20
Total 157 65 22 11 8 2 47 16 4 3 238 97
Total tal-karriera 224 80 26 11 14 4 47 16 4 3 315 114

Korretti sas-27 ta' Mejju 2009[11]

[editja] Unuri

[editja] Klabb

Bandiera tal-Ingilterra Manchester United

[editja] Individwali

[editja] Referenzi

  1. ^ Wayne Rooney Interview (Ingliż). FourFourTwo (13-06-2008). Aċċessata nhar il-15-12-2008.
  2. ^ Manchester United plc Report & Accounts 2005 (Ingliż) PDF. Manchester United plc (2005-10-11). Aċċessata nhar il-17-12-2008.
  3. ^ Rooney's debut hat-trick against Fenerbahçe (Ingliż), BBC Sport, 28-09-2004 (Aċċessata nhar il-11-05-2007).
  4. ^ Villarreal 0-0 Man Utd (Ingliż), BBC Sport, 14-09-2005 (Aċċessata nhar il-18-06-2006).
  5. ^ Rooney & Scholes lose ban appeals (Ingliż), BBC Sport, 15-08-2006 (Aċċessata nhar il-17-11-2006).
  6. ^ Man Utd 7-1 Roma (agg 8-3) (Ingliż), BBC Sport, 10-04-2007.
  7. ^ Man Utd 3-2 AC Milan (Ingliż), BBC Sport, 2007-04-24 (Aċċessata nhar il-07-06-2008).
  8. ^ Rooney delighted with new number (Ingliż), Manchester United FC, 30-06-2007 (Aċċessata nhar il-30-06-2007).
  9. ^ Rooney admits prostitute visits (Ingliż). BBC (22-08-2004). Aċċessata nhar il-08-09-2008.
  10. ^ Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħrajn, fejn tinkludi l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
  11. ^ Wayne Rooney (Ingliż). StretfordEnd.co.uk. Aċċessata nhar il-07-03-2009.

[editja] Ħoloq esterni

Commons-logo.svg
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali relatati ma':
Wikiquote-logo-en.svg
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet relatati ma':