Dimitar Berbatov

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Dimitar Berbatov
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Dimitar Ivanov Berbatov
Twelid 30 ta' Jannar 1981 (1981-01-30) (età 28)
Blagoevgrad
Pajjiż  Bulgarija
Tul 1.89 m
Rwol Attakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 9
Klabbs ġovanili
Pirin Blagoevgrad
Klabbs professjonali
Snin Klabb App (Gwl)*
1999–2001
2001–2006
2006–2008
2008–
CSKA Sofia
Bayer Leverkusen
Tottenham Hotspur
Manchester United
050 (25)
154 (69)
070 (27)
031 0(9)   
Tim nazzjonali
1999– Bulgarija 068 (41)

Aġġornament: 07:29, 20 Ġunju 2009 (UTC)
* Apparenzi (Gowls)

Dimitar Ivanov Berbatov (bil-Bulgaru: Димитър Иванов Бербатов; Blagoevgrad, 30 ta' Jannar 1981) hu plejer tal-futbol Bulgaru li jilgħab bħala attakkant mat-tim tal-Premier League Ingliż Manchester United u mat-tim nazzjonali tal-Bulgarija.[1] Hu hu r-rebbieħ għal ħames darbiet tal-Plejer Bulgaru tas-Sena.

Werrej

[editja] Bijografija

Missier Berbatov, Ivan, kien plejer professjonali tal-futbol mat-tim lokali ta' Pirin Blagoevgrad, u ommu, Margarita, kienet ukoll plejer professjonista fil-logħba tal-handball. Bħala tfajjel, Berbatov kien iżomm ma' AC Milan u bħala mudell kellu lil Marco van Basten sakemm fil-Kampjonati Ewropej tal-1996 li żvolġew ġewwa l-Ingilterra, Berbatov, ta' ħmistax-il sena skopra l-mudell il-ġdid tiegħu u dan kien Alan Shearer,[2] li kien jilgħab ma' Newcastle United. Berbatov saħanistra kien jorqod bil-flokk ta' Newcastle. Ommu wara kienet stqarriet bil-ħolma li Berbatov kellu li xi darba jilgħab ma' Newcastle.[3]

[editja] Karriera

[editja] Bidu tal-karriera

Il-karriera ta' Berbatov bdiet fil-klabb ta' Pirin Blagoevgrad, u kompla sakemm waqa' taħt l-għajn tal-kowċ Dimitar Penev.

[editja] CSKA Sofia

Fl-età ta' sbatax-il sena, Berbatov mexa lejn CSKA Sofia fejn segwa l-passi ta' missieru, Ivan, li lagħab ukoll għall-klabb fuq il-ġwejnħa x-xellugija u aktar tard bħala difensur. Hu lagħab ma' CSKA fil-kampjonat Bulgaru bejn l-1998 u Jannar 2001 fejn iddebutta fl-istaġun 1998–99 bħala żagħżugħ ta' timtax-il sena. Hu beda jimpressjona aktar fl-istaġun suċċessiv meta skorja 14-il gowl f'27 logħba u rebaħ ukoll it-Tazza tal-Bulgarija.

[editja] Bayer Leverkusen

Serje pożittiva ta' disa' gowls fi ħdax-il logħba fl-istaġun 2000–01 kien biżżejjed biex jipperswadu lil Bayer Leverkusen biex jiksbuh f'Jannar tal-2001. Berbatov beda kemmxejn bil-mod l-avventura tiegħu fil-Ġermanja b'sittax-il gowl f'67 apparenza mal-klabb. Madankollu hu kellu rwol kruċjali fiċ-Champions League matul l-ewwel staġun mal-klabb fejn skorja gowl memorabbli kontra Lyon, u gowl ieħor fil-kwarti tal-finali kontra Liverpool. Hu kellu wkoll parti fil-finali kontra Real Madrid fejn daħal bħala sostitut għal Thomas Brdaric wara 38 minuta.

Fl-istaġun 2001–02 Leverkusen spiċċaw fit-tieni post tal-Fußball-Bundesliga u t-Tazza tal-Ġermanja. Fl-istaġun ta' wara Berbatov stabilixxa ruħu bħala l-ewwel għażla fl-attakk ta' Bayer Leverkusen imma kien fl-istaġun 2003–04 li beda jibrilla fejn skorja 16-il gowl minn 24 partita. Iż-żewġ staġuni suċċessivi rawh jikber fit-talent fejn skorja 46 gowl li jinkludu ħamsa fil-Champions League 2004–05, fejn beda jattira diversi timijiet Ewropej.

[editja] Tottenham Hotspur

Diversi spekulazzjonijiet fuq il-futur tiegħu bdew jikbru, u f'Mejju 2006, Berbatov finalment iffirma mat-tim tal-Premier League Tottenham Hotspur għal somma ta' 16-il miljun,[4] fejn b'hekk sar l-aktar plejer Bulgaru fl-istorja li jiswa'. Wara li ngħata l-permess tax-xogħol hu ngħaqad ma' Tottenham nhar l-1 ta' Lulju 2006.

Berbatov skorja l-ewwel gowl kompetittiv żewġ minuti biss fid-debutt ġewwa daru fil-logħba tal-Premiership kontra Sheffield United ġewwa White Hart Lane. Flimkien ma' Robbie Keane hu fforma koppja promettenti fit-Tazza UEFA sakemm ġew eliminati minn Seville fil-kwarti tal-finali, u minkejja l-istil ta' Martin Jol li jagħmel rotazzjoni tal-plejers, Berbatov stabilixxa ruħu bħala l-ewwel għażla. Hu skorja ħames gowls f'erba' logħbiet matul il-fażi tal-gruppi tat-Tazza UEFA, bil-prestazzjonijiet tiegħu jagħtuh żewġ unuri tal-Plejer tal-Partita kontra Besiktas u Club Brugge.

Minkejja l-forma tajba li kellu fl-Ewropa, Berbatov ħa ż-żmien qabel ma adatta fil-Premiership. Madanakollu, hu beda bil-mod il-mod jikseb il-forma li wera fiż-żmien li qatta ma' Leverkusen bi prestazzjoni eċċellenti kontra Wigan, fejn skorja wieħed u ħoloq iż-żewġ gowls l-oħra fir-rebħa ta' 3–1. Nhar id-9 ta' Diċembru 2006, Berbatov skorja l-ewwel doppjetta tiegħu għal Tottenham fir-rebħa ta' 5–1 kontra Charlton Athletic. L-ewwel gowl ta' Berbatov barra minn White Hart Lane wasal f'Goodison Park kontra Everton, minn passaġġ ta' Aaron Lennon. Spurs rebħu din il-logħba 2–1.

Berbatov u Robbie Keane ġew imsemmija bħala r-rebbieħa tal-unur tal-Plejer tax-Xahar ta' April, fejn saru l-ewwel plejers li qasmu dan l-unur minn mindu Dennis Bergkamp u Edu ta' Arsenal rebħu l-unur lura fi Frar 2004. Berbatov għalaq l-istaġun 2006–07 bi 12-il gowl minn 33 dehra fil-Premier League, u għamel ħdax-il assist.

Minħabba l-prestazzjonijiet impressjonanti, speċjalment fl-aħħar nofs tal-istaġun, hu rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena ta' Tottenham Hotspur għall-istaġun 2006–07. Berbatov kien ukoll inkluż fit-Tim tas-Sena tal-Premier League fil-21 ta' April 2007, fejn kien biss wieħed fost tliet plejers li kienu ġejjin minn timijiet oħra barra r-rebbieħa tal-kampjonat Manchester United (it-tnejn l-oħra kienu Steven Gerrard u Didier Drogba). L-ewwel tripletta tiegħu fil-Premier League waslet fid-29 ta' Diċembru 2007 meta skorja erba' gowls fir-rebħa ta' 6–4 fuq Reading.

L-ewwel finali ta' tazza li lagħab ma' Tottenham kien fl-24 ta' Frar 2008 meta lagħab fil-League Cup ġewwa Wembley Stadium fejn kontra Chelsea skorja l-gowl li ppareġġa l-iskor grazzi għal penalty. Tottenham ħarġu rebbieħa 2-1 wara l-ħin supplementari, b'Berbatov jikseb l-ewwel trofew fil-futbol Ingliż.[5] Berbatov għalaq l-istaġun bi ħmistax-il gowl fil-kampjonat, b'total ta' 23 gowl u 11-il assist bħall-istaġun preċedenti.

L-istaġun 2008-09 beda f'ċirkustanzi fejn Berbatov wera x-xewqa għal aktar kompetizzjoni. Il-plejer spiċċa bejn ħalltejn, b'diversi għajdut fuq offerta sostanzjali min-naħa ta' Manchester United u anki minħabba li ma ġiex magħżul mal-iskwadra għall-partita kontra Sunderland[6] u Chelsea.

[editja] Manchester United

Berbatov bil-flokk ta' United

Wara spekulazzjoni kbira fuq il-futur tiegħu, Berbatov kompla l-passaġġ tant mixtieq lejn Manchester United fl-aħħar ġurnata ta' trasferimenti, l-1 ta' Settembru 2008, għal somma ta' madwar £30.75 miljun, bi Fraizer Campbell jingħaqad ma' Tottenham b'self għal staġun bħala parti min-negozjati.[7] Berbatov ingħata kuntratt ta' erba' snin, u ħa l-flokk numru disgħa li qabel kien milbus minn Louis Saha.

Id-debutt ta' Berbatov wasal fid-derby tal-Ingilterra kontra Liverpool fejn immarkah b'assist lejn l-Arġentin Carlos Tévez. L-ewwel doppjetta tiegħu waslet fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League meta United barra minn darhom rebħu 3–0 kontra Aalborg BK nhar it-30 ta' Settembru 2008. L-ewwel gowl fil-kampjonat wasal nhar it-18 ta' Ottubru 2008 fejn skorja t-tielet gowl fir-rebħa ta' 4–0 fuq West Bromwich Albion. L-ewwel gowl ta' Berbatov fil-ftuħ tas-sena l-ġdida wasal kontra Chelsea fejn f'Old Trafford United rebħu 3–0, waqt li fil-partita kontra Bolton Wanderers, skorja l-gowl rebbieħ lejn tmiem il-logħba, gowl li tefa' lil Manchester United fl-ewwel post tal-klassifika.

[editja] Statistika

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn[8] Total
App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls
CSKA Sofia 1998–99 11 3 5 3 0 0 0 0 16 6
1999–00 27 14 4 2 2 0 0 0 33 16
2000–01 12 8 0 0 4 7 0 0 16 15
Total 50 25 9 5 6 7 0 0 65 37
Bayer Leverkusen 2000–01 6 0 0 0 0 0 0 0 0 0 6 0
2001–02 24 8 6 6 0 0 11 2 0 0 41 16
2002–03 24 3 0 0 0 0 7 2 0 0 31 5
2003–04 33 16 3 3 0 0 0 0 0 0 36 19
2004–05 33 20 1 1 0 0 10 5 0 0 44 26
2005–06 34 21 2 3 0 0 2 0 0 0 38 24
Total 154 68 12 13 0 0 30 9 0 0 196 90
Tottenham Hotspur 2006–07 33 12 5 3 3 1 8 7 0 0 49 23
2007–08 36 15 2 2 6 1 8 5 0 0 52 23
2008–09 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 0
Total 70 27 7 5 9 2 16 12 0 0 102 46
Manchester United 2008–09 30 9 3 1 0 0 9 4 0 0 42 14
Total 30 9 3 1 0 0 9 4 0 0 42 14
Total tal-karriera 378 128 31 24 13 2 61 32 0 0 409 187

Korretti sal-5 ta' Mejju 2009[9]

[editja] Unuri

[editja] Klabb

CSKA Sofia

Tottenham

Manchester United

[editja] Individwali

[editja] Referenzi

  1. Players and staff: Dimitar Berbatov (Ingliż). Manchester United (02-09-2008). Aċċessata nhar il-30-12-2008.
  2. No dream duel for Berbatov (Ingliż), UEFA, 18-02-2003.
  3. Blackburn, Martin. Toon-mad Berbatov slept in Shearer shirt, 20-10-2007 (Aċċessata nhar il-30-12-2008).  "Hu qal: "Dimitar qatt ma tilef logħba ta' Newcastle fuq it-televiżjoni. U Shearer kien flimkien ma' Pele bħal Alla għalih." Ħabib ieħor, Stefan Damianov, qal kif Berbatov kien jikkunsidra lilu nnifsu bħala Geordie (benjamin ta' Newcastle United) hekk kif hu kien isegwi lil Toon u kiber magħhom"
  4. Nine for Berbatov (Ingliż). Aċċessata nhar il-30-12-2008.
  5. Jonathan Stevenson. Tottenham 2-1 Chelsea (Ingliż), BBC Sport, 24-02-2008 (Aċċessata nhar il-31-12-2008).
  6. Match Squad Update (Ingliż), Tottenham Hotspur, 23-08-2008 (Aċċessata nhar il-31-12-2008).
  7. Man Utd complete Berbatov switch (Ingliż). BBC Sport (01-09-2008). Aċċessata nhar il-31-12-2008.
  8. Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħrajn, fejn tinkludi l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
  9. Dimitar Berbatov (Ingliż). StretfordEnd.co.uk. Aċċessata nhar il-31-12-2008.

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali